Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex kummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudju ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta ttieħdet deċiżjoni dwaru, meta ttieħdet u x’inhi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-GRC ma kkumissjonax studju ta’ fattibilita dwar bini ta’ airstrip f’Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar miż-żewġ patrol boats P32 u P33 li kellhom il-Forzi Armati ta’ Malta u x’inhu l-ħsieb tal-gvern dwar l-użu ta’ dawn iż-żewġ patrol boats li m’għadhomx fis-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat illi fir-rigward tal-Patrol Boat P32 din għadha kemm ħarġet minn slipping u mistennija terġa tidħol lura fil-programm ta’ sorveljenza fil-ġranet li ġejjin.
Mill-banda l-oħra Patrol Boat P33 ġiet dikommissjonata u ġiet mgħotija lil Malta Tourism Authority sabiex tiġi mgħarrqa bħala
diving wreck
.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni (residenti) li jattendu għal xi laqgħa tal-kunsill lokali għandhomx dritt li jipparteċipaw fid-diskussjoni li tkun għaddejja fost il-kunsilliera? Jistgħu dawn l-istess individwi jitolbu li jkun hemm xi forma ta' sospensjoni tal-laqgħa biex huma jkunu jistgħu jressqu ilment partikolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-kunsilli lokali huma regolati skont il-‘Proċeduri tal-1996 dwar Kunsilli Lokali (Laqgħat)’. Dawn il-proċeduri fost l-oħrajn jirregolaw il-mod kif għandhom ikunu trattati l-interruzzjonijiet.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt minn dawn il-proċeduri msemmija dwar dan kollu.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu x-xogħol tal-kunsilli lokali li hu mistenni li jiġi diskuss waqt l-item fl-aġendi tal-kunsilli lokali li jitkellmu dwar "aġġornament"?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminu ‘aġġornament’ ifisser illi l-kunsill lokali jiddeċiedi meta se tinżamm il-laqgħa li jmiss. Din il-proċedura ddaħlet bl-emendi l-ġodda fil-Liġi dwar il-kunislli lokali.
MEPA — applikazzjonijiet irtirati wara l-ħruġ tal-kont
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mis-16 ta' Lulju 2010 u kemm minn dawn ma baqgħux ikunu proċessati jew ġew irtirati mill-applikanti wara li nħarġilhom il-kont?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mis-16 ta' Lulju 2010 sat-30 ta' Novembru 2010 da]lu 1308 applikazzjonijiet g]al-permess ta' żvilupp għand l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. 140 applikazzjoni minn dawn għadhom qed jistennew li jit]allas il-kont, filwaqt li 6 applikazzjonijiet ġew irtiratti fuq talba tal-applikant jew il-perit tal-każ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi transizzjoni se jkun hemm mill-bordijiet tad-Development Control Commissions u l-Bordijiet tal-Appell meta jidħlu fis-seħħ l-Environmental and Planning Commissions u t-Tribunal tal-Appelli? Jista' jgħid liema huma l-każi li se jkunu deċiżi mill-bordijiet l-antiki u dawk ġodda?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21760, jista' l-Prim Ministru jgħid għala għall-promozzjoni ta' team manager fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (referenza qed tingħata separatament) ma ntalbux kwalifiki akkademiċi u għal sejħa ta' Senior Planning Officer (referenza qed tingħata separatament) liema grad huwa inqas mill-ewwel wieħed riferit, intalbu kwalifiki akkademiċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hekk kif kien spejgat fir-risposta għal-mistoqsijja parlamentari 21760 l-ftehim kollettiv tal-gradi professjonisti fil-MEPA jagħti dritt li f'każi fejn il-kandidati jkollhom l-esperjenza ekwivalenti, din ukoll tiġi meqjusa bħala waħda mir-rekwisti. Dan kien stabbilit diġa' fil-ftehim kollettiv u ġie applikat. F'dan il-każ partikolari ta' din is-sejħa l-impjegati li għandhom kwalifika fis-Surveying flimkien ma 5 snin esperjenza jew ikollhom esperjenza fi grad professjonali b'iktar minn 5 snin esperjenza fis-Surveying setgħu japplikaw. Ta' min isemmi li s-sejħa tistabilixxi rekwiżiti oħra barra kwalifiki u esperjenza. Ta' min jgħid ukoll li s-sejħa ta' applikazzjoni għas-Senior Planning Officer kienet tistabilixxi minimu ta' tlett snin esperjenza, barra l-kwalifika.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19194 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif se jassigura li l-prezzijiet tal-pilloli li semma li se jorħsu, jara li attwalment jorħsu? X'se jkun il-makkinarju li se juża biex jagħmel dan peress li dan qed ngħidu fid-dawl li fl-introduzzjoni tal-VAT ukoll kellhom jorħsu 40,000 prodott, skont l-ex Ministru Dalli, imma l-poplu kollu jaf kemm-il 40,000 prodott raħas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minn meta l-Gvern ħabbar ir-roħs fil-prezzijiet tal-mediċina f’Lulju ta’ din is-sena, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bdew jagħmlu spezzjonijiet fl-ispiżeriji f’Malta u Għawdex biex jaraw li l-prezzijiet tal-mediċini ikunux fil-fatt qed jorħsu.Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġi vverifikat il-prezz li tkun qed tinbiegħ il-mediċina.F’ċertu każi tintalab il-kwantita’ ta’ stokk antik li jkun fadlilha l-ispiżerija. F’ każi oħra jinħass il-bżonn li jsir kuntatt mal-impurtatur sabiex jiġi vverifikat jekk spiżerija partikolari tkunx xtrat stokk ġdid jew le. Diġà saru ‘l fuq minn 500 spezzjoni għal dan il-għan. Minn dawn l-ispezzjonijiet qed jirriżulta li fil-fatt il-mediċini indikati qed jorħsu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk li għamlu l-eżami tal-clerks mal-public service? Kemm se jingaġġa minn dawn li għaddew mill-eżami u meta sejrin jibdew fil-post tax-xogħol tagħhom? Kemm idum jgħodd dan l-eżami għal dawk li ma jintgħażlux mal-ewwel grupp? Kemm huwa stmat li għandu bżonn clerks is-servizz publiku biex jiġi bil-full complement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari diġà ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet Parlamentari numru 19111 u 19351.
Kunsilli lokali — korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20692, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu s-€67,328.10 biex isiru diversi korsijiet f'31 lokalità? Liema huma l-lokalitajiet? Liema kienu t-53 applikazzjoni? Jista' jikkonferma li l-korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja għadhom ma sarux kollha din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 21496. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-53 applikazzjoni taħt din l-iskema partikolari. Ninsab infurmat li hemm xi korsijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant li għadhom ma sarux din is-sena.
skema dwar enerġija alternattiva — applikazzjonijiet minn kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sena 2010 minn 65 applikazzjoni li daħlu għall-iskema dwar enerġija alternattiva, liema huma l-kunsilli lokali involuti? Kemm mistenni jsiru proġetti ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-kunsilli lokali li ssottomettew inizjattivi u proġetti dwar enerġija alternattiva fis-sena 2010 skont Memo 10/2010.
Bħalissa din l-iskema tinsab fil-fażi tal-aġġudikazzjoni
skema dwar enerġija alternattiva — kunsilli lokali li applikaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw fis-sena 2009 għall-iskema dwar enerġija alternattiva? Liema kienu l-proġetti? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill għal kull proġett? Kemm kien jiswa kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
skema ta' finanzjament għal restawr ta' postijiet storiċi — applikazzjonijiet minn kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema ta' finanzjament għal restawr ta' postijiet storiċi żgħar? Kemm saru b'kollox applikazzjonijiet? Liema huma l-proġetti? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ta fi flus il-gvern għal kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-websites tal-kunsilli lokali hux qed jiġu aġġornati ta' spiss jew le, minħabba li hemm kunsilli lokali għadhom ma poġġewx il-minuti ta' laqgħat kif suppost skont il-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-websajt tal-Kunsilli Lokali www.lc.gov.mt tkun aġġornata bil-minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali, fil-paġna disponibbli għal dan l-iskop, mill-kunsilli lokali nfushom kif obbligati li jagħmlu fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta dawn il-minuti jkunu approvati. Dan skont Memo 35/2009 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Skond eżerċizzju li jsir regolarment mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirriżulta iżda li l-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, tal-Imsida, ta’ Paola, ta’ Tas-Sliema u tal-Imtarfa naqsu li jagħmlu dan għal dawn l-aħħar ġimgħat. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġibed l-attenzjoni ta’ dawn il-kunsilli lokali sabiex jaġġornaw il-minuti tal-laqgħat tagħhom mill-aktar fis possibli u se jkompli jsegwi skont iċ-ċirkostanzi.
pubblikazzjoni tal-korrispondenza dwar tniġġiż tal-ħsejjes
Question
Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-korrispondenza kollha li għaddiet mal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tat-tniġġiż tal-ħsejjes għalkemm wieħed japprezza li uħud mill-problemi li qed jiffaċċja pajjiżna mhumiex koperti direttament mid-direttivi tal-istess tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li din il-korispondenza bejn il-Kummissjoni Ewropea u Malta tifforma parti minn proċedura legali (infringment procedure) kontra Malta u dan il-każ għadu għaddej u mhux konkluż: għalhekk il-gvern m’huwiex f’ pożizzjoni li jippublika din il-korrispondenza.
