B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 348, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern, ministeru, ministeru fl-1 ta' Jannar sal-1 ta' April, 2007? Kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern, ministeru, ministeru fl-1 ta' Jannar sal-1 ta' April, 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji eżatt kif qed jitlobhom, kemm għall-perjodu ta’ l-2007 kif ukoll għall-perjodu ta’ l-2008, ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgha, 25 ta’ April 2008.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsij parlamentari 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?
Billi l-Ministru qal li l-Gvern qed jistħarreġ permezz ta' l-awtoritajiet kompetanti għaliex pajjiżna għandu żieda fil-prezzijiet ferm ogħla minn pajjiżi l-oħra tal-Eurozone, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta dan l-istudju u jiġi ppublikat?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern kaxkar saqajh daqstant biex ikun konformi mat-tibdil meħtieġ mill-Unjoni Ewropea fil-leġislazzjoni tagħna dwar ħasil ta' flus, bil-konsegwenza li l-Kummisjoni Ewropea issa ġiet irrapurtata li ddeċidiet li tissokta bi proċedimenti ta' ksur kontra pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma hu minnu xejn li l-Gvern kaxkar saqajh fl-implimentazzjoni tad-Direttiva in kwistjoni. Kummenti mhux informati bħal dawk ta’ l-Onor. Interpellant ma jagħmlu ebda ġid lil Malta f’qasam tant intimament marbut mas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta. L-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ilha taħdem fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva, li hi waħda komprensiva u komplessa, għal żmien twil. Di fatti, appena ħarġet id-Direttiva, l-istaff ta’ l-FIAU ġew inkarigati jagħmlu analiżi tagħha sabiex jiġu identifikati l-emendi fil-leġislazzjoni tagħna li kienu neċessarja biex jimplimentaw id-Direttiva. Dan sar u minnufih wara ġie deċiż li minħabba l-kwantita’ kbira ta’ emendi u l-komplessita’ tagħhom kien aħjar li minflok isiru emendi għar-regolamenti eżistenti l-istess regolamenti jinkitbu mill-ġdid bit-tibdiliet neċessarja inkorporati fihom. Dan sar ukoll. Minħabba l-qasam sensittiv tas-servizzi finanzjarji li kien involut ġie wkoll deċiż li qabel jiġu pubblikati r-regolamenti ġodda, li, kif ingħad, huma diġa abbozzati, ssir konsultazzjoni wiesa’ ma’ l-operaturi f’dan il-qasam, u oqsma oħra li huma suġġetti għal dawn ir-Regolamenti, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni il-fehmiet u s-suġġerimenti tagħhom dwar ir-regolamenti ġodda. Ġie għalhekk mfassal mill-FIAU dokument konsultattiv b’tavoli komparattivi u informazzjoni oħra li ġie distribwit lill-operaturi u mqiegħed fuq il-website tal-FIAU http://www.fiaumalta.org/ u kull min kien interessat ġie mistieden jagħmel il-kummenti tiegħu. Irrid ngħid li r-rispons kien wieħed tajjeb u kostruttiv ħafna u daħlu diversi kontribuzzjonijiet mill-oqsma kollha tas-settur finanzjarju u setturi oħra. Dan kien jirrikjedi li dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu kollha eżaminati bir-reqqa internament fl-FIAU u fejn ikun il-każ isir it-tibdil indikat fir-regolamenti diġa abbozzati. L-FIAU diġa eżamina l-maggior parti ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet u għamel it-tibdil suġġerit skond il-każ. Dan il-proċess għadu għaddej. Kif ikun finalizzat il-proċess ta’ konsultazzjoni isir l-abbozz finali tar-regolamenti u wara li jiġu approvati mill-Gvern jiġu pubblikati. Hu mistenni li r-regolamenti in kwistjoni jiġu pubblikati fi żmien xahrejn.
Għalhekk sar ħafna u ħafna xogħol serju u bil-għaqal li jispjega ż-żmien li qiegħed jittiehed. Meta tqis li fl-Unjoni Eworpeja hemm diversi pajjiżi ħafna akbar u b’ħafna riżorsi aktar minn tagħna, mhux anqas minn ħmistax Stat Membru ieħor, li għadhom ma ffinalizzawx il-proċess ta’ implimentzzjoni tad-Direttiva wieħed għandu jifhem li ż-żmien li qed tieħu Malta mhux xi wieħed straordinarju.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 844 u jgħid peress minħabba li fil-media hemm rapporti rigward l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-gvern fuq il-ħobż, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' sab biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 844.
Jista' l-Ministru jwieġed mistoqsijiet parlamentari 884, 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Filwaqt li nfaħħar l-inizjattiva li ħa l-Ministeru li jorganizza Micro Enterprise and Business Support Unit, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-Ministeru jippubblika pjan ta' ħidma li fiha jidhru l-inizjattivi li l-Ministeru qed jieħu biex janalizza issues li qed jiltaqgħu magħhom self employed u sidien ta' negozi żgħar?
Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet oħra jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-artikolu 56 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud jipprojbixxi li tingħata informazzjoni dwar persuni jew entitajiet partikolari.
Kull entita’ li m’għandhiex attivita’ ekonomika taxxabbli skond il-liġi fuq imsemmija u li tipprovdi biss provvisti li huma elenkati fit-tieni parti tal-Ħames Skeda ma’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud, hija meqjusa bħala eżenti mingħajr kreditu.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni Arka, bħal numru ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra, ingħataw kontribuzzjonijiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti wara li resqu t-talba tagħhom għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat, u wara li dawn ġew aċċettati mill-istess Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet ta' l-incometax li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li taxpayers lokali qed joġġezjonaw li jħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella annessa:
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 210 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 685.
Jista' l-Ministru jara li t-talba li qed issir lid-Dipartiment ta' l-Artijiet mill-familja, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, tiġi kkunsidrata u l-kumpens involut jingħata jew jibda jsir djalogu kif dan il-kumpens se jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi il-kumpens għal art esproprijata li qed jintalab mill-familja li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, ikun jista’ jitħallas malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan.