Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20681 u jgħid liema huma l-għodod li l-kumitati amministrattivi se jkollhom biex ikunu jistgħu jaħdmu? Jista' jgħid liema huma l-kumitati amministrattivi li għamlu użu mill-iskema li hi direttament għalihom? Fiex tikkonsisti din l-iskema? Kemm hu l-ammont tal-flus li bbenefika kull kumitat amministrattiv?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20686 u jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011 u fid-diskors ġie rappurtat li l-gvern nieda diversi fondi speċjali u skemi, li ammontaw għal €6.2 miljun u li permezz tagħhom kunsilli lokali kienu megħjuna jwettqu proġetti importanti, liema huma dawn il-proġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kemm ġie jqum kull proġett?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sultadi fil-Forzi Armati ta' Malta humiex intitolati għall-unpaid leave u fil-każ li huma intitolati, taħt liema ċirkostanzi huma eleġibbli għall-istess? Minħabba l-fatt illi kull suldat fil-Forzi Armati ta' Malta għandu trade u ta' dan l-istess trade jitħallsu tat-trade tagħhom, għaliex hemm diversi suldati li m'humiex qegħdin jitħallsu tat-trade li jaħdmu biha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizzi tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta ma jipprovdux għall- unpaid leave.
Madankollu l-membri kollha tal-Forza huma ntitolati għall-
Special Family Leave
li jinkludi;
Maternity Leave Adoption Leave, Parental Leave u Leave to Foster children
bħal ma huma ntitolati l-impjegati kollha fis-servizz publiku. Barra min hekk il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta huma wkoll intitolati għall-
Compassionate Leave
kif stipulat fl-istess Kondizzjonijiet tas-Servizz.
Fir-rigward tat-
trade allowance
dawk il-membri kwalifikati huma ntitolati li jħallsu għal
trade qualification
waħda bit-
trades
l-oħra li jista jkollhom ikunu meqjusa bħala
reserve trade.
L-ammont ta’ nies li f’kull reġiment huma ntitolati li jirżievu dan il-ħlas huwa regolat bit-
trade establishment
li jiġu aġġornat minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tas-sevizz.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21192, jista' l-Prim Ministru jgħid x'permess għandu l-fond li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għad-daqq tal-musika? Jista' jgħid sakemm huwa permess il-ħin li tindaqq il-mużika u jekk tistax tindaqq barra mis-sit fis-sens li tkun tinstema'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat fuq il-fond imsemmi ma hemmx permess għad-daqq tal-mużika liema permess hu neċessarju sabiex tindaqq mużika wara l-11.00pm skont ir-regolament 38 ta’ l-A.L. 1 tal-2006.
Anke meta jkun hemm permess ta’ daqq ta’ mużika din m’għandiex tinstema min barra wara 11.00pm.
Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni 2007-2013 — applikazzjonijiet għall-proġetti u skemi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
.Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-major projects li ntbgħatu lill-Kummissjoni Ewropea s’issa huma: Improvement of the TEN-T Road Infrastructure. L-ewwel żewġ proġetti ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena, filwaqt li l-approvazzjoni għall proġett tat-tisfija tad-dreneaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta hija mistennija li toħroġ f’qasir żmien.
Proġett Computer systems and Computer Lab at Mcast Malta and Gozo ERDF No. 66 — grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett ‘Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo’ ERDF Nru 066 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 21477, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat.
Proġett — Purchase of Science and technology laboratory equipment for state schools ERDF no.058 - grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett ‘Purchase of Science and technology laboratory equipment for state schools’ ERDF Nru 058 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 21478, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat. Nixtieq inżid li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement ġie estiż sal-aħħar ta’ din is-sena.
Upgrading and expansion Mcast Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo ERDF No.056 — grant agreement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett “Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Mata/Gozo ERDF Nru 056 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 21479, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat. Nixtieq inżid li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement ġie estiż sal-aħħar ta’ Frar 2011.
