Jista' l-Prim Ministru jara li fi Triq E.B. Vella fil-Mosta, il-kunsill lokali minkejja l-kundizzjoni tal-wiċċ ta' triq mhux daqshekk tajba, xorta waħda jara li jagħmel is-sinjali tal-parking sabiex fit-triq imsemmija jonqos id-disgwid bejn residenti tal-istess triq u sabiex ikun iffaċilitat il-parking tal-vetturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta se jevalwa l-istat tat-triq imsemmija u jara jistax jieħu ħsieb li jsir ix-xogħol rikjest.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21493 u jgħid sena b'sena kemm ġiet tiswa lill-finanzi pubbliċi n-Notte Bianca mill-ewwel edizzjoni tagħha sal-lum?
Skont ir-rapporti li għandu l-gvern f'idejh, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-impatt ambjentali fuq id-Dwejra wara l-ġbid tal-film Game of Thrones? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra dawn ir-rapporti? Min se jġorr ir-responsabbilità għad-deċiżjoni ħażina li ttieħdet? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se tieħu passi kontra l-produtturi ta' dan il-film? X'se jsir mill-garanzija miżera li kienet intabet mill-awtorità li titħallas mill-produtturi tal-film? Kemm-il film ieħor kien inġibed id-Dwejra fl-aħħar għaxar snin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu maċ-Ċivil fl-1 ta' Jannar 2010? Kemm minn dawn il-ħaddiema għandhom dħul ta' minimum wage u kemm hemm allura nies f'din l-iskala mill-ħaddiema kollha tal-gvern? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema oħrajn li qedin fi skali differenti, kemm hemm attwalment ħaddiema f'kull skala u kemm jaqilgħu skala, skala?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-1 ta’ Jannar 2010 kien hemm 28,877 impjegati fis-Servizz Publiku. L-ebda impjegat minn dawn ma kellu salarju ta’ Minimum Wage. L-impjegati kollha kellhom salaraji ogħla.
Attwalment hemm 28,627 impjegati fis-Servizz Publiku, li 28,126 minnhom għandhom is-salarju tagħhom abbinat mad-diversi skali ta’ salarji.Informazzjoni ta’ kemm hemm impjegati f’ kull skala tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Apparti dawn, hemm ukoll 415 impjegati mħallsin skond in-numru ta’ sigħat li jaħdmu, liema rati mhumiex komparabbli ma’ skala partikolari, kif ukoll mhijiex komparabbli ma’ skala.
Informazzjoni dwar is-salarji tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku tinstab fl-Estimi Finanzjarji.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-ċivil matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena, li intgħażlu għal MBA sponsorships?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li n-numru ta’ impjegati taċ-ċivil li matul l-aħħar ħames snin intgħażlu għal Master Sponsorship li jinkludi wkoll MBA.
SENA MBA MASTER SPONSORSHIP TOTAL
2005 3 3 6
2006 2 3 5
2007 2 6 8
2008 6 7 13
2009 6 7 13
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17230, jista' l-Prim Ministru jinfurmani liema huma dawk il-pompi f'Malta u Għawdex li huma fil-fatt kompletament regolati mal-istandards inkwestjoni fil-preżent?
Kunsilli lokali — sistemi tal-IT tal-customer care
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20925 u jgħid b'liema mod din is-sena tjiebu s-sistemi tal-IT tal-customer care biex il-pubbliku jinqeda aħjar fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li s-sistema tal-Customer Care (www.servizz.gov.mt) ġiet imnedija fl-4 ta’ Mejju 2009, din baqgħet tiġi mtejba matul is-sena (2010) permezz ta’ numru ta’ titjib (enhancements).
Dan it-titjib huwa immirat sabiex jagħmel is-sistema tal-Customer Care iżjed
user friedly,
kemm għall-kunsilli lokali illi iħaddmuha, kif ukoll għall-klijenti kollha li jagħmlu użu minnha. Kompla jingħata wkoll taħriġ lil staff ġewwa kunsilli lokali sabiex is-sistema tintuża aħjar. Isir ukoll monitoraġġ kontinwu sabiex jiġi aċċertat li is-sistema tintuża b’mod għaqli u effiċjenti.
Is-sistema tal-Customer Care tgħaqqad, b’mod elettroniku, il-kunsilli lokali kollha mal-ministeri kollha sabiex il-publiku ikollu
gateaway
unika min fejn jista' jinqeda, u sabiex ikun jista' jagħmel it-talba tiegħu mil-kumdita ta’daru.
Kunsill Lokali — skema tal-Public Private Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20951 u jgħid fl-iskema tal-Public Private Partnership fuq it-toroq residenzjali dawk il-kunsilli lokali li applikaw u se jieħdu sehem f'din l-iskema kemm se jieħu kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20583 fejn elenkajt dawk il-Kunsill Lokali li qed jieħdu sehem fl-iskema tal-Public Private Partneship fuq ir-resurfacing tat-toroq u kif dawn ser jagħmlu il-pagamenti tagħhom wara li jkun tlesta ix-xogħol.
Kif diġa spjegajt, wara li jitlestà ix-xogħol ta’ resurfacing, il-Kunsill ikun irid iħallas 40% tas-somma tal-kuntratt. Imbgħad wara l-ewwel sena minn mindu jkun spiċċa ix-xogħol, il-Kunsill ikun irid iħalls 20% tal-kuntratt u wara it-tieni sena il-Kunsill iħallas 10%. Għas snin l-oħra, sat-tmien sena, il-Kunsill iħallas 5% kull sena.
Minn naħa tiegħu il-Gvern, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jgħaddi lill-Kunsilli Lokali nofs l-ammonti ta’ l-ewwel u t-tieni pagament imsemmija hawn fuq.
Sa issa diġa hemm committment ta’ € 1,559,767.13 għall-15 il-lokalità. Barra minn hekk, 13 il-Kunsill ieħor kellhom l-applikazzjoni tagħhom approvata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u qegħdin fil-proċess ta’ tendering.
Barra dan, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jevalwa 24 applikazzjoni oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21070 u jgħid jekk hemmx kunsilli lokali fejn il-ġbir tal-iskart qed isir minn kuntrattur b'emeġenza’?
Jekk fl-affermattiv:
a) liema huma dawn il-kunsilli;
b) kemm ilu jsir ġbir b'emergenza;
c) x'wassal li l-ġbir tal-iskart jibda jsir b'emegenza; u
d) għaliex għadu qed jinġabar taħt din is-sistema ta’ emerġenza minflok ittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur fuq bażi normali?
MEPA — investigazzjoni fuq il-każ ambjentali tad-Dwejra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet l-investigazzjoni dwar il-każ ambjentali tad-Dwejra min-naħa tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Din ġiet imnedija minn rajh jew fuq talba tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'moniteraġġ qed isir fuq l-enforcement tal-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Waste u l-firms qrib il-Hexagon House il-Marsa?
Mosta — Santa Margerita - Barriera ħdejn il-housing estate
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li ssir xi ħaġa minħabba l-barriera li hemm ħdejn il-housing estate ta' Santa Margerita fil-Mosta li qed tuża l-isplussiv adekwat biex tqatta' l-blat, liema splussiv qed jikkawża ħafna inkonvinjent lir-residenti kollha ta' din iż-żona kull darba li jisplodi, fejn kull darba li jisplodi jagħmel theżżiża sħiħa f'ħafna djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-sistema li biha qeghdin approvati l-operat fil-barrieri li jinvolvi splussiv,qed jiġu riveduti mill-MRA (Malta Resources Authorithy) u mil-MEPA sabiex jitjieb il-kontroll fuq din l-attivita.
Naxxar u l-Mosta — barrikata ta' protezzjoni adekwata mad-dawra tal-barriera
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li hemm barrikata ta' protezzjoni adekwata mad-dawra tal-barriera kollha li hemm bejn in-Naxxar u l-Mosta liema barriera tinstab fil-Wied tal-Mosta u kważi tasal sat-triq u allura jekk ma jkunx hemm barrikata adegwata li żżom lil dawk li jkunu għaddejin mit-triq, dawn faċilment jistgħu jibqgħu niżlin għal isfel f'każ ta aċċident?
European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20948 u 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20588 u jagħti informazzjoni fuq dawk il-kunsilli lokali li talbu xi forma ta’ devoluzzjoni ta’ siti matul l-aħħar sena? Min huma dawn il-kunsilli lokali u x’kienu l-proġetti li beħsiebhom iwettqu fuq dawn is-siti?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20586 u jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti ta' Ħal Safi fuq l-istallazzjoni ta’ radar kbir fil-barracks tas-suldati ġewwa Ħal Safi ? L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar naqset li tagħmel il-konsultazzjoni? Għaliex? Kien hemm xi oġġezzjoni mill-kunsill lokali ta’ Ħal Safi fuq l-istallazzjoni tar-radar?
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — pjan għal aktar żjara fil-Kottonera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20576 u jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux se tvara xi pjan ta’ azzjoni biex tixpruna aktar turisti li jżuru l-Kottonera? Jista’ jagħti informazzjoni ta’ x'beħsiebu jwettaq il-gvern bħala l-Vizjoni 2015 fil-qasam turistiku biex joħloq niċeċ ġodda u jattira turiżmu lejn lokalitajiet rurali u x’tip ta’ investiment qed isir fuq siti pubbliċi biex dawn ikunu konformi mal-pjan nazzjonali li jagħtu importanza assoluta lill-prijoritajiet ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid xi pjanijiet hemm biex ikunu salvagwardjati t-tempji Ta’ Skorba u ta’ Ħaġrat?