Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21303 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konfini tas-slip road

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20627 u 20082 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21304 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prijorità lill-lokalitijiet għall-parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20617 u 20105 u jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21308 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Bormla — tindif ta' soft areas mill-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-gvern milli jgħaddi l-flus lill-Kunsill Lokali ta' Bormla għal dawk is-soft areas li suppost huma responsabbiltà tal-gvern biss u mhumiex qed jitnaddfu mill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment tal-Onor. Interpellant lill- Ministeru kkonċernat sabiex jara li dawk l-areas li jaqaw taħt ir-responsabiltà tal-Gvern Ċentrali issir fihom it-tindif meħtieġ.
Leg 11 PQ #21309 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżira — tkomplija ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra meta se jsiru s-segwenti toroq fil-Gżira li l-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jlesti sal-aħħar tas-sena 2008: Triq Turu Rizzo, Triq Samuel Taylor Coleridge , Triq Nazju Ellul, Triq Edgar Bernard, Triq Belvedere u Triq il-Gżira? Jista' l-Ministru jagħti data ta' tkomplija triq b'triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #21410 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — żona ta' Dib - rationalisation site

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20399 u ċioe: bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma rrispondewx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21438 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jara x'inizjattivi jista' jittieħdu sabiex f'sit fejn illum hemm ħofra kbira fejn qabel kien hemm is-sit magħruf l-Galaxy li bħalissa fiha qed jinġabar ilma tax-xita peress li dan l-ilma qed jikawża inkonvenjent bħal nemus u insetti oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19622 Sitting 283 2010-11-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — proġetti pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun u aktar, hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-valur tal-proġett mhuwiex parti mill-applikazzjoni li tirċievi l-MEPA.
Leg 11 PQ #19624 Sitting 283 2010-11-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għal proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għadda żmien mill-applikazzjoni sal-lum ta' kull proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun jew aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-applikazzjonijiet li tirċievi l-MEPA ma jinkludux l-ammont ta’ kemm se jiġi jiswa l-iżvilupp.
Leg 11 PQ #20076 Sitting 283 2010-11-11 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Wied Ganu fiż-Żurrieq - farmhouse mibnija bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif ġiet issanata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar farmhouse mibnija f'Wied Ganu iż-Żurrieq li kienet tappartjeni lill-familja indikata separatament meta din inbniet bla permess xi seba' snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-awtorità għandha bżonn site plan bil-post indikat biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #20681 Sitting 283 2010-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumitati amministrattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-għodod li l-kumitati amministrattivi se jkollhom biex ikunu jistgħu jaħdmu? Jista' jgħid liema huma l-kumitati amministrattivi li għamlu użu mill-iskema li hi direttament għalihom? Fiex tikkonsisti din l-iskema? Kemm hu l-ammont tal-flus li bbenefika kull kumitat amministrattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Kumitati Amministrattivi għandhom is-servizz tas-Segretarju Eżekuttiv kif ukoll tal-istaff kollu tal-kunsill lokali li tiegħu jkunu jiffurmaw parti. Id-dipartiment ħareġ skema intiża apposta għall-Kumitati Amministrattivi permezz tal-Memo 94/2010 li biha il-Kumitati Amministrattivi setgħu japplikaw biex jagħmlu proġetti jew inizjattivi speċjali fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal din l-inizjattiva applikaw tlettax il-kumitat amministrattivi li b’kollox ser jingħataw total ta’ € 233,000. Il-flus ingħataw kif inhu indikat hawn taħt: Kumitat Amministrattiv Ammont li ser jingħata Fleur-de-lys €5,000 Swatar €16,000 Santa Luċija €20,000 Ħal-Farruġ €20,000 Xlendi €20,000 Baħar iċ-Ċagħaq €20,000 Burmarrad €20,000 Tal-Virtu’ €20,000 Tal-Baħrija €20,000 Madliena €19,000 Marsalforn €20,000 Bubaqra €20,000 Kappara €13,000 Total €233,000