Jemmen il-Prim Ministru li qabel kull kunsill tal-Unjoni Ewropea (consilium) u allura f'kull laqgħa tal-ministri tal-Unjoni Ewropea fil-livell ta' kunsill skont id-diversi setturi - affarijiet barranin, agrikoltura eċċ. - u qabel kull kunsill ewropew għandu jkun hemm briefing session mill-Prim Ministru jew ministru konċernat quddiem il-kumitat Parlamentari Malti tal-Affarijiet Barranin u Ewropej una volta li effettivament il-ministru f'dak il-kunsill ikun qed jarroga favur tiegħu mhux poteri esekuttivi biss imma anke leġislattivi (jew biex wieħed ikun iktar preċiż ko-legislattivi fil-maġġoranza tal-każijiet)? Jaħsibx il-Prim Ministru illi għandu jkun hemm iktar trasparenza u pubblicità f'dak li jsir f'din l-istituzzjoni tant importanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, ix-xogħol tal-Parlament Malti huwa msawwar fuq il-Westminister model jiġifieri fejn ir-rowl tal-Parlament huwa wieħed ta’ skrutinju.Huwa għalhekk li jiena nagħmel stqarrijiet ministerjali wara l-Kunsill Ewropew.Il-proposta tal-Onor. Interpellant fil-proċess wiesgħa u kusultativ tal-formulazzjoni tal-posizzjonijiet tal-Gvern Malti li jinvolvi fost oħrajn lill- MEUSAC u lill- Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Jista' l-Prim Ministru jispjega l-proċedura ta' kif jibdew jiġu nvoluti l-green wardens biex jaraw li l-pubbliku jibda juża aħjar il-bring-in sites? Min huwa responsabli li jinvolvi lill-green warden fil-lokalità tiegħu, il-gvern ċenrtali, il-kunsill jew xi awtorità oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-gwardjani lokali li jkunu speċjalizzaw fl-infurzar tal-liġijiet li jirregolaw il-ħarsien ambjentali u li għaldaqstant jirreferu għalihom bħala green wardens jew eco wardens.
F’dan id-dawl ninsab infurmat li il-gwardjani lokali, kemm bħala parti mix-xogħol ‘normali’ tagħhom, kif ukoll meta jkunu assenjati xogħol relatat mal-ħarsien tal-ambjent, għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-passi neċessarji fil-konfront ta’ terzi li jagħmlu użu mhux f’loku tas-servizz tal-
bring-in-sites
u jikkontrollaw kull forma ta’ abbuż konness mas-servizz.
Intant is-servizzi kollha tal-gwardjani lokali huma pprovduti mil-aġenziji tal-gwardjani lokali skond l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom mill-kunsilli lokali.
Liġijiet ta' Malta — guarantee fund a tenur tal-artikolu 21(1) tal-Kap 452
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf u kemm huwa l-guarantee fund a tenur tal-Artikolu 21(1) tal-Kap 452 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Fond ta’Garanzija ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 21 (1) tal-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali f’ Diċembru 2002. F’kull Estimi Finanzjarju ta’ bejn l-2003 u l-2007 dan il-fond irċieva €116,478.67 (Lm 50.000) sakemm laħaq l-ammont totali ta’ €582,393.35 (Lm 250,000). L-ammont li fil-preżent hu inkluż f’dan il-fond huwa ta’ €522,560.00.
Liġijiet ta' Malta — fond garantit għal impjegati li ma tħallsux
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri u regoli relattivi sabiex impjegati li ma tħallsux ikunu jistgħu jirrikorru għal fond garantit a tenur tal-Artikolu 21(1) tal-Kap 452 tal-Ligijiet ta' Malta sabiex jieħdu dak li huwa dovut lilhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Informat li l-proċeduri u r-regoli relattivi sabiex impjegati li ma tħallsux ikunu jistgħu jirrikorru għall-Fond ta’ Garanzija huma stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolamenti dwar Fond ta’ Garanzija (Avviż Legali 432 tal-2002).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm il-ħtieġa ta' pagamenti mill-fond garantit imsemmi fl-artiklu 21(1) tal-Kap 452 minn meta twaqqaf 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minn meta twaqqaf il-Fond ta’ Garanzija s’issa b’kollox saru 49 pagament ta’ pagi mhux imħallsa lil persuni li kienu impjegati f’żewġ kumpaniji differenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm proċeduri legali biex flejjes li tħallsu mill-fond garantit imsemmi fl-artiklu 21(1) tal-Kap 452 tal-Liġijiet ta' Malta jinġabru lura? Jekk fl-affermettiv, tista' tagħti d-dettalji relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kull ex-impjegat li bbenefika mill-fond ta’ Garanzija aċċetta illi jrodd lura lill-Fond l-equivalenti ta’ kwalunkwe flejjes li jirkupra bis-saħħa ta’ xi proċeduri fil-qorti jew min xi ħlas riċevut bi tpatija mingħand stralċjarju. Madankollu, s’issa l-ebda flejjes ma kienu irritornati lura lill- Fond mill-ex-impjegati.
