Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-VAT — Penali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 439 u 692 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — Taxxa dovuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid: Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet li saru bejn l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008 għal min kellu ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? U kemm kienet is-somma totali maħfura? Kemm hemm persuni li wkoll kellhom ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lill-istess Dipartiment tal-VAT iżda li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet għall-istess perijodu? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet u x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u 29 ta’ Frar 2008 kien hemm total ta’ 285 persuna li bbenefikaw minn maħfriet fil-perjodu imsemmi fil-mistoqsija. Is-somma totali maħfura kienet ta’ € 530,834. Ghall-istess perjodu fis-sena 2007 u 2006, l-ammont maħfur kien € 613,812 u € 1,567,399 rispettivament. Matul dan il-perjodu kien hemm 7 talbiet li ma ġewx aċċettati. In-numru ta’ talbiet li kien għad fadal jiġu proċessati fl-aħħar ta’ Frar 2008 kien ta’ 127. Skond il-liġi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, meta jkun hemm raġunijiet validi, multi imposti jistgħu jitnaqqsu jew jinħafru kemm mill-Kummissarju kif ukoll b’deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appelli tal-VAT. Il-persuni li jinħafrulhom il-multi ma jintagħżlux mid-Dipartiment imma jkunu huma stess li jiktbu lid-dipartiment biex il-każ tagħhom ikun ikkunsidrat jew inkella jkunu ressqu l-każ tagħhom quddiem il-Bord ta’ l-Appelli. Huma jkunu mitluba jagħtu r-raġunijiet biex jiġġgustifikaw in-nuqqas tagħhom li dwaru jkunu weħlu l-multi. Ir-raġunijiet għaliex xi talbiet ma ġewx aċċettati kienu li r-raġunijiet miġjuba ma kinux raġjonevoli..

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Reduced Hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra:

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 778.

Pestiċidi fuq ħxejjex importati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 364 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijet Rurali, u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux magħruf x'pestiċidi jintużaw fil-frott u ħxejjex importati? Minn fejn jiġu bħala pajjiż il-frott u l-ħwejjeġ importati? Kemm-il pestiċidi differenti jintuża għal prodott partikolari qabel ma jasal f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 800.

Ħobż tal-Malti — Tneħħija ta' Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobż Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rapport li tħejja huwa mibni fuq analiżi ta' tagħrif u li hu kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapport bħal dan jiġi ppubblikat.

Teħid ta' proprjeta — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kumpens dovut lill-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, flimkien mad-dettalji tal-każ, għall-art proprjeta' tagħhom li ttieħdet mill-Gvern ta' Malta għal skop pubbliku permezz tal-Gvern? Jista' jgħid meta se jieħdu tali kumpens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ma jistax jingħad kemm hu il-kumpens dovut lill-persuni li d-dettalji tagħhom flimkien mad-dettalji tal-każ intbagħtu separatament għaliex id-Dipartiment qiegħed fl-istadju li jirrevedi l-istimi relevanti skond il-liġi. Il-kumpens ikun jista’ jitħallas malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan.

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 700.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab annessa.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

European City Guide

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex jaġixxi kontra l-abbuż sfaċċat li qed isir mill-kumpannija bl-isem ta' European City Guide, liema kumpannija tgħid li hi bbażata f'Valenzia, Spanja u li qed tqarraq sfaċċatament bin-negozjanti Maltin u wara li tqarraq bihom titlobhom il-ħlas? X'assistenza qed jingħataw il-vittmi milquta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-transazzjonijiet in kwistjoni għandhom bħala partijiet kummerċjanti u mhux konsumaturi, u għalhekk l-istess transazzjonijiet huma klassifikati bħala “business-to-business transactions” li ma jikkwalifikawx taħt il-kompetenzi tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Minkejja dan, din id-Diviżjoni, sa fejn setgħet ipprovdiet l-assistenza tagħha lill-kummerċjanti milquta. F’dan l-istadju, nirreferu lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Fare Speċjali mill-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 487 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Transport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorizzazzjoni li ħarġet l-Airmalta kienet hekk kif iddikjarata hawn taħt : - 78 NETHERLANDS 274 BELGIUM 1685 UK & I 145 GERMANY 349 ITALY 136 LIBYA 29 AUSTRIA 54 FRANCE 15 RUSSIA 65 SWITZERLAND 6 TURKEY 2 HUNGARY 15 GREECE 2 BULGARIA 19 TUNISIA 168 LUXEMBURG 15 Oħrajn ------------------------------------------------------ 3057 Total ---------------------------------------------.

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 356 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Monte di Pieta' — Taxxi/Bolol

Question

Stante li d-dipartiment tradizzjonalment msejjaħ Monte di Pieta' hu obbligat li jiġbor it-taxxi fuq transferimenti u dokumenti (il-bolol) fuq l-assigurazzjoni u kif ukoll fuq il-bejgħ bl-irkant ta' oġġetti mobbli u transferimenti ta' ishma , jista' l-Ministru jgħid: i) Jekk hemmx żmien stipulat sabiex kumpaniji ta' l-assigurazzjoni u irkantaturi jħallsu l-bolol tal-klijenti? ii) Kemm hemm Poloz ta' Assigurazzjoni bil-bolol mhux imħallsa lid-dipartiment? iii) Kemm jiġbor bolol id-dipartiment fuq oġġetti mobbli li jkunu suġġetti ta' bejgħ bl-irkant? iv)X'sistema juża id-dipartiment sabiex jkun jaf li nġabru l-bolol kollha ta' bejgħ bl-irkant?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sussidju fuq il-ħobż ta' Malta

Question

Minħabba li fil-media hemm rapporti rigward l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-gvern fuq il-ħobż, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' sab biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rapport li tħejja huwa mibni fuq analiżi ta' tagħrif u li hu kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapport bħal dan jiġi ppubblikat.

Xiri ta' servizzi mill-privat — Multi

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk il-Gvern jeħilx multi meta jixtri xi servizzi/apparat/mediċini mingħand il-privat u ma jħallasx fil-ħin jew kif ikun il-ftehim? Il-Gvern ġieli jħallas multi lill-privat jew din is-sistema ma teżistix fejn jidħol xiri mingħand il-privat? Jekk ma teżistix din is-sistema, jista' jispjega liema sistema tiġi applikata?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant il-Gvern ma jistax ma jaderixxix mal-provvediment ta’ l-Avviż Legali dwar ħlasijiet tard.