Billi meta ġiet approvata r-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien hemm qbil li l-spatial planning kellu jieħu post il-pjan ta' struttura appena tiġi approvata l-politika nazzjonali dwar l-ambjent, jista' l-Prim Ministru jgħid fi ħdan l-Awtorità, xi tħejjijiet qed jsiru biex ma jintilfx żmien żejjed biex pajjiżna jkun jista' jaqleb għall-spatial planning f'mod ħolistiku bl-inqas skossi possibbli iżda mingħajr telfien żejjed ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li f'dan l-istadju l-Awtorita' qegħda tevalwa x-xogħol li sar matul l-aħħar snin fuq ir-reviżjoni tal-Pjan Ta' Struttura sabiex dawn il-proposti jiġu aġġornati mal-liġi l-ġdida dwar l-ambjent u l-iżvilupp. Qed jsiru laqgħat mal-Kummissjoni li qed taħdem fuq il-Policy Nazzjonali tal-Ambjent filwaqt li qed jitfasslu l-oġġettivi speċifiċi għall-Pjan Strateġiku dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp biex jieħu post il-Pjan ta' Struttura li kien ġie approvat fl-1992.
Nixtieq inżid li l-MEPA fl-iżvilupp ta’ pjanijiet u
policies
tal-passat, inkluż il-Pjan ta’ Struttura, kienet diġa’ tieħu in konsiderazzjoni l-aspett ħolistiku ta’ żvilupp.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux testijiet minn xi awtorità kompetenti sabiex jistabbilixxu l-livell ta' radio activity fl-art, fil-baħar u fl-arja tal-gżejjer Għawdxin? X'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet, meta saru u minn min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar tiġbor kampjuni ta’ l-ilma baħar u tal- ħamrija minn Għawdex, skont kif ġie mfassal fil-pjan nazzjonali għal monitoraġġ ta' radjoattivita fl-ambjent Malti. Il-kampjuni tal- ilma baħar jinġabru darba kull tliet xhur mill-akwati tax-Xwejni filwaqt li kampjuni tal-ħamrija jinġabru fil-viċinanzi tal-istazzjon għall-monitoraġġ tal-arja fl-Għarb darba fis-sena.
Dawn il-kampjuni jintbagħtu ġewwa laboratorji barra minn Malta u l-analiżi ssir permezz tat-teknika tal-ispettroskopija permezz tar-raġġi gamma (gamma spectroscopy). Ir-riżultati tal-analiżi jindikaw li ma hemm l-ebda traċċi ta' l- isotopu ta' Ċesju (Caesium) 137 filwaqt li instabu livelli baxxi ta' isotopi naturali.
Fil-rigward tal-monitoraġġ tal-arja ser jiġi kkummissjunat apparat ġdid minn fuq fondi tal- ERDF ġewwa Għawdex. Dan l-apparat ġewwa Għawdex mhux mandatorju mill-ebda leġislazzjoni Ewropeja jew Internzzjonali u ser jiġi kkummissjonat fuq inizzjattiva tal-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu sabiex l-unika ħuta Maltija tal-ilma ħelu Aphanins Fasciatus (Bużaqq) ma tinqeridx mill-gżejjer Maltin ladarba t-trobbija ta' din il-ħuta mill-privat hija kontra l-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li il-Bużaqq hija ħuta tal-ilma salmastru li tikber b’mod naturali f’numru ta’ bwar salmastri fil-Gżejjer Maltin, u hija mħarsa bil-liġi permezz tar-Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (A.L. 311 ta’ l-2006).
Permezz ta’ dawn ir-Regolamenti, Malta iddikjarat din l-ispeċi bħala protetta, u fuq il-bażi ta’ l-istess Regolamenti, ġew proposti siti għal din l-ispeċi biex jidħlu fin-netwerk Natura 2000, liema siti ġew aċċettati mill-UE fl-2008. Għaldaqstant, il-MEPA bħala Awtorità Kompenenti għandha sitt snin mill-2008 tistabbilixxi dawk il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ siti protetti skond id-Direttiva dwar l-Ambjenti Naturali (il-
Habitats Directive
). Minn dan l-aspett, il-MEPA applikat għal fondi Komunitarji biex tfassal sal-2014 il-pjanijiet tat-tmexxija għal dawn is-siti, liema applikazzjoni ġiet aċċettata, u li x-xogħol fuqha għandu jibda mill-bidu tal-2011. Imma xorta waħda tkompla xogħol fuq dawn il-ħut bħala parti mit-tmexxija ta’ xi siti Natura 2000 li diġa qegħdin taħt proċess ta’ immanaġjar.
Minn dan l-aspett, saru diversu studji u monitoraġġ fuq din l-ispeċi, kemm mill-MEPA u minn entitajiet jew organizzazjonijiet awtorizzati minnha. Fil-fatt inħarġu numru ta’ permessi ambjentali fl-aħħar ħames snin, li jinvolvu l-bużaqq, kemm għar-riċerka xjentifika, monitoraġġ u t-tkattir tagħhom.