Jista' l-Prim Ministru jgħid, minn Jannar ta' din is-sena sal-lum, kemm taw ċittazjoniet il-wardens li huma assenjati mal-kunsilli lokali? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kif tqassmu l-flus ta' dawn iċ-ċitazzjoniet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ftit ta' xhur ilu twaqqfet ir-riforma dwar l-infurzar tal-liġi fejn jidħlu wardens, f'liema stadju waslet din ir-riforma u xi progress sar? Meta din ir-riforma se tibda tkun effetiva għall-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumitat ta’ Tmexxija dwar is-Sistema ta’ Infurzar Lokali, imwaqqaf bis-saħħa tal-Avviż Legali 176 tal-2010, huwa nkarigat bl-implementazzjoni tar-riformi premessi bir-rapport “Strengthening the Local Enforcement System” jippreżenta perjodikalment progress report dettaljat dwar l-istadju milħuq minn żmien għal żmien.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-aħħar rapport għas-sodisfazzjon tal-Onor. Interpellant.
Minn dan il-
progress report
l-Onor. Interpellant jista’ jinnota li mill-anqas 14 mid-39 proġetti ta’ riforma elenkati fir-rapport dwar ir-riforma kienu nkorporati fid-dokument ġdid
(New Tender Document)
,
imħejji mill-imsemmi Kumitat ta’ Tmexxija.
Ninsab infurmat li dan it-
tender
se jkun ippubblikat mill-ħames Reġjuni (Xlokk, Nofsinhar, Ċentrali, Tramuntana u Għawdex) fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Istandards ta' Malta tagħmilx xi testijiet fuq il-majjal proċessat f'Malta biex ikun magħruf jekk il-majjal li jintuża f'dawn il-proċessi jkunx majjal imkabbar (imrobbi Malta) inkella majjal impurtat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tal-Istandars ta’ Malta ma tagħmilx testijiet fuq il-majjal proċessat,għaliex dan mhux parti mir-responsabilitajiet tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fis-sejħa għall-promozzjoni ta' team manager fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar GF 106/10 call reference number 23-2010 ma ntalabx li l-kandidati prospettivi għandhom bżonn kwalifiki akkademiċi kif intalab f'applikazzjonijiet oħra senjatament manager, topographic product development manager, large-scale topographic mapping u call reference number 08/2010 team manager? Jista' jgħid jekk jafx li hawn persuni fis-surveying kwalifikati akkademikament b'degree fis-surveying? Jista' jgħid min se jkun fuq il-bord tal-għażla? Din jew dawn il-persuni huma kwalifikati akkademikament fis-suġġett? Jekk iva, jista' jgħid x'inhi din il-kwalifika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim kollettiv tal-gradi professjonisti fil-MEPA jaghti dritt li f'kazi fejn l-kandidati jkollhom l-esperjenza ekwivalenti, din ukoll tigi meqjusa bħala wahda mir- rekwisti. Ghalhekk f'dan il-kaz partikolari ta' din is-sejha l-impjegati li għandhom kwalifika fis-surveying flimkien ma' 5 snin esperjenza jew ikollhom esperjenza fi grad professjonali b'iktar minn 5 snin esperjenza fis-surveying setgħu japplikaw. Ta' min isemmi li s-sejħa tissabilixxi rekwiziti oħra barra kwalifiki u esperjenza.
Mir-rekords tagħna jirriżulta li hemm impjegati li għandhom ir-rekwizti msemmija hawn fuq.
Skont il-proċeduri tal-ftehim kollettiv l-kandidati kollha li jiġu mgħajjta għall-intervista jkunu nfurmati minn qabel bl-ismijiet tal-membri li se jkunu fuq il-bord ta'l-Għażla. Dan il-bord se jkun mwaqqaf minn uffiċċjali li huma responsabbli direttament jew indirettament għal dan il-grad. Dan il-grad huwa wiehed maniġerjali fejn min jiehu l-pożizzjoni jrid imexxi grupp ta' l-staff fuq l-Land Surveying.
Barra min hekk l-Bord ta' l-Ghazla jinkludi wkoll membri oħra hekk kif definit fil-ftehim kollettiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se tneħħi t-trab iswed ta' grit blasting li nstab f'Wied Blandun, fil-Fgura? Għaliex dan id-dewmien?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jingħata sussidju lil Ryanair għar-rotta ta' Birmingham, wara li l-Air Malta se tieqaf topera din ir-rotta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern mhux qed jissussidja r-rotta ta’ Birmingham. L-Awtorita’ tat-Turiżmu tilħaq ftehim ma operaturi turistiċi inklużi linji ta’ l-ajru bħal Air Malta u Ryan Air, sabiex jippromwovu btajjel f’pajjiżna inkluż ir-rotta ta’ Birmingham.