Iċ-Chairman tal-Bord huwa infurmat illi sa issa, is-stralċjarju li kienu mqabbdin mill-qorti ma kienux f’pożizzjoni li jħallsu flejjes lill-Fond ta’ Granzija.
Low cost airlines — sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19651 u jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra li ħallas il-Gvern Malti lill-low cost airlines, sena b'sena għal kull linja tal-ajru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nimru 8825.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) jekk il-kumpanija Road Constructions għandu xi
stop notice
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba radam li qed jixħet fuq art verġni qrib il-barriera tiegħu f'żona magħrufa bħala ta' Muxi fil-Qala, Għawdex;
b) veru li fejn qed jintefa' l-iskart mir-Road Constructions hija art tal-gvern;
ċ) għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx passi kontra din il-kumpanija, meta tant ħitan tas-sejjieħ u saħansitra anke giren qed jinqerdu minn dan il-wied;
d) x'inhi r-raġuni li Road Constructions mhux qed juża l-alternative route li suppost juża skont il-permess li ħariġlu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
e) jekk minn mindu saret laqgħa mal-kunsill tal-Qala riċentament itteħdux passi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanr;
f) kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-Qala Ghawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur talli t-trakkijiet tal-kostruzzjoni jgħaddu kontra s-sinjali ta' one way;
g) x'inhi r-raġuni għaliex Road Constructions mhux qed tħallas is-somma ta' €4,600 fis-sena lill-Kunsill Lokali tal-Qala kif wara kollox hemm stipulat bħala kundizzjoni fil-permess maħruġ għall-barriera tal-istess kumpanija?
ġ) kemm-il darba mhux qed jitħallas l-ammont fuq imsemmi mir-Road Construction lill-Kunsill Lokali tal-Qala, kif qed jiġġedded il-permess tiegħu kull sena?
MEPA — Nature Protection Unit - Orkidi Piramidali ta' Malta - speċi endemika
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21061 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20160, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni biex l-orkidi piramidali jiġu rilokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni in kwestjoni hija NP 213/10, li saret mis-sur Carmel Debono għan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-MEPA bdiet l-ipprocessar ta' din l-applikazzjoni billi qed tiġbor l-informazzjoni, fosthom konferma tad-distribuzzjoni tal-ispeċi fis-sit li fuqu saret l-applikazzjoni biex tkun tista' tipproċessaha skont il-parametri tal-liġi.
Orkestra Filarmonika Nazzjonali — nuqqas ta' komunikazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20601 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jivverifika l-ilmenti li qed jasluli mingħand membri tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li hemm nuqqas serju ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-orkestra u l-amministrazzjoni tal-orkestra tant li lanqas sick leave m'hu qed iħalluhom jieħdu? Għaliex m'hemmx komunikazzjoni aħjar fi ħdan din l-orkestra nazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li:
a. Id-direzzjoni tal-orkestra dejjem addottat sistema miftuħa u effettiva ta’ kommunikazzjoni mal-mużiċisti tagħha tant li hija prassi aċċettata li membri tal-istess orkestra jikkomunikaw b’mod individwali direttament u kontinwament permezz ta’ telefon, telefon ċellulari jew e-mail mad-direzzjoni għall-bżonnijiet tagħhom.
