Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21946 Sitting 292 2010-12-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruise passengers li niżlu Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm cruise passengers niżlu Għawdex fl-2009 u sa Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex fl-istess żmien u kemm niżlu passiġġieri minn fuq kull wieħed? Jista’ jagħti l-isem tal-cruise liner f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-sena 2009 Ghas-sena 2010, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 21702 lil ngħatat mill-Onor Ministru għall- Infrastruttura, Transport u Komunikazzjoni.
Leg 11 PQ #21526 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet sportivi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20695, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma s-46 applikazzjoni? Kif tqassmu t-€33,262.80 biex jitwettqu 25 proġett ta' natura sportiva? Kemm ħa kull kunsill? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill? Kemm ħarġu l-isponsors għal kull proġett? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21527 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet sportivi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20695, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma s-37 applikazzjoni biex ikunu organizzati attivitjiet sportivi? Kif tqasmu dawn id-€49,189? Kemm ħa kull kunsill? Liema kienu d-29 proġett? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill għal kull proġett? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett? Kemm ħarġu l-isponsors għal kull progett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21528 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 20694, jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-33 applikazzjoni li l-gvern qassam €144,500 għalihom? Kif tqasmu dawn il-flus? Liema huma t-30 attività msemmija? Kemm ġiet tiswa kull attività? Kemm ħareġ kull kunsill? Kemm ħarġu l-isponsors? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21529 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20694, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-68 applikazzjoni li daħlu fis-sena 2010? Kif tqassmu dawn il-€277,000? Liema huma dawn is-57 attività? Kemm ġiet tiswa kull attività? Kemm ħareġ kull kunsill? Kemm ħarġu l-isponsors? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21530 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xiri ta' kotba ġodda għal-libreriji

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20693, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu €23,354 lil 52 kunsill lokali li għandhom librerija? Kemm ħa kull kunsill? Liema kienu l-kunsilli involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 21496.
Leg 11 PQ #21531 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xiri ta' kotba ġodda għal-libreriji

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20693, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu l-kotba b'valur ta' €26,908 lil 56 kunsill lokali? Liema kienu l-kunsilli involuti? Kemm ħa kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 21496.
Leg 11 PQ #21606 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — implimentazzjoni u enforcement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-preżent u kemm kien hemm fis-snin 2008-2009 li xogħolhom huwa li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-enforcement u rispett sħiħ lejn l-obbligi tal-Integrated Pollution Prevention and Control Permits maħruġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli interpellant li fil-Unit għall-Permessi Ambjentali u Industrija, li taħta jaqgħu r-responsabbiltà tal-ħrug tal-permessi tal-IPPC, hemm jaħdmu 8 persuni. Fl 2008 u 2009 l-ammont kien l-istess.
Leg 11 PQ #21607 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power Station ta' Delimara — audit report

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audit report li kellu jsir aktar kmieni din is-sena fuq il-Power Station eżistenti ta' Delimara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA qiegħda tippjana li l-audit tal-power station ta’ Delimara jsir is-sena d-dieħla għall-ħabta ta’ Marzu, fl-għeluq is-sena mill-ħruġ tal-permess.
Leg 11 PQ #21608 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Socio Economical impact study

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għas-suġġeriment tal-Partit Laburista biex jitfassal socio economical impact study dwar il-biodiversità f'pajjiżna vis-à-vis s-setturi ekonomiċi kollha u anke fil-kuntest tat-titjib tal-kwalità tal-ħajja ta' pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern lest jikkunsidra s-suġġeriment mressaq mill-Oppożizzjoni fil-qafas tax-xogħol li għaddej bħalissa għat-tfassil ta’ Strateġija u Pjan Nazzjonali għall-Biodiversità. Ikun tajjeb kieku studju bħal dan jikkumplimenta fuq bażi lokali dak li qed jsir f’livell internazzjonali permezz tal-istudju TEEB (The Econonomocs of Ecosystems and Biodiversity Study).
Leg 11 PQ #21610 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — State of the Environment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan ta' azzjoni għandhom il-gvern u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jimplimentaw ir-rakkmandazzjonijiet tal-Istate of the Environment Report 2008 tal-istess Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rakkmandazzjonijiet ta' l-iState of the Environment Report se jittieħdu in konsiderazzjoni fit-tfassil tal-Plan Nazzjonali dwar l-Ambjent, speċjalment għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti mid-Direttivi tal-UE. Għal dawk l-aspetti li huma koperti minn Direttivi Kommunitarji, dawn id-direttivi jipprevedu pjan ta' azzjoni fi żmien definit sabiex jiġu indirizzati dawn l-issues.
Leg 11 PQ #21611 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ħaddiema fuq Air Quality Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies bħalissa u kemm kien hemm nies fix-xhur mgħoddija fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jaħdmu fuq il-moniteraġġ tal-Air Quality Plan? X'inhu l-istatus tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'kollox hemm 7 minn nies jaħdmu fuq xogħol relatat mal-kwalità tal-arja. • Ħamsa minn dawn is-sebgħa jaħdmu fuq il-monitoroġġ tal-kwalità tal-arja. Li il-gradi ta' dawn il-persuni huma Senior Environment Protection Officer, 2 Environment Protection Officers u 2 Environment Protection Technicians. • It-tnejn minn nies l-oħra li huma, Senior Environment Protection Officer u Environment Protection Officer li jaħdmu fuq il-politika dwar il-kwalità ta' l-arja. Parti mix-xogħol ta' wieħed minn dawn il-persuni, huwa li fost affarijiet oħra jieħu ħsieb il-monitoraġġ tal-pjan dwar il-kwalita tal-arja. Issa li il-pjan għall-Kwalità tal-Arja tħejja, xogħol il-MEPA huwa li tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan. Ta min jfakkar li ħafna mill-miżuri li hemm inklużi f'dan il-pjan iridu jiġu implimentati minn entitajiet oħra, per eżempju il-miżuri li huma rrelatati mat-trasport (il-maġġoranza tal-miżuri) jridu jiġi implimentati mit-Transport Malta.
Leg 11 PQ #21783 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Wied il-Għajn - full size football pitch

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn, skont il-plans tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, f'Wied il-Għajn għandu fil-futur jinbena full size football pitch bħalma hemm fl-irħula l-oħra kollha ta' Malta inkluż dawk li huma ferm iżgħar bħala popolazzjoni minn Wied il-Għajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta (2006) jidentifika sit maġenb l-Impjant għar-riciklaġġ ta’ Sant'Antnin għall-użu ta' faċilitajiet informali għar-rikreazzjoni. Policy SMMS 09 tindika numru ta' użi permissibili għal dan is-sit, li fost oħrajn jinkludu l-possibilità ta' żvilupp ta' pitch tal- football. Il-MEPA tinkoraġixxi djalogu bejn l-aġenzija li timmaniġja dan is-sit u l-entitajiet konċernati tal-lokalità bil-għan li jintlaħaq kompromess fl-interess tal-komunità. Wied il-Għajn hu mdawwar b'diversi żoni ta' importanza ambjentali li jikostrinġu żviluppi ta' natura sostanzjali. Peress li s-sit propost mill-Pjan Lokali huwa ta' daqs konsiderevoli, li faċilment jakkomoda użi varji għar-rikreazzjoni, ma ġewx identifikati siti oħra għall-istess użu.
Leg 11 PQ #21785 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Wied il-Għajn - żvilupp fiż-żona tal-pixxina

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, skont il-pjanijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jekk hux earmarked li jsir żvilupp fiż-żona tal-pixxina ta' Wied il-Għajn? X'tip ta' żvilupp? Jaħsibx li una volta li diġà hemm pixxina kwalunkwe żvilupp għandu jkun wieħed sportiv biex is-south ikollu ċentru sportiv state of the art bħal reġjuni oħra fil-gżejjer? Jista' jindika permezz ta' mappa, liema huma l-artijiet fil-madwar tal-pixxina li huma proprjetà tal-gvern? Minn dawn, liema għandhom pussess vakanti u liema huma fdati b'xi titolu jew ieħor lil terzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s-sit tal-pixxina ta' Wied il-Għajn huwa kopert bil-policies SMMS 03 u SMMS 04 tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta (2006). Policy SMMS03 tispeċifika t-tip ta' żvilupp li jista' jsir fuq is-sit tal-pixxina u l-parti li tmiss magħha, inkluż il-parkeġġ eżistenti. L-użu possibli fuq is-sit jinkludi faċilitajiet għall-isport inkluż pixxina, spazju kummerċjali (ħwienet), żvilupp residenzjali limitat, kif ukoll spazju miftuħ ghall-pubbliku. Dawn iridu jkunu jinkludu spazju għall-parking iktar min dak eżistenti kif ukoll, miżjud ma' dak rikjest mill-iżvilupp propost. Policy SMMS04 tagħti lok sabiex is-sit tal-pixxina u l-madwar ikun marbut mal-possibilita' ta' żvilupp ta' yacht marina fil-lokalita' suġġett għal numru ta' studji. F'dan il-każ, l-ammont ta' żvilupp residenzjali u kummerċjali jista' jiżdied b'mod li jagħmel l-iżvilupp tal- ya cht marina iktar sostenibbli. Użu ieħor jinkludi faċilitajiet għall-isport, parking u l-ispazju miftuħ għall-pubbliku jibqgħu mitluba, għalkemm b'mod iktar limitat. Il-mistoqsijiet l-oħra relatati mal-identifikazzjoni tal-propjeta tal-gvern fl-inħawi, għandhom jiġu indirizzati lid-dipartiment konċernat.
Leg 11 PQ #21831 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġi ta' skrivana

Question

Peress li jidher li f'ċerti dipartimenti tal-gvern hemm nuqqas ta' skrivana, u peress li sar l-eżami għall-ingaġġ ta' skrivana mal-gvern ftit tax-xhur ilu, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir ingaġġ ta' aktar minn dawk li għaddew? Jekk fl-affermattiv, kemm se jiġu ngaġġati minn issa sa sitt xhur oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari diġà ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numru 19111, 19351 u 21311.
Leg 11 PQ #21834 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati maċ-ċivil — long leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess li persuna impjegata maċ-Ċivil tingħata long leave (ta' aktar minn sitt xhur) sabiex f'dan il-perjodu taħdem x'imkien ieħor? Jekk fl-affermattiv, x'irid isir f'dan il-każ? Jista' jgħid ukoll kemm-il każ simili kien hemm matul is-sena 2009 u 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-impjegati fis-Servizz Pubbliku jistgħu jibbenifikaw min ħdax- il policy differenti li jiprovdu diversi opportunitajiet ta’ leave fit-tul biex l-impjegati jaħdmu barra nis-servizz. Dawn il-policies jinstabu f’Kapitlu 4 tal-PSMC li jista jiġi aċċessat on-line: http://www.mpo.gov.mt/downloads/PSMCOctober2009.pdf. Huma miġburin ukoll fil-qosor fil-manwal msejjaħ “Handbook on Opportunities to work outside.the Public Service” , li jista’ jitniżżel on-line min dan l-indirizz: http://www.mpo.gov.mt/info.downloads.html . Dettalji proċedurali dwar kif wieħed jista' jibbenefika minn dawn l-opportunitajiet jinsabu kemm fil-PSMC kif ukoll fil-manwal. Dan l-uffiċju approva 96 każ ta’ uffiċjali għall- long leave biex jaħdmu barra mis-Servizz Pubbliku fis-sena 2009. Fis-sena 2010 kien hemm 97. Dwar dak il- long leave li jingħata biex uffiċjali jaħdmu barra mis-Servizz Pubbliku u li huwa delegat lil Ministeri rispettivi, l-Uffiċju tal-Prim Ministru approva 15-il każ.
Leg 11 PQ #21920 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Promozzjonijiet għal WO 2

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex uħud minn dawk li ġew promossi fl-Armata minn Staff Sergeant għal Warrant Officer 2 fl-2008 u li spiċċaw mis-servizz qabel l-2010 qed jieħdu pensjoni anqas milli kieku baqgħu Staff Sergeant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi r-raġuni ewlenija ta’ dan hu li meta persuna tiġi promossa fi grad ta’ WO2, din tinqatalha awtomatikament it-trade allowance, peress li din tingħata biss sal-grad ta’ Staff Seargeant. Biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis tat- trade allowance, l-persuna tingħata make up allowance biex tibqa għall-inqas bl-istess salarju ta’ Staff Sergeant. Il- make up allowance iżda mhijiex pensjonabbli, u għaldaqstant, il-pensjoni ta’ meta wieħed jirtira tkun maħduma fuq is-salarju biss mingħajr il- make up allowance. Jirriżulta li kien hemm persuna waħda illi ġiet promossa fil-Forzi Armati ta’ Malta minn Staff Sergeant għal Warrant Officer 2 li spiċċat mis-Servizz din is-sena ( 1 ta’ Frar 2010) u li qed tirċievi pensjoni anqas milli kieku baqgħet fi grad ta’ Staff Sergeant. Qed nippruvaw li din l-anomalija tiġi indirizzata.
Leg 11 PQ #21450 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siti Storiċi — ħlas

