Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal proġetti fuq art tal-Gvern ġew iffirmati mal-Lands Department kull sena fl-aħħar għaxar snin u wara sejħa għal tenders?
Kemm minn dawn il-kuntratti inbidlulhom il-kundizzjonijiet oriġinali tul ix-xogħol mingħajr ma ħarġu call for tenders ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti għal proġetti fuq art tal-Gvern li ġew iffirmati mad-Dipartiment ta’ l-Artijiet kull sena fl-aħħar għaxar snin wara sejħa għal tenders kien kif ġej:
Sena Numru ta’ Kuntratti
1998 34
1999 30
2000 29
2001 33
2002 50
2003 70
2004 49
2005 95
2006 74
2007 91
2008* 27 * sas-16 ta’ Ġunju
L-ebda wieħed minn dawn il-kuntratti ma nbidillu l-kundizzjonijiet oriġinali tul ix-xogħol mingħajr ma ħarġet call for tenders ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 655 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat, u ċioe’ lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1003 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa parti minnha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007 li kellhom anqas minn 65 sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li mietu xahar b’xahar fis-sena 2007 li kellhom anqas minn 65 sena qiegħed jingħata f’din it-tabella filwaqt li dawk li kienu self-employed kien hemm 8 li kienu kollha rġiel.
Age groups
Jan
Feb
Mar
Apr
May
Jun
Jul
Aug
Sep
Oct
Nov
Dec
Total
Males
39
31
34
29
28
40
24
31
23
35
40
34
388
Females
25
21
15
17
19
21
7
18
15
19
34
28
239
Total
64
52
49
46
47
61
31
49
38
54
74
62
627
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 946 u 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 983, 884, 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 966.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 967 u ċioe': Billi l-Ministru qal li l-Gvern qed jistħarreġ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti għaliex pajjiżna għandu żieda fil-prezzijiet ferm ogħla minn pajjiżi oħra tal-Eurozone, jista' jgħid meta hu mistenni jitlesta dan l-istudju u jiġi ppubblikat?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 967.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 840 u jgħid: Stante li d-dipartiment tradizzjonalment msejjaħ Monte di Pieta' hu obbligat li jiġbor it-taxxi fuq transferimenti u dokumenti (il-bolol) fuq l-assigurazzjoni u kif ukoll fuq il-bejgħ bl-irkant ta' oġġetti mobbli u transferimenti ta' ishma ,
i) Jekk hemmx żmien stipulat sabiex kumpaniji ta' l-assigurazzjoni u irkantaturi jħallsu l-bolol tal-klijenti?
ii) Kemm hemm Poloz ta' Assigurazzjoni bil-bolol mhux imħallsa lid-dipartiment?
iii) Kemm jiġbor bolol id-dipartiment fuq oġġetti mobbli li jkunu suġġetti ta' bejgħ bl-irkant?
iv)X'sistema juża id-dipartiment sabiex jkun jaf li nġabru l-bolol kollha ta' bejgħ bl-irkant?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 840.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex tal-joint office? Jew hemm xi ċens dovut lejn il-joint office?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fond in kwistjoni mhux amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 851 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u t-tieni parti tagħha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema minn Jannar sa April, 2008 li ħadmu fil-ġimgħa:
a) anqas minn 40 siegħa
b) 40 siegħa
c) minn 40 sa 48 siegħa
d) minn 48 sa 60 siegħa
e) minn 60 sa 65 siegħa
f) aktar minn 65 siegħa?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema ministeri jew dipartimenti qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 995 u jgħid skond id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każi in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1082, kont qed nirreferi għall-Education Consultative Council tal-MFSA.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kriterji u t-‘terms of reference’ li permezz tagħhom ġew stabbiliti l-istruttura, il-funzjoniet u l-proċeduri ta’ l-‘Education Consultative Council’ ġew elaborati fid-dettall f’risposti għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti nru 191,192, 1076 u 1083 (kollha tal-2008) fuq dan l-istess suġġett reċentement.
A bazi ta’ dan, wieħed ma jarax li l-preżenza fil-kunsill ta’ Istitut immexxi minn entita’ waħda privata jikkostitwixxi nuqqas ta’ etika. F’dan l-ambitu ta min jispjega aktar li l-‘Education Consultative Council’ ma joffrix vantaġġi kompetittivi lil xi ħadd mill-membri tiegħu. Il-Kunsill hu wieħed konsultattiv u mhux fl-ambitu tiegħu li jassenja korsijiet jew programmi ta’ taħrig lill-enitajiet rispettivi. Huma il-membri individwali li jidentifikaw x’korsijiet jew programmi ta’ taħriġ iridu jorganizzaw. Il-Kunsill sempliċement jikkordina u jassikura li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ xogħol u ħela ta’ riżorsi li dan iġib miegħu. Il-Kunsill jara ukoll li s-sillabi ta’ korsijiet u / jew il-kontenut ta’ programm ta’ taħriġ li jkunu organizzati jissodisfaw il-kriterji ta’ kompetenza għall-skopijiet regolatorji hekk kif stabbiliti mill-MFSA minn żmien għall-żmien. L-MFSA ma ħarget l-ebda materjal pubbliċitarju għan-nom tal-membri tal-Kunsill. Il-materjal ippublikat mill-Kunsill li għalih probabilment qed issir referenza fil-mistoqsija parlamentari hu biss ta’ natura informattiva u intiż għall-studenti f’ livell sekondarji u post-sekondarji li huma mħajjrin li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji.