Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fare Speċjali mill-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 776 u jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 776.

Kumpanija MIDI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1052 u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali? Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1052.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 700 u 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 700.

Banek Lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar jekk sarux diskussjonijiet mal-banek lokali dwar it-tneħħija tal-ħlasijiet fuq id-diversi cards li hawn fis-suq hawn Malta? Meta hu mistenni li ċ-charges tal-lum jitneħħew għal kollox?

Response (FENECH, TONIO)

It-tneħħija ta’ taxxa fuq credit cards illi nsibu fis-suq lokali hija wegħda elettorali li għamilha dan il-Gvern. Programm elettorali jitwettaq fuq perijodu ta’ ħames snin u mhux neċessarjament l-ewwel sena ta’ leġislatura. Kull deċizzjoni fiskali trid tittieħed fl-isfond tal-impenn tal-Gvern li sa 2010 il-Budget tal-Gvern ikun f’Surplus.

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 404 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u ċioe': Billi l-Awtorita' Marittima hi l-awtorita' regolatorja tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-istess awtorita' tatx xi direttivi li ma jistgħux jitgħabbew iktar minn 25 passiġġier meta jkun hemm xi trakkijiet fuq l-istess vapuri?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1019 u jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Vapuri għat-tagħbija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 638 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrasttruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x'arranġamenti qed isiru biex il-Gozo Channel jibqa' jkollha vapur li tista' tuża regolarment għat-tagħbija tal-merkanzija u ta' skart perikoluż peress li bħalissa għandha vapur wieħed u allura meta jkun bil-ħsara ma jkollhiex mezz biex iġġorr din it-tagħbija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gozo Channel bħalissa għandha l-MV GAUDOS li jista’ jġorr merkanzija perikoluża. Għalkemm bħalissa m’għandniex alternattiva jew mezz ta’ ġarr ieħor ta’ dan it-tip, il-Gvern u l-Gozo Channel qed jaħdmu sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata mingħajr ma jkun hemm inkonvenjent għall-passiġġieri l-oħra li jużaw is-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.

Pestiċidi mportati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 365 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jindika liema kategorija ta' pestiċidi jiġu mpurtati f'pajjiżna? Għal kull kategorija ta' pestiċidi liema kimiċi jiġu l-iktar importati? Minn fejn jiġu mportati? Kemm kienet l-importazzjoni ta' pestiċidi sena b'sena fl-aħħar 10 snin skond il-kategorija u l-kimika tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 797.

Bank Ċentrali — Profitt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-profitt, sena b'sena tal-Bank Ċentrali ta' Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin mis-sena 1998 sas-sena 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-profitti tal-Bank Ċentrali għall-aħħar għaxar snin kienu dawn: Sena Profitt Lm’000 €’000 2007 12,317 28,691 2006 11,152 25,977 2005 10,796 25,148 2004 14,901 34,710 2003 18,233 42,471 2002 19,782 46,080 2001 26,054 60,689 2000 25,902 60,335 1999 23,113 53,839 1998 30,682 71,470 Dawn il-figuri jiġu ppubblikati f’aktar dettal fir-rapport anwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u jistgħu jinkisbu wkoll mill-website uffiċjali tal-Bank li jagħti aċċess għall-istess rapporti tul l-aħħar għaxar snin.

Karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Assigurazzjoni privata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

National Insurance

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 700, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija ċ-ċifra globali ta' flus li ma tħallsux fuq l-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: NI Contributions Type Year € 2004 8,652,523.04 2005 8,825,768.30 2006 12,574,437.08 2007 14,675,793.24 Total 44,728,521.66

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 699 u 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 700.

Dragonara Casino

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiskadi l-konċessjoni tal-liċenzja relattiva għall-operazzjoni u management ta' Dragonara Casino? Veru jew mhux veru li l-operaturi preżenti ngħataw estenzjoni tal-perjodu tal-konċessjoni? Xi tkun il-pożizzjoni tal-Gvern jekk il-ħaddiema tad-Dragonara Casino jagħżlu li jidħlu għall-operazzjoni u l-management tad-Dragonara Casino taħt il-forma ta' koperattiva?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konċessjoni eżistenti għall-operazzjoni u management tad-Dragonara Casino tiskadi fl-aħħar ta’ Frar tas-sena d-dieħla. Fl-ebda ħin ma ingħatat xi forma ta’ estensjoni ta’ din il-konċessjoni. Hi l-intenzjoni tal-Gvern illi jitnieda proċess li permezz tiegħu tingħata konċessjoni ġdida. Kif wieħed jistenna, dan ser ikun proċess trasparenti u kompetittiv.

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 947 u jispjega: (a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace? (b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo? (c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu? (d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Attivitajiet Għat-Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dawn il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.