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tax-xogħlijiet li saru fil-kamp tal-patrimonju (Heritage) fl-aħħar sena limitatament fejn ix-xogħlijiet kienu finanzjati totalment jew parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea? X'kienet l-ispiża u x-share li ħarġet l-Unjoni Ewropea f'kull każ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan hux qed jibgħat ittri biex jiġbor ċitazzjonijiet antiki li ma kenux ġew imħallsa? Jista’ jgħid lil min qabbad il-kunsill ta’ San Ġiljan biex jagħmel dan u jekk ħariġx sejħa għall-offerti pubblika għal dan il-għan? Jekk fil-fatt ħarġet sejħa pubblika, jista’ jpoġġi kopja ta’ din is-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra, peress li ntalbet l-informazzjoni lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet u fuq liema kriterji ħarġet il-permessi neċessarji sabiex il-kiosk li nbniet bħala struttura permanenti, ġiet mogħtija l-permess li titqiegħed f'pożizzjoni li ossia ħolqot blind corner bejn Triq il-Kaħli u Triq il-Mosta f'San Pawl il-Baħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-kiosk ġiet mogħotija permess wara konsultazzjoni mal-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, għaliex tikkonforma mal-Policy and Design Guidance tal-Kiosks, tinsab f'post ċentrali fit-town centre, u viċin ta' bus shelter, u għalhekk ideali bħala tourist information point. Il-permess ħareg b'kundizzjoni li l-kiosk tintuża biss bħala tourist information point, fejn ma jistax isir bejgħ ta' prodotti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk struttura li hija ċertifikata li nbniet qabel l-1968 għandhiex titwaqqa' bħala struttura illegali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-prattika (policy) li tħaddan il-MEPA ssegwi li jekk struttura tkun tidher fir-ritratti uffiċjali mill-ajru meħuda fil-1967 u sussegwentament indikata fis-survey sheets tal-1968, din tkun meqjusa jew ossia ċertifikata bħala struttura qadima li għaliha ma jintalabx permess ta' bini. Pero jekk fl-eventwalita jkun ippruvat li għalkemm l-istruttura tidher fir-ritratti uffiċċjali iżda kienet inbniet b'mod illegali jew ossia mhux konformi ma' xi permessi tal-bini li setgħu nħarġu qabel jew wara l-1967, xorta waħda tittieħed azzjoni t'infurzar skont il-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna li tkun interessata tidħol taħdem fl-Armata u minkejja li ma jkollhiex kwalifiki akkademiċi biżżejjed, ikollha snajja partikolari li tkun kapaċi taħdem fihom, tistax tapplika u tiġi aċċettata bħala membru tal-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kundizzjoni tax-xogħol li joperaw fihom il-membri tal-Forzi Armati tagħna jirrikjedu li kull membru jkollu livell ta’ edukazzjoni bażiku sabiex jkun jista' jaqdi d-doveri kollha li jistgħu jiġu assenjati lilu minn żmien għal żmien. L-eżami tad-dħul, fejn applikabbli, huwa l-kejl fejn jista' jiġi assigurat dan.
Dawk il-kandidati li jkollhom il-kwalifiċi neċessarji f’livell ordinarju huma eżentati milli joqgħodu għal dan l-eżami.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn impjegati fiċ-Ċivil, f'entitajiet governattivi u fil-bqija tas-settur pubbliku li jitħallsu b'rata aktar minn tal-President ta' Malta? Fejn jaħdmu u x'jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-Amministrazzjoni Pubblika hemm 117 impjegati illi s-salarju tagħhom huwa ogħla minn tal-President ta’ Malta. Dettalji ta’ fejn jaħdmu u l-grad jew pożizzjoni ta’ dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' impjegati pubbliċi li jinsabu interdetti minn xogħolhom u setgħat oħra? Minn liema dipartimenti huma? Għaliex ġew sospiżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 46 uffiċjal pubbliku li huma interdettat mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant tinstab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — promozzjoni dwar Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul l-2010 mill-gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17265.
Rigward x’miżuri hu mistenni jittieħdu matul l-2011 u kemm hu mistenni li tkun in-nefqa, ninforma lill-Onor Membru illi l-informazzjoni tingħata f’ xi seduta oħra.
miżuri għal aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul l-2010 mill-gvern u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17269.