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi f'pajjiżna li biex tidħol fihom hemm il-ħtieġa li jsir ħlas? Kemm daħlu persuni f'kull wieħed minn dawn is-siti matul l-2009 u l-2010 (sa Settembru)? Hemm distinzjoni fl-istatistika bejn dawk li huma Maltin u dawk li huma barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninforma lill-Onor Interpellant ukoll illi f’din l-istatistika m’ hemmx distinzjoni bejn dawk li huma Maltin u dawk li huma barranin.
Leg 11 PQ #21451 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heritage Malta — skejjel tal-gvern, tal-Knisja jew privati - żjarat ta' siti storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Heritage Malta għandhiex xi arranġament partikolari mal-iskejjel tal-gvern, tal-Knisja jew privati biex dawn l-iskejjel jieħdu l-istudenti tagħhom iżuru d-diversi siti storiċi b'mod regolari? Jekk iva, kemm kien in-numru ta' studenti li attendew dawn iż-żjarat fis-siti storiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li m’hemm l-ebda arranġament partikolari mal-iskejjel. Kull sena Heritage Malta minn jeddha tinforma lill-iskejjel li għandha l-bibien miftuħa għall-iskejjel kollha mingħajr l-ebda distinzjoni jekk dawn humiex tal-gvern, tal-Knisja, jew privati – iż-żjajjar li jsiru mill-iskejjel huma b’xejn. Fis-sena 2009, madwar 40,000 student fil-livell primarju u sekondarju żaru l-mużewijiet u s-siti storiċi. Bejn Ottubru 2009 u Settembru ta’ din is-sena 54,507 studenti, żieda ta’ 66% fuq is-sena ta’ qabel, żaru mużewijiet u postijiet u siti storiċi bla ħlas. Kien hemm ukoll 66,419 viżitaturi oħrajn (żieda ta’ 60% fuq is-sena ta’ qabel) li żaru bla ħlas mużewijiet u siti storiċi inklużi f’Notte Bianca u f’attivitajiet organizzati. Dan wassal biex dawk li ma jħallsux telgħu għal 120,926 – jew żieda ta’ 62% fuq is-sena ta’ qabel. Heritage Malta tipprepara materjal u tħejji attivitajiet li anke jirriflettu l-kurrikulu nazzjonali f’livelli primarji u sekondarji mingħajr ħlas. L-Aġenzija tgħin oqsma oħra fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Fosthom lil Careers Guidance Section billi torganizza żjajjar li huma relatati ma’ karrieri fil-qasam kulturali u fil-qasam tar-restawr u lil Foundation for Educational Services billi jitħallew jorganizzaw sessjonijiet ta’ kitba fil-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta b’xejn. Gruppi ta’ studenti fil-livelli post sekondarju u terzjarju flimkien mal- lecturer tagħhom jitħallew jidħlu b’xejn ukoll. Ma għandna l-ebda statistika rigward l-ammont ta’ studenti li għamlu użu minn din l-opportunita’.
Leg 11 PQ #21522 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riforma dwar l-Infurzar tal-Liġi — advisory board

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux diġà twaqqaf l-advisory board imħabbar fir-Riforma dwar l-Infurzar tal-Liġi fejn jidħlu wardens? Jekk iva, min huma l-membri fuq il-bord u x'inhu l-funzjoni ta' dan il-bord? Kemm-il darba ltaqa'? X'rakkmandazzjoniet saru s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar il-bord li għalih qed jirreferi peress li ma jidhirx li fir-rapport dwar ir-riforma (Strengthening the Local Enforcement System) hemm xi referenza għal dan il-bord.