Leg 11 PQ #20779 Sitting 283 2010-11-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — membri li jmorru l-Università

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Armata tippermettix sabeix membri tagħha jmorru jistudjaw l-Università matul il-ħin tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kien hemm min ibbenefika minn din l-opportunità matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Għalxiex daħlu jistudjaw f'kull każ u fiex iggradwaw? Xi jkunu l-vantaġġi u benefiċċji li tgħaddi l-Armata lil min ikun irnexxielu jispiċċa l-kors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ippermettiet lil xi membri tagħha jieħdu ammont ta’ ħin mix-xogħol fil-ġimgħa sabiex ikunu jistgħu jattendu korsijiet l-Universita` waqt il-ħin tax-xogħol. F’kull kaz, dawn kienu marbutin ma’ linji gwida li jinsabu fil-Manual on Staff Development in the Public Service. Il-FAM tinkoraġixxi lil membri tagħha sabiex itejbu it-tagħlim tagħhom billi l-Forza tiddependi mill-kapaċita` u professjonalita` tal-membri li jiffurmawha. B’dan it-taħriġ estern, il-FAM tiżgura li l-membri tagħha jtejbu il-livell tax-xogħol u li jkunu versatili u kapaċi jaddattaw għall-bidliet b’mod pożittiv. Mis-sena 2000, kien hemm żewġ Kadetti Uffiċċjali li tħallew ikomplu l-aħħar sena tagħhom tal-kors full-time l-Universita` wara li kienu ntgħażlu bħala kadetti: Degree in Anthropology & Geography Awwissu 1999 – Marzu 2000 Degree in Sociology Novembru 2003 – April 2004 Minn dak iż-żmien l’hawn, l-eta` massima tad-dħul tal-kadetti uffiċċjali lawrati telgħet mit-23 sena għall-25 u ma kienx hemm lok iżjed għall-arranġamenti ta’ din ix-xorta. Apparti dawn, kien hemm numru ta’ korsijiet l-Universita’ fejn attendew membri tal-FAM għal xi sigħat fil-ġimgħa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn il-korsijiet kellhom konnessjoni diretta max-xogħol tal-individwi.
Leg 11 PQ #20965 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20131 u jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet biex jiddaħħlu regolari ċari sa meta d-dipartiment u entitajiet governattivi għandhom jirrispondu għall-ilmenti jew talbiet tal-pubbliku li jsiru fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, id-Direttiva Numru 4 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali taħt it-termini ta' l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tirregola f'kemm żmien l-entitajiet u d-dipartimenti għandhom jibgħatu tweġiba fuq l-ilmenti li jirċievu. Din id-Direttiva daħlet fis-seħħ f'Ġunju 2010. Id-Direttiva Numru 4 intitolata “Consolidated Service Quality Standards” tapplika għall-Ministeri, Dipartimenti, u entitajiet li huma koperti l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Publika. L-iStandards f’din id-Direttiva jkopru: - korrispondenza mal-pubbliku (inkluż korrispondenza elettronika). Għandha tingħata tweġiba fuq il-korrispondenza fi żmien ħames t’ijiem. Fil-każ ta’ tweġiba li tenħtieġ riċerka, r-risposta preliminarja għandha xorta waħda tintbagħat f’ħames t’ijiem. - kommunikazzjoni bit-telefon. Id-direttiva tagħti b’mod dettajlat kif impjegati tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jirrispondu telefonati. - appuntamenti u ‘queues’ . Fil-każ ta’ servizzi pprovduti b’appuntament mal-klijent, l-uffiċċjali pubbliċi għandhom iżommu mal-ħin tal-appuntament u jaraw li l-appuntamenti iqassmuhom b’tali mod li jnaqqsu l- queues. - provista ta’ informazzjoni u kif jiġu ipproċessati lmenti. Dipartimenti u entitajiet għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u korretta fuq is-servizz li jagħtu. Dan japplika wkoll għall-websites, u s-servizz tal-Dipartiment tal-Informazzjoni Freephone 153, waqt li d-Dipartimenti u entitajiet għandhom josservaw il-liġijiet dwar il-privatezza u l-libertà tal-informazzjoni. - mekkaniżmi ta’ kif jingħata is-servizz konċernat. Id-Direttiva tħeġġeġ iżjed użu ta’ u servizzi ta’ e-government filwaqt li tħares l-interessi ta’ persuni b’diżabilita’. Dawn l-istandards jgħożżu il-Kodiċi ta’ Etika tal-istess l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika li jirrikjedi li impjegati pubbliċi għandhom jaqdu dmirhom b’mod effiċjenti u ekwu. Din id-direttiva ma tgħoddx fejn jeżistu standards apposta, bħal fis-settur tas-saħħa .
