Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jixtri l-art li bħalissa tinstab għand ċittadini Maltin b'ċens, li ħadu plots mingħand il-Gvern u li għadha fuq konvenju? Fejn waslu dawn it-taħdidiet dwar il-ftehim? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ma jistgħux jissellfu flus mill-banek u jagħmlu tajjeb għalihom dawn id-djar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studji dwar l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt u ċ-ċereali, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul ta' inqas minn €12,000 fis-sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 655 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?
Jista' l-Ministru jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?
In segwitu tar-risposta li l-Prim Ministru ta lill-Interpellant odjern għall-mistoqsija parlamentari 362, jista' l-Ministru jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 639 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Sakemm jitlesta, jistgħu jitpoġġew servizzi bażiċi bħal toilets, li bħalissa jinsabu bla dawl, peress li dawk li jivvjaġġaw bil-lejl u kmieni fil-għodu qed isibu ruħhom imċaħħdin minn dawn is-servizzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kostruzzjoni tat-terminal taċ-Ċirkewwa hija f’idejn l’MMA u għaldaqstant l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lil ministru kkonċernat.
Fiċ-Ċirkewwa hemm toilets li jiffurmaw parti mill-cafeteria, li responsabbli minnhom hu l-operatur tal-cafeteria, u dawn huma aċċessibbli sa ma tagħlaq il-cafeteria tard bil-lejl. Hemm ukoll żewġ toilet portables li huma responsabbilita’ tal-MMA li huma aċċessibbli l-ħinijiet kollha tal-ġurnata, inkluż bil-lejl.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 635 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni,u issa ġiet riferuta lilu, u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Investiment u Komunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-gvern jikkunsidrax li jdaħħal għajnuna ġdida għall-ġarr ta' merkanzija lejn Għawdex peress li ż-żieda fil-prezz tad-diesel qed iżid l-ispejjeż tal-ġarr b'€50 kull vjaġġ, u dan se jgħolli l-ħajja f'Għawdex jekk iż-żieda fil-prezz se tgħaddi għal fuq il-konsumaturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tali konsiderazzjonijiet jiġu evalwati f’qafas wiesa’ ta’ għajnuniet f’oqsmi differenti li l-iStat jagħti fil-parametri baġitarji u regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur meta dan jiġi misruq minn fuq l-internet? Hemm protezzjoni għall-konsumaturi Maltin jekk dan jintalab jsegwi proċeduri minn fuq l-internet li wara jirriżulta li huma foloz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi kemm-il darba konsumatur jixtri permezz tal-internet minn bejjiegħ li huwa bbażat ġewwa Malta, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, u kif ukoll l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bhala r-regolatur fuq e-commerce, ikunu jistgħu jintervjenu biex iħarsu d-drittijiet tal-konsumatur.
Kemm-il darba l-bejjiegħ ikun ibbażat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, hemm iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta’ Malta (
ECC Malta
) li jkun jista’ jassisti lil konsumatur. Tajjeb li wieħed jinnota li dan iċ-ċentru ma jamministrax liġijiet partikolari u l-għan tiegħu huwa li jinforma u jassisti lill-konsumatur meta jkun xtara minn stat membru ieħor. Fil-fatt dan iċ-ċentru ħareġ żewġ stqarrijiet fuq il-
media
lokali rigward siti foloż.
Kemm-il darba l-bejjiegħ ikun ibbażat f’pajjiż ieħor barra l-Unjoni Ewropea, il-konsumatur jista’ javviċina lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni bħala membru tal-
International
Consumer
Protection
Enforcement
Network
(
ICPEN
) u dan ikun jista’ jwassal l-ilment tal-konsumatur lill-Awtoritajiet membri ta’ dan in-
Network
skond fejn ikun ibbażat il-bejjiegħ.
Iżda kemm il-darba l-każ ikun jammonta għall-serq jew frodi, il-konsumatur l-ewwel għandu jagħmel rapport lill-Pulizija peress li d-diffikulta’ prinċipali tkun biex jiġi rintraċċjat il-bejjiegħ. Il-Pulizija għandha is-sezzjoni speċifika
Cyber Crimes Unit
li tinvestiga dawn it-tipi ta’ reati fuq l-
internet
.
