Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju fuq il-ħobż ta' Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 844, minħabba li ma narax is-sensittivita' li qed jirreferi għaliha l-Ministru u minħabba li din hija materja li taffettwa lill-poplu kollu, jista' jirrikonsidra d-deċiżjoni tiegħu li ma jippubblikax dan ir-rapport?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 844, il-pożizzjoni baqgħet l-istess, billi r-rapport għandu fih informazzjoni kumerċjalment sensittiva.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi l-Onor Interpellant għall-White Paper li ħareg il-Gvern fit-22 ta’ Novembru 1999 intitolata ‘Privatizzazzjoni Strateġija għall-futur’ partikolarment għat-Taqsima 4 fejn hemm propost il-programm tal-Privatizzazzjoni.

Finanzi, Ekonomija u Investiment — Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 685.

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 698.

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 697.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 179 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 179.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179 u 360 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 179.

Investiment lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 461 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli sabiex iġġib l-investiment lejn Malta? Kemm għandha riżorsi/budget u ħaddiema sabiex din tagħmel dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 993.

Bank Ċentrali — Depożiti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008? Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu? Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern? Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Id-depożiti tal-Gvern mal-Bank Ċentrali (inkluż is-Sinking Funds) fil-perjodu bejn Diċembru 2007 u April 2008 naqsu b'ammont ta' €75m waqt li dawk tal-banek kummerċjali żdiedu b'ammont ta' €4.5m. Dettalji ta' ċaqlieq f' dawn il-bilanċi huma murija fit-tabella hawn isfel. Depożiti tal Gvern (ċentrali) f’euro '000 Mal-Bank Ċentrali ta’ Malta Diċ-07 € 387,241.33 Apr-08 €312,143.84 Ma’ banek kummerċjali Diċ-07 € 37,408.77 Apr-08 € 41,951.16 L-Onorevoli Interpellant għandu jżomm f’moħħu li ċ-ċaqlieq fil-kontijiet tal-Gvern mal-Bank Ċentrali ta’ Malta hu volatili ħafna u ma jsegwix xejriet staġjonali. Ċaqlieq li jkun hemm fil-bidu tas-sena jirrifletti kemm dħul u ħruġ relatat mal-programm fiskali tas-sena kurrenti kif ukoll pagamenti li baqgħu pendenti mis-sena ta’ qabel. Id-depożiti tal-Gvern mal-bank Ċentrali jintużaw għal skopijiet speċifiċi li għalihom ikunu nfetħu dawn il-kontijiet. Dawn jistgħu ikunu marbuta kemm mal-programm fiskali tal-Gvern kif ukoll ma proviżjoni għal ħlas lura ta’ dejn.

Monte di Pieta' — Taxxi/Bolol

Question

Stante li d-dipartiment tradizzjonalment msejjaħ Monte di Pieta' hu obbligat li jiġbor it-taxxi fuq transferimenti u dokumenti (il-bolol) fuq l-assigurazzjoni u kif ukoll fuq il-bejgħ bl-irkant ta' oġġetti mobbli u transferimenti ta' ishma , jista' l-Ministru jgħid: i) Jekk hemmx żmien stipulat sabiex kumpaniji ta' l-assigurazzjoni u irkantaturi jħallsu l-bolol tal-klijenti? ii) Kemm hemm Poloz ta' Assigurazzjoni bil-bolol mhux imħallsa lid-dipartiment? iii) Kemm jiġbor bolol id-dipartiment fuq oġġetti mobbli li jkunu suġġetti ta' bejgħ bl-irkant? iv)X'sistema juża id-dipartiment sabiex jkun jaf li nġabru l-bolol kollha ta' bejgħ bl-irkant?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:- i) Il-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni għandhom iħallsu t-taxxa tal-boll fuq poloz ta’ l-assigurazzjoni fi żmien ħmistax –il ġurnata mill-aħħar tax-xahar, jew mill-aħħar tal-perjodu ta’ tlett xhur, skond kif ikun ingħata l-permess lilhom skond l-Avviż Legali Numru 31/1982, filwaqt li rkantaturi ma hemmx żmien stipulat fl-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364) sabiex jagħmlu l-ħlas tal-boll dovut. ii) Id-Dipartiment jizgura li kull kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tħallas il-boll fi żmien stipulat lilha skond kif spjegat hawn fuq (i). Għaldaqstant m’hemmx bolol mhux imħallsa fuq poloz ta’ l-assigurazzjoni. iii) F’bejħ b’irkant ta’ mobbli, l-ammont totali mħallas fuq oġġetti jew l-oġġetti mixtrija minn persuna waħda, ikun iżjed minn mitejn u tletin ewro (€ 230), għandu jitħallas fuq il-Memorandum li fuqha jkun imniżżel dak il-bejgħ, taxxa ta’ żewġ ewro u sittin ċenteżmu ( € 2.60) għal kull mitt ewro ( €100), jew parti minnha, tal-prezz imħallas minn dak ix-xerrej. iv) Id-Dipartiment isir jaf bl-irkantijiet permezz ta’ avviżi li jkunu saru mill-irkantaturi fil-gazzetti lokali. Jekk fi żmien raġjonevoli ta’ bejn wieħed u ieħor sitt gimgħat minn meta jkun sar l-irkant, l-irkantatur ma jiġix fid-Dipartiment u ma jġibx miegħu il- Memorandum li fih ikun hemm kull bejgħ li sar f’dak l-irkant partikolari, u dan sabiex titħallas it-taxxa dovuta skond l-artikolu 39 (i) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364), id-Dipartiment jinnotifika l-irkantatur sabiex jagħmel hekk mill-aktar fis possibbli.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 179.

Pensions Ordinance

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li din il-PQ hija relatata ma’ amenda li saret fit-Treasury Pensions Ordinance, għandha tiġi riferuta lid-Director (Employee Relations) (MPO). Il-bidliet li jsiru fil-‘policy’ isiru mill-MPO.

Bank Ċentrali — Depożiti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsij parlamentari 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008? Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu? Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern? Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 835

Żieda fil-Prezzijiet

Question

Billi l-Ministru qal li l-Gvern qed jistħarreġ permezz ta' l-awtoritajiet kompetanti għaliex pajjiżna għandu żieda fil-prezzijiet ferm ogħla minn pajjiżi l-oħra tal-Eurozone, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta dan l-istudju u jiġi ppublikat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tagħmel moniteraġġ tal-prezzijiet ta’ firxa wiesa’ ta’ prodotti ta’ l-ikel li jinsabu fis-suq. Meta jiġi nnutat li xi prezzijiet ikunu varjaw b’mod mhux normali, ssir analiżi biex jiġi ivverifikat jekk hemmx xi ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni. Dak li qed jipprova jalludi għalih l-Onor. Interpellant mhux xi studju statiku ta’ sitwazzjoni tas-suq kollu, imma ta’ setturi speċifiċi (u fis-settur wiesa’ ta’ l-ikel) li jista’ jidher li qed iħallu impatt negattiv fuq l-għoli tal-prezzijiet mingħajr ġustifikazzjonijiet raġonevoli. Saru investigazzjonijiet fuq ċaqlieq ta’ prezzijiet u f’ħafna mill-każijiet irriżulta li ċ-ċaqlieq kien ġustifikat minħabba l-għoli ta’ prezzijiet minn barra u spejjeż għola fit-trasport pero’ minħabba li l-informazzjoni miġbura hija ta’ natura kummerċjali hija għalhekk kunfidenzjali u ma tistax tiġi ppublikata.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġed mistoqsijiet parlamentari 884, 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 179.

Investiment lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 702 u jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli sabiex iġġib l-investiment lejn Malta? Kemm għandha riżorsi/budget u ħaddiema sabiex din tagħmel dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Malta Enterprise hija l-Aġenzja responsabbli sabiex tattira l-investiment barrani lejn Malta. Il-Malta Enterprise timpjega 96 ħaddiem li minnhom hemm 20 li huma direttament involuti biex iġibu dan l-Investiment lejn Malta. Fir-rigward tar-Rizorsi/ budget , il- Malta Enterprise tingħata żewġ Voti kull sena sabiex topera u tilħaq l-għanijiet tagħha li tinċentiva l-intraprisi. Ghas-sena 2008, il-Vot rikurrenti u kapitali kien kif ġej: Rikurrenti Kapital €000 €000 2008 4,847 10,903

Prodotti mixtrija mill-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jista' jsib għajnuna ċ-ċittadin li jkun xtara prodott minn fuq l-internet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-ċittadin jista’ jsib għajnuna mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kif ukoll mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, jekk jixtri mingħand bejjiegħ li huwa bbażat ġewwa Malta. Kemm-il darba l-bejjiegħ ikun ibbażat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, hemm iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta’ Malta ( ECC Malta ) li jkun jista’ jassisti lill-konsumatur. Kemm-il darba l-bejjiegħ ikun bbażat f’pajjiż ieħor barra l-Unjoni Ewropea, il-konsumatur jista’ javviċina lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bħala membru tal- International Consumer Protection Enforcement Network ( ICPEN ).

Kumpanija MIDI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali? Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat, u cioe lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar liema flus jitqiegħdu fil-Fond għall-Kawżi Ġusti? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' flus li bħalissa jinsab f'dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Budget allokat għat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.