Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20508 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tneħħija tal-asbestos

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċeduri għandhom jittieħdu jekk xi ħadd ikollu l-asbestos fid-dar tiegħu u jkun irid ineħħi dan il-materjal? Hemm xi post u esperti fejn wieħed jista' jitlob l-għajnuna ħalli dan il-materjal jitneħħa bl-inqas periklu għalih u għal dawk ta' madwaru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kas bħal dan tista tiġi ikkuntattjata l-kumpanija tal-Gvern Wasteserv Malta Ltd, speċjalment fejn jirrigwarda kwantitajiet zgħar ta’ asbestos li jkun iġġenerat min persuni domestiċi. F’ każi fejn għandhom bżonn jitneħħew kwantitajiet sostanzjali għandha tiġi kkuntattjata l-OHSA u possibilment kuntratturi privati li jagħtu dan is-servizz.
Leg 11 PQ #21339 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heritage Malta — ħlas għall-postijiet storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tfal taħt l-għaxar snin li jkunu akkumpanjati minn adulti u li jżuru l-postijiet storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' Heritage Malta, iħallsux biex jidħlu f'dawn il-postijiet? Jekk iva, jista' jagħti lista ta' x'inhuma dawn il-ħlasijiet għal dawn it-tfal, post b'post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tfal bejn is-sitt snin u ħdax-il sena (6-11), akkumpanjati minn adulti, jħallsu il-prezzijiet ridotti skont it-tabella sabiex iżuru Mużewijiet u Siti ta’ Heritage Malta. Tfal li jżuru s-siti bħala grupp organizzat mill-iskola jidħlu b’xejn. L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21504 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

bomb hoaxes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat din is-sena kien hemm biss bomb hoax waħda (fejn jinstab oġġett li jixbaħ bomba iżda għalkemm ikollha l-komponenti ma jkunx fiha splussiv). Din kienet ma’ residenza privata fit-Triq l-Għajn Ħad Dingli.
Leg 11 PQ #21590 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Permessi għad-Dwejra

Question

Billi normalment kull meta nħarġu permessi simili għal dak tad-Dwejra, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dejjem kellha site monitor, jista' l-Prim Ministru jgħid kienx hemm f'dan il-każ? Kemm kien hemm inspectors on site biex jwaqqfu minnufih xi infringements li setgħu irriżultaw kif spiss sar fl-imgħoddi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-każ imsemmi mill-Onor Interpellant kienu appuntati site monitors mid-Dipartiment ghall-Ippjanar u mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-MEPA in vista tan-natura tas-siti fejn kien issir l-iffilmjar. L-applikant kellu jagħti avviż li se jibda x-xogħol ġimgħatejn qabel dan jibda; peress li huwa ma tax l-avviż skond kif kien mistenni, is-site monitors ma kienux fuq is-sit meta saru x-xogħolijiet.
Leg 11 PQ #21591 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Spetturi tal-Ambjent - proċeduri legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 20335 dwar proċeduri legali li ttieħdu mis-sena 2002-2009 wara li spetturi tal-ambjent tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabu każi ta': a) tniġġiż; b) ħsara jew qtil ta' speċi protetti; ċ) twaqqigħ ta' ħitan tas-sejjieħ; d) scrap yards illegali; e) tħaddim ta' impjanti mhux skont ir-regoli ambjentali u rimi ta' skart? Kemm minn dawn il-każijiet ġew deċiżi mill-Qorti u f'kemm minn dawk deċiżi l-akkużati nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-MEPA biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21705 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

xogħol ta’ back office trasferit għal għal Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħol ta’ back office hu maħsub li jiġi trasferit għal għal Għawdex fl-2011, 2012 u 2013? Meta hu mistenni li jiġi trasferit f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-gvern diġà trasferixxa back office għal Għawdex u jibqa impenjat biex fis-snin indikati mill-Interpellant jintenfisika servizzi oħra skont l-esiġenza tas-settur Publiku u l-klijenti tiegħu.
Leg 11 PQ #21708 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — reklamar dwar Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu mill-1999 sal-lum mill-gvern u mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21741 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwejra — film Game of Thrones - permess għall-ġbid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienet il-persuna jew soċjetà li applikat mal-awtoritajiet kompetenti biex joħroġ il-permess għall-ġbid tal-film Game of Thrones fid-Dwejra? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjonijiet relevanti u kopja tad-deċiżjoni/jiet tal-awtoritarjiet kompetenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba.
Leg 11 PQ #20239 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpaniji li għollew it-tariffi tagħhom fuq is-servizzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm servizzi li joffri l-gvern u d-dipartimenti tiegħu, agenziji tal-gvern u bodies oħrajn li huma mwaqqfa mill-gvern biex jagħtu servizz lill-poplu u lill-kumpaniji parastatali li għollew it-tariffi tagħhom matul is-sena 2008/2009/ 2010? Liema kienu dawn il-kumpaniji u x'servizz jagħtu u kemm kien is-servizz li kienu jagħtu fl-2008 u kemm huwa illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21338 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti mogħtija lill-Kumpaniji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21023 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #21356 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjoni

Question

B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20395, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-perit jissottometti l-informazzjoni li qed jintalab mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21455 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — enforcement officers

Question

Jista' Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm enforcement officers għal Malta u Għawdex fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-qasam ambjentali? Kemm kien hemm fis-sena 2008 u 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21486 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — monitoring

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20546 u jgħid x’sar f’Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-lum fuq il-proġett intenzjonat li jagħmel monitoring tal-arja, l-ilma, l-ħsejjes, ir-radjazzjoni u l-ħamrija u li jwassal għal strateġija ta’ moniteraġġ kif ukoll informazzjoni baseline f’dak li huwa batimetrija u topografija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21487 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — mużew ta' arti moderna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20544 u jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21491 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — filming fid-Dwejra

Question

Indipendentement minn kull investigazzjoni li tista' qed issir, jista' l Prim Ministru jgħid: a) min kien responsabbli biex ħareġ l-permess għall- filming fid-Dwejra mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar; b) min iffissa l-garanzija baxxa li ntalbet; u ċ) min kien responsabbli mill-monitoraġġ tax-xogħol on site li kien qed isir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21492 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Dwejra - Management Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie approvat il-Management Plan tad-Dwerja Għawdex? Min kien responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21496 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2011 — fondi lill-kunsili lokali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20678, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-breakdown għas-sena 2009 u s-sena 2010 kif tqassmu l-flus lill-kunsilli lokali għal kull skema indikata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli dettaljati li juru l-flus allokati għal kull proġett jew inizjattiva mill-kunsill lokali li kienu aċċettati u aġġudikati pożittivament taħt id-diversi skemi mnedija mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali. Għall-korrettezza l-fondi totali jammontaw għal €7,341,175.04: €2,024,612.39 għas-sena 2009 u €5,316,562.65 għas-sena 2010. Intant tajjeb ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu proġetti setgħu swew aktar milli oriġinarjament stmat għax ikunu saru xi bidliet mal-progress tax-xogħlijiet.
Leg 11 PQ #21497 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2011 — fondi lill-kunsili lokali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20678, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħa kull kunsill lokali fl-allokazzjoni finanzjarja fis-sena 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm ħa kull kunsill lokali fi flus li ngħataw permezz ta' fondi speċjali biex iwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom jew biex jorganizzaw attivitajiet partikolari li jkunu jattiraw viżitaturi inkluż turisti fis-sena 2008, 2009 u 2010? Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-iskemi li s-segretarjat responsabbli mill-kunsilli lokali ħareġ fis-sena 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista'jgħid liema kienu l-544 inizjattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, jiġifieri kemm ħa kull kunsill lokali fl-allokazzjoni finanzjarja fis-sena 2008, 2009 u 2010, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 7608 u 15512. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, jiġifieri kemm ħa kull kunsill lokali fi flus mill-iskemi fondi speċjali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 21496. Din l-istess tabella telenka l-inizjattivi u l-proġetti kollha li ħadu l-kunsilli lokali fis-snin 2009 u 2010, permezz tal-iskemi msemmija. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li telenka l-iskemi għas-snin 2009 u l-2010, s'issa. Tajjeb li l-Onor. Interpellant iżomm amment li ma kienx hemm skemi oħrajn għall-kunsilli lokali qabel dawk imsemmija fil-lista.
Leg 11 PQ #21623 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Kunsill Lokali - toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlmaentari 21066, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema toroq il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ħass il-bżonn li jingħata gwida mid-Dipartiment? Jista' jgħid meta ntalbet din il-gwida u meta d-Dipartiment wieġeb lura? Jista' jgħid x'direzzjoni ta d-Dipartiment fuq dawn it-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ ikkomunika mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali fid-9 ta’ Novembru 2010 dwar toroq Anthony Aquilina, Patri Pelaġju Mifsud, Ħal Dwin, Pietru Buttigieg, Ħal Sajd, il-Qamħ, ix-Xgħir, il-Kosbor, l-Insiġ u l-iskalora. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali min-naħa tiegħu, fit-12 ta’ Novembru, informa lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ li mhux possibli li jdaħħlu t-toroq imsemmija, inkella kien ikollu jerġa’ joħroġ sejħa għall-offerti mill-ġdid. Għaldaqstant il-kunsill lokali ntalab biex jipproċedi mal-kuntrattur bil-kuntratt li kellu qabel u li mhux relatat mal-iskema tal-PPP.
Leg 11 PQ #21661 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stallar u manutenzjonin ta' bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta il-konċessjoni għall-istallar u l-manutenzjoni tal-bus shelters suppost tiġi mġedda? Jista' jgħid meta jiskadi t-terminu tal-konċessjoni u x'inhu il-mekkaniżmu ta' tiġdid ta' din il-konċessjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.