Dr Irene Bonello
Case Officer
(Consumer Protection)
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi Mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
B'referenza għall-Education Council ta' l-MFSA: Uħud mill-organizzazzjonijiet imsemmija li jifformaw parti minn dan l-Education Council huma relattivament ġodda fit-taħriġ meta paragunati ma' entitajiet li ilhom snin twal jagħtu korsijiet f'dan il-qasam. Jista' l-Ministru jgħid x'analiżi saret biex jiġi determinat li l-membri huma dawk li matul is-snin offrew programmi ta' natura vokazzjonali, teknika u professjoni speċjalizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-organizzazzjonijiet li llum jagħmlu parti mill- Education Consultative Council ta’ l-MFSA kienu konsistentament jorganizzaw korsijiet relevanti għas-settur tas–servizzi finanzjarji b’kollaborazzjoni ma’ l-MFSA nfisha minn qabel ma twaqqaf il-kunsill. Ghaldaqstant, aktar ma għadda ż-żmien, l-MFSA ħasset li jkun aktar f’waqtu li, minflok ma tittratta ma’ kull organizzazzjoni fuq bażi individwali, dan tagħmlu kollettivament u b’mod formali biex ikunu evitati d-duplikazzjoni ta’ xogħol u ħela ta’ riżorsi oħra. Illum li twaqqaf il-Consultative Council il-membri għadhom individwalment jorganizzaw l-istess tipi ta’ korsijiet ko-ordinati ma’ l-MFSA. Dawn il-korsijiet huma direttament relatati ma’ setturi li huma regolati mill-MFSA jiġifieri banking, insurance, securities, trusts u company law.
Jista' l-Ministru jispjega jekk jikkunsidrax etika l-għażla ta' institute ta' proprjeta' privata li hu mmexxi mill-istess entita biex jifforma parti minn dan il-kumitat? Jekk entita' privata tifforma parti minn dan il-kumitat, allura mhux qed jiġi kreat vantaġġ kompetittiv inġust versus entitajiet oħra? Dan anke, in vista, tal-fatt li l-MFSA ħarġet dokumentazzjoni promozzjonali li tinkludi dawn l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan il-kunsill. Huwa minnu li wieħed mill-istituzzjonijiet li jifforma parti minn dan il-kunsill huwa proprjeta' ta' u mmexxi minn entita' waħda privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tindika għal liema ‘Institute’ u ‘Kumitat’ qed tirreferi u nitlobha tiċċara l-Mistoqsija.
Apparti l-koordinament tat-taħriġ professjonali u vokazzjonali, l-MFSA għandha r-remit li tintervjeni direttament fis-settur tat-taħriġ? X'kienet ir-raġuni li l-ishma tal-Malta International Training Centre ġew trasferiti kollha lill-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA għandha l-obbligu li tiżgura li l-mezzi neċessarji għall-akkwist tal-kompetenzi li jiżguraw l-ordni fis-settur tas-servizzi finanzjarji jkunu aċċessibbli għall-industrija nfisha. Naturalment dan ifisser li, b’mod ko-ordinat u konsistenti, ikun ipprovdut taħriġ li jissodisfa il-kriterji regolatorji li jkunu applikabbli għas-settur minn żmien għal żmien.
Fis-sena 2001, L-MFSA kienet mistiedna biex ikollha ishma fil-
Malta International Training Centre
. L-iskop kien li jkun ċert li, b’kollaborazzjoni ma’ l-industrija nfisha, ikunu żviluppati programmi adegwati ta’ taħriġ fis-settur ta’ l-assikurazzjoni. Mill-bidu nett, l-intenzjoni ta’ l-azzjonisti l-oħrajn kienet li, eventwalment, l-ishma tagħhom ikunu trasferiti kollha lill-MFSA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn totali tal-pajjiż? Kemm minn dan id-dejn huwa mal-banek u x'inhuma l-interessi li qed jitħallsu fuq dan id-dejn ? Kemm minn dan id-dejn huwa ma' pajjiżi oħra u kemm qed jitħallsu interessi fuq dan d-dejn ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-31 ta’ Marzu 2008 id-dejn totali tal-Gvern kien jammonta għall-Ewro 3,280,306,163. Minn dan kien hemm:-
1. Ewro 57,106,109
Self
mal-banek
li kien jippartjeni lil
ex MDD, MSCL, u
2. Ewro 121,240,637 self minn
istituzzjonijiet barranin.
L-interessi li tħallsu bejn Jannar u Marzu 2008 fuq id-dejn totali kien jammonta għall-Ewro 60,470,943. Minn dawn kien hemm €33,988 interessi li tħallsu fuq is-self minn barra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu u beħsiebu jieħu l-Gvern biex itaffi l-impatt qawwi li qed iħallu l-prezzijiet ta' l-ikel u ż-żejt fuq l-għoli tal-ħajja u l-effett li din qed tħalli fuq id-dħul tal-familji u l-pensjonanti li qed isibuha diffiċli jlaħħqu mal-prezzijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 383.