Leg 11 PQ #21011 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord Co-Financing Fund — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min minn huwa kompost il-Bord Co-Financing Fund? Kull meta jiltaqa' u x'records jinżammu tal-laqgħat? Jista' jgħid jekk il-Minuti humiex pubbliċi jew le? Kemm kien hemm applikazzjonijiet matul is-snin 2009 u 2010? Liema proġetti ġew approvati matul is-snin 2009 u 2010? Kemm tħallsu fondi lill-kunsilli lokali matul is-snin 2009 u 2010? Kemm hemm applikazzjonjiet pendenti għall-approvazzjoni u ta' min huma? Meta se jkunu approvati l-applikazzjonijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord Co-Financing Fund huwa magħmul mis-sinjuri Cynthia Misokova, Daniele Fantechi, Marika Saliba, Joe Sciberras u Mario Borg bħala Segretarju. Dan il-Bord jiltaqa’ frekwenti kull meta jkollu numru ta’ proġetti ġodda x’jevalwa u l-minuti jinżammu fir-records tad-Dipartiment Qed nelenka l-applikazzjonijiet li daħlu u ġew approvati : 2009 (11 il-applikazzjoni) ALL.4.EU Philoxenia European Cities united through culture and history Wied il-Mielaħ – Towards an ecologically and culturally sensitive sustainable tourism Oralities Opportunites close to home Sweet 16...never been....to vote Town Twinning Citizens’ meeting Town Twinning Citizens’ meeting Heritage as opportunity – Sustainable Management strategies for Vital Historic Urban Landscapes Europe in the making...by its own citizens 2010 (30 l-applikazzjoni) E-Government 4 U SHARP ENESCOM Town-Twinning BIOLMED - Transnational Network for enhancing the Mediterranean organic olive-growing competitiveness PEP Talk -Youth in Action Project ERDF Two Coast - One Europe - Youth in Action Project PACT - Promoting Alternative Cultural Tourism - Sant' Ubaldesca and Environs Town-Twinning Town Twinning Promoting Nadur as a destination of Excellence San Lawrenz - a gem in the west of Gozo Regeneration of Xewkija Historic Centre Experiencing Xaghra Discovering the Potential of Munxar Village Core Working towards Culture Sustainability Two Coast - One Europe - Youth in Action Project - PART 2 Hence LOSA MED CHEM Conservation of Munxar and the promotion of Rural and Cultural Tourism Sustainable Eco-Cultural and Responsible European Tourism (SECRET) The Tal-Bidwi Park Promoting an Equal and inclusive Labour Market Gharb's Cultural and Touristic Conservation Project The future of democracy in Europe and the EU MEDEVNET Town Twinning Citizens' meeting LEADER LEADER Ma hemm l-ebda applikazzjoni li ghadha ma bdietx tigi evalwata mill- Bord. F’kull kaz fejn kien jonqos dokumenti jew xi dettalji l-Bord talab lill-applikant sabiex jissottomettihom.
Leg 11 PQ #21068 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — tnaqqis ta' fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli li tnaqqsulhom il-fondi din is-sena? X'inhi jew x'kienet ir-raġuni ta' dan it-tnaqqis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi il-fondi li tnaqqsu lill-Kunsilli Lokali matul din is-sena. Kien hemm okkażjonijiet li meta id-Dipartiment tal-Gvern Lokali ikkunsidra illi r-raġuni li ġab il-Kunsill kienet valida, l-ammont imnaqqas reġa’ ġie rimbursat lill-Kunsill.
Leg 11 PQ #21070 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ġbir ta' skart

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali fejn il-ġbir tal-iskart qed isir minn kuntrattur b'emeġenza’? Jekk fl-affermattiv: a) liema huma dawn il-kunsilli; b) kemm ilu jsir ġbir b'emergenza; c) x'wassal li l-ġbir tal-iskart jibda jsir b'emegenza; u d) għaliex għadu qed jinġabar taħt din is-sistema ta’ emerġenza minflok ittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur fuq bażi normali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21220 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kwestjoni dwar permessi lil Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20429 u jgħid jekk iħossx li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qed tmur kontra kull prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, meta minkejja li l-liċenzja li ġiet maħruġa lis-soċjetà Green MT Ltd inħarġet fil-25 ta' Ġunjun 2010, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha kontra dak li jsir is-soltu tat permess lill-istess kumpanija sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet tal-membri tagħha b’effett mill-1 ta' Jannar 2010 u sabiex tirraporta l-attività tagħha ta’ l-irkupru u riċiklaġġ tal-iskart fil-perjodu meta l-istess skema kienet qed topera b’mod allegatament illegali? Jekk dan huwa minnu ma jaħsibx li dan imur kontra l-permess innifsu għaliex fl-istess liċenzja hemm indikat illi l-permess huwa validu mill-bidu tas-sena 2010 u għaldaqstant b’dan l-aġir l-istess awtorità kienet b’mod konxju qed tissanzjona attivitajiet illegali altru minn proċess pubbliku u trasparenti kif qal fi stqarrija riċentement Ministru tal-Kabinett tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li għamlet l-Awtorità kien illi awtorizzat lill-iskema Green MT Ltd li tonora l-obbligi tal-membri tagħha b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010. Dan sar sabiex l-interessi tal-membri ta’ l-istess skema jkunu protetti u bl-għan uniku li l-obbligi tal-pajjiż f’dan is-settur ikunu milħuqa. Bl-ebda mod ma ġiet irregolarizzata jew issanzjonata l-iskema Green MT fl-operat tagħha bejn 1 ta’ Jannar 2010 u l-24 ta’ Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #21222 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Green MT — permessi meħtieġa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20428 u ċioe: Jikkonferma li minkejja li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għajr għall-ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju, s-soċjetà Green MT ma kellhiex permess jew awtorità mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tagħmel hekk, xorta waħda baqgħet topera l-istess skema u tagħti servizzi ta’ waste management u dan bi ksur dirett tal-artikolu 6 ta’ l-Avviz Legali 337 ta’ l-2001? Jikkonferma li fl-istess perjodu Green MT Ltd saħansitra rkuprat 'il fuq minn sitt elef tunnellata ta’ skart minn wieħed u erbgħin kunsill lokali differenti ġewwa pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma ill-Onorevoli Interpellant li l-permess maħruġ mill-Awtorità fil-25 ta’ Ġunju 2010 ma jkoprix l-attività ta’ “waste management” tal-Green MT bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-24 ta’ Ġunju 2010. Dak li ġie awtorizzat mill-Awtorità hu li l-iskart li nġabar bejn 1 ta’ Jannar 2010 u l-24 ta’ Ġunju 2010 mingħajr tali permess, xorta jista’ jintuża mill-iskema sabiex jiġu onorati l-obbligi tal-membri ta’ l-istess skema. L-Awtorità għadha m’hijiex f’pożizzjoni li tikkonferma il-volum imsemmi tant li r-rapporti awditarji dwar il-volumi tas-sena 2010 huma dovuti li jiġu sottomessi sa Marzu 2011. Pero skont il-“quarterly reports” sottomessi mill-iskema, liema reports m’humiex “audited”, l-istess skema rraportat li rkuprat mas-6000 tunnellata ta’ skart.
Leg 11 PQ #21223 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — sit ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20506 u jgħid x'passi ttieħdu dwar is-sit, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn il-bini sar b'tali mod li qed jieħu parti sew mill-bankina, tant li omm lanqas tista' tgħaddi bil-pushchair minn fuqha, fejn ma kienx hemm rispett lejn il-linja li suppost żammet il-binja, kif ukoll nuqqas ta' netting xieraq u dan kollu kien ta' inkonvenjent għar-residenti? Kif wieħed jispjega l-fatt li kuntrarju għal kull bini ieħor f'din it-triq żgħira inħareġ il-permess biex saħansitra jibnu basement u garaxx? X'passi ttieħdu s'issa fid-dawl tad-diversi rapporti li waslu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll minħabba artiklu li deher fit-Times of Malta aktar kmieni dan ix-xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20692 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentral biex joffru aktar korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema ta’ Għajnuna Finanzjarja għall-Korsijiet Lifelong Learning. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 52/2010 u Memo 93/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għal din l-iskema, kien hemm 53 applikazzjoni u l-gvern qassam € 67,328.10 biex isiru diversi korsijiet f’31 lokalità. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern dwar tagħlim għal kulħadd.
Leg 11 PQ #20693 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xiri ta' kotba ġodda għal-libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali biex il-libreriji lokali jixtru aktar kotba ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm skema li tagħti għajnuna lill-Kunsilli Lokali li għandhom ir-Responsabbilità ta’ Libreriji Lokali. Fl-2009 il-Gvern qassam € 29,354 lill-52 Kunsill li għandhom librerjia filwqat li fl-2010 tqassmu € 26,908 lill 56 Kunsill. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern li tinkoraġixxi aktar qari.