b. Fost il-mużiċisti ta’ kwalunkwe orkestra professjonali, inkluż l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, hemm gradi differenti ta’ responsabilitajiet peress li kull sezzjoni għandha
section principal
(u
sub-principal
jekk ikun il-każ) li jservi ta’
area manager
għas-sezzjoni tiegħu/tagħha. Barra minn dawn hemm ukoll il-kap tal-orkestra (
orchestra leader
). Dawn għandhom ir-responsabbilta` li jieħdu ħsieb is-sezzjoni tagħhom kemm fuq livell mużikali kif ukoll fuq livell amministrattiv u għaldaqstant huma ħolqa importanti fil-komunikazzjoni bejn il-mużiċisti u d-direzzjoni tal-orkestra.
c. Waqt il-provi kif ukoll waqt il-kunċerti, sa fejn ikun fiżikament possibbli, dejjem ikun hemm uffiċċjal tal-orkestra jakkumpanja lill-mużiċisti u jgħin fi kwalunkwe diffikulta’ loġistika jew amministrattiva li tista’ tinqala, u li huwa dejjem dispost jisma kull diffikulta’ ta’ l-impjegati.
d. Id-direzzjoni ta’ l-orkestra ma jidhirliex li qatt kien hemm xi mużiċist li talab li jiltaqa’ magħha u din ma laqgħetx it-talba tiegħu.
Id-direzzjoni tal-orkestra ma jirriżultalhiex li qatt kien hemm talba għal
sick leave
li din ma ġietx aċċettata. It-tabib tal-kumpanija jżur mużiċisti fuq
sick leave
sabiex jivverifika, kif inhi il-prassi tax-xogħol. Prova ta’ dan hija t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi mużiċist mużiċist kemm ħa
sick leave
mis-sena 2009 sal-lum u li turi li kien hemm żieda mill-234 ġurnata
sick leave
tal-2009 għal 329 ġurnata
sick leave
mill-1 ta’ Jannar 2010 u sal-lum, meta s-sena għadha ma għalqitx. Il-maġġoranza tal-mużiċisti kollha ħadu diversi ġranet ta’
sick-leave.
Il-figuri juru li fl-2010 minn 63 mużiċist, 44 ħadu xi ġranet ta’
sick leave
u 19 li ma kellhomx bżonn ta’
sick leave
.
Apparti s-
sick leave
, għandu wkoll jiġi rilevat li l-orkestra dejjem tat dak il-
leave
ieħor, bħall-
bereavement
,
maternity
,
urgent family
u
marriage leave
, kif titlob l-liġi u dan kif imniżżel fl-istess tabella.
Apparti dan il-
leave
obbligatorju, d-direzzjoni tal-orkestra dejjem, sa fejn l-esiġenzi tax-xogħol jippermettu, għenet lill-mużiċisti impjegati tagħha billi ikkonċediet talbiet ta’
leave
li għandu element ta’ diskrezzjoni bħal
optional, study, unpaid,
kif ukoll permessi speċjali bħal appuntamenti ta’ sptar (personali jew biex jakkumpanjaw membri tal-familja), qorti jew permessi sabiex jdoqqu kunċerti barra minn Malta. It-tabella turi t-total ta’ ġranet għas-snin 2009 u 2010.
Il-mużiċisti jgawdu wkoll minn benefiċċji ta’ ġranet
off
bi ħlas jekk l-istrument li jdoqqu ma jkunx involut f’xi kunċert partikolari (u għaldaqstant il-ġranet ta’ provi marbutin ma’ tali kunċert ukoll). Apparti li mhux l-istrumenti kollha jintużaw f’kull kunċert, hemm strumenti li jaħdmu fuq sistema ta’ rotazzjoni fejn, jekk ma jkunx hemm bżonn tal-mużiċisti kollha f’dik is sezzjoni partikolari, xi mużiċisti jdoqqu filwaqt li l-kumplament tas-sezzjoni jkunu
off
bi ħlas kemm għall-provi kif ukoll għall- kunċert.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20628, 20079 u 19202 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari nurmu 21302, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Kunsilli Lokali li taw direct orders mis-sena 2008 l’hawn.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed janalizza l-informazzjoni li għandu u qed jevalwa l-passi neċessarji fil-kuntest ta’ ksur tar-regolamenti finanzjarji.