Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi Ġodda — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għaliex il-figuri ta’ VAT rappurtati minn aġenti li jbieġħu l-vetturi jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn bħal spare parts, żejt, servizzi etc., li huma rraportati flimkien f’kaxxa waħda.

Karozzi second hand — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għaliex il-figuri ta’ VAT rappurtati minn aġenti li jbiegħu l-vetturi jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn bħal spare parts, żejt, servizzi etc., li huma rraportati flimkien f’kaxxa waħda.

Refund Payment Programm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ittra li ntbagħtet lit-taxpayers f’Settembru 2007 jew fix-xhur ta’ wara dwar ir-Refund Payment Programme ma kien hemm l-ebda xahar speċifiku dwar meta se jitħallsu r-refunds skond l-imsemmi programm iżda kien intqalilhom biss li l-ewwel pagament kellu jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007, u jekk ikun il-każ, it-tieni pagament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 u t-tielet pagament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009. Ghalhekk ma kienx hemm refunds li tħallsu qabel iż-żmien skedat peress li d-diskrezzjoni dwar meta jsir il-ħlas inżammet mid-dipartiment u bl-ebda mod ma ntrabat li dawn isiru fil-bidu, fin-nofs jew fl-aħħar tas-sena. Id-dipartiment intrabat biss li jħallas imgħax ta’ 1 fil-mija fix-xahar jekk il-ħlas isir wara ż-żmien indikat fl-ittra għalkemm ma kienx obbligat bil-liġi li jagħmel dan.

Impatt tal-prezz għoli taċ-ċereali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt tal-prezz għoli taċ-ċereali fuq l-industrija tal-laħam f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat u cioe l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Impatt tal-prezz għoli taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt fuq l-industrija lokali minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern huwa konxju li l-għoli fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali jkollu effetti negattivi fuq ċertu setturi tal-ekonomija Maltija u għalhekk qiegħed isegwi mill-qrib l-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-Gvern qiegħed jieħu miżuri sabiex itaffi kemm jista’ jkun dawn l-effetti permezz ta’ arranġamenti ta’ forward buying fix-xiri taż-żejt.

Prezz taż-żejt u ċ-ċereali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studji dwar l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt u ċ-ċereali, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul ta' inqas minn €12,000 fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żidiet fil-prezzijiet għall-prodotti taż-żejt u taċ-ċereali qegħdin jirriżultaw f’inflazzjoni li qiegħda tolqot lil kull pajjiż inkluż lilna. Il-Gvern ilu jsegwi dawn l-iżviluppi. B’riżultat t’hekk, fl-aħħar budget il-Gvern ħa diversi deċiżjonijiet sabiex itejjeb il-qagħda finanzjarja tal-familji tagħna u jtaffi l-impatt ta’ dawn iż-żidiet. Il-Gvern ilu jħares mill-qrib lejn is-sitwazzjoni kif qiegħda tiżviluppa u l-impatti li din jista’ jkollha fuq il-familji tagħna u se jibqa’ jagħmel dan b’mod regolari.

Budget allokat għat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Fuels u Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern Malti f'taxxi jew dazji minn fuq il-fuels kollha li daħlu Malta kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti , jista' l-gvern jikkonsidra li jneħħi jew inaqqas dawn it-taxxi,dazji eċċ? Skond statistika li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet mill-Eurostat jirriżulta li l-Maltin u l-Għawdxin huma l-aktar poplu fost il-pajjiżi kollha membri ta' l-EU li jonfqu flus fuq it-trasport. Fid-dawl ta' din l-istatistika, x'ser jagħmel il-gvern biex inaqqas it-tbatija minn fuq il-ħaddiema u familji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Riposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mypotential

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1142 u jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Income tax — Tnaqqis fir-rata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 950 u jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 950.

Ġarr tal-merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1072 u jgħid jekk hemmx xi għajnuna ġdida li qed jikkunsidra li jagħti l-Gvern biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-ġarr (minħabba ż-żieda fid-diesel) tat-trakkijiet bil-merkanzija lejn Għawdex għax jekk din iż-żieda tgħaddi għal fuq il-konsumatur, tgħolli ħafna l-ħajja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jevalwa dawn iċ-ċirkostanzi fil-pakkett ta’ għajnuniet li jingħataw mill-istat lis-setturi kollha. Naturalment, tingħata wkoll konsiderazzjoni lir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u lill-esiġenzi ta’ prijoritajiet ta’ fejn jiġu ddedikati l-fondi tal-baġit ta’ kull sena.

Gozo Channel — Garr ta' Merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema — Sigħat ta' xogħol

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1147, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur privat minn Jannar sa April, 2008 li ħadmu fil-ġimgħa: a) anqas minn 40 siegħa b) 40 siegħa c) minn 40 sa 48 siegħa d) minn 48 sa 60 siegħa e) minn 60 sa 65 siegħa f) aktar minn 65 siegħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba ma tistax tingħata għalissa minħabba li l-informazjoni meħtieġa trid tittieħed mill-Labour Force Survey. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippubblika l- Labour Force Survey għall-ewwel Quarter (Jan-Mar 2008) f’nofs Lulju 2008, filwaqt li t-tieni Quarter (April – Gunju) 2008 huwa maħsub li jkun ippubblikat għal nofs Ottubru 2008. Għaldaqstant huwa mpossibli li tingħata r-risposta preċiza kif mitluba minħabba li l- Labour Force Survey jkun pubblikat Quarter, Quarter u mhux xahar b’xahar.

Public Private Partnership — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1146 li saret lill-Ministru għar-Risorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħarrafni bil-pagamenti li għadda lill-PPP tal-landscaping matul dawn l-aħħar 3 snin, sena b'sena? Liema kienu l-proġetti li saru abbażi ta' dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jaġħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dejn nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' interessi li tħallsu fuq id-dejn nazzjonali fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ interessi li tħallsu fuq id-dejn nazzjonali fis-snin 2002 sas-sena 2007 huwa kif jidher f’din it-tabella: Sena Interessi Mħallsa (€ miljuni) 2002 148.6 2003 146.8 2004 162.1 2005 174.2 2006 180.2 2007 179.1

Popolazzjoni 'l fuq minn 60 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna popolazzjoni ta' 'l fuq minn 60 sena u kif hija pproġettata li tikber jew tonqos fl-10 snin li ġejjin? Kemm hemm nisa u rġiel f'din il-popolazzjoni? Kemm hija l-life expectancy ta' irġiel u ta' nisa llum u kif inhi pproġettata għall-għaxar snin li ġejjin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rikjesta tidher f'din it-tabella: Total Population Person aged 60+ Year Males Females Total Males Females Total 2007 204,106 206,184 410,290 37,484 46,901 84,385 2008 204,645 206,144 410,790 38,523 47,928 86,452 2009 205,323 206,187 411,510 39,602 48,819 88,421 2010 206,092 206,273 412,365 40,710 49,781 90,491 2011 206,925 206,391 413,315 41,634 50,559 92,193 2012 207,793 206,526 414,318 42,568 51,311 93,879 2013 208,686 206,673 415,359 43,386 52,033 95,420 2014 209,581 206,835 416,416 44,350 52,812 97,161 2015 210,465 206,996 417,461 45,428 53,633 99,061 2016 211,319 207,144 418,463 46,533 54,441 100,975 2017 212,146 207,269 419,416 47,616 55,308 102,923 2018 212,929 207,378 420,308 48,541 56,178 104,719 Assumptions for these projections: : fertility - linear increase to 1.6 in 2100 : life expectancy at age 0: converge linearly to 85 in 2100 : initial value 1463; linear increase to 2195 in 2100. Distribution of net migration by sex and age has been calculated according to Census of Population and Housing 2005.

Pensions Ordinance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 922 u jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 922.