Rigward x’miżuri hu mistenni jittieħdu matul l-2011 u kemm hu mistenni li tkun in-nefqa, ninforma lill-Onor. Membru illi l-informazzjoni tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21269 u jgħid:
a) jekk il-kumpanija Road Constructions għandu xi
stop notice
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba radam li qed jixħet fuq art verġni qrib il-barriera tiegħu f'żona magħrufa bħala ta' Muxi fil-Qala, Għawdex;
b) veru li fejn qed jintefa' l-iskart mir-Road Constructions hija art tal-gvern;
ċ) għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx passi kontra din il-kumpanija, meta tant ħitan tas-sejjieħ u saħansitra anke giren qed jinqerdu minn dan il-wied;
d) x'inhi r-raġuni li Road Constructions mhux qed juża l-alternative route li suppost juża skont il-permess li ħariġlu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
e) jekk minn mindu saret laqgħa mal-kunsill tal-Qala riċentament itteħdux passi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanr;
f) kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-Qala Ghawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur talli t-trakkijiet tal-kostruzzjoni jgħaddu kontra s-sinjali ta' one way;
g) x'inhi r-raġuni għaliex Road Constructions mhux qed tħallas is-somma ta' €4,600 fis-sena lill-Kunsill Lokali tal-Qala kif wara kollox hemm stipulat bħala kundizzjoni fil-permess maħruġ għall-barriera tal-istess kumpanija?
ġ) kemm-il darba mhux qed jitħallas l-ammont fuq imsemmi mir-Road Construction lill-Kunsill Lokali tal-Qala, kif qed jiġġedded il-permess tiegħu kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li il-MEPA investigat il-każ ta' depożitu ta' materjal fuq l-art magħrufa bħala tal-Muxi viċin il-barrieri kif inhu allegat mill Onorevoli Interpellant. L-investigazzjonijiet ħadu ftit fit-tul sakemm ġiet identifikata sew l-kumpanija li akkwsitat l-art kif ukoll il-Kumpanija li l-inġenji tagħha iddepożitaw il-materjal. Għaldaqstant il-MEPA ħarġet ordni biex Tieqaf u tat-Twettiq kontra s-sidien li jirriżultaw li huma Joymar Co Ltd u kontra il-kumpanija l-oħra Road Construction LTD li huma s-sidien tat-trakkijiet li ġew irrapurtati jġorru u jarmu il-materjal f' Tal-Muxi.
Ma jirriżultax illi l-art inkwestjoni tappartieni lill-Gvern. Tajjeb jingħad ukoll illi l-art fejn sar l-irdim u li fuqha ħarġet l-Avviż (ECF 574/10) jaqa l-barra mill-konfini ta' xi waħda miż-żewġ barrieri li hemm fil-viċininanzi cioe HG 10 u HG 12. Għaldaqstant sakemm ħarġet ECF 574/10 ma jirriżultax li l-kumpanija Road Construction kellha xi stop notice operattiv fil-konfront tagħha.
L-Avviż tat-Twettiq ser jinkludi wkoll il-ħsara li saret lill-ħitan tas-sejjieħ minħabba dan ir-radam.
L-Alternative Route stipulata fil-permessi tal-Ippjanar taż-żewġ barrieri li hemm fil-Qala hija nfurzabbli minn Malta Transport u mill-Gwardjani Lokali imqabbda mill Kunsill. Allura l-ammont ta' ċitazzjonijiet li nagħtaw s'issa jista' jintalab mill-istess Awtorita' jew mill-Kunsill Lokali.
Rigward il-kontribuzzjoni annwali tal-ammont indikat fl-interpellanza versu il-manteniment tat-toroq identifikati fil-pjanti approvati EIA 5/5-3 (option 3) tal-permess PA 3105/05 (renewal), dawn il-ħlasijiet iridu jsiru skond il-permess lill-Kunsill Lokali tal-Qala wara li jitlesta x-xogħol u wara li jinħareġ ċertifikat minn perit inkarigat mill-istess Kunsill. Għaldaqstant il-Kunsill għandhu jinforma lill-MEPA jekk dawn il-ħlasijiet humiex isiru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk riċentament, inkritx karozza ġdida għall-użu uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’tip ta’ karozza hi u kemm ġiet tiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninfurmak li l-Uffiċju tiegħi ma kera ebda karozza ġdida għall-użu uffiċjali tiegħi.
Meta jsir xi kiri jkun biss minħabba li l-karozza uffiċjali tiegħi tkun wieqfa.