Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 990 u jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt fuq l-industrija lokali minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 990.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 988 u jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt tal-prezz għoli taċ-ċereali fuq l-industrija tal-laħam f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 988.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 991 u jgħid meta l-Gvern se jixtri l-art li bħalissa tinstab għand ċittadini Maltin b'ċens, li ħadu plots mingħand il-Gvern u li għadha fuq konvenju? Fejn waslu dawn it-taħdidiet dwar il-ftehim? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ma jistgħux jissellfu flus mill-banek u jagħmlu tajjeb għalihom dawn id-djar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 991.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar Direttur Ġenerali għan-National Statistics Office?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-gimgħa ser toħroġ l-applikazzjoni sabiex jintela’ l-post tad-Direttur Ġenerali għan-National Statistics Office.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1202 u 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 310 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1133 u 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 964.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1134 u 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 963.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Malta Enterprise jekk hux possibli li fil-Mosta Technopark ikun hemm il-faċilitajiet ta' canteen għall-ħaddiema ta' dan l-industrial park?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tnaqqis fir-rata ta’ l-income tax beda fl-2007 u żdied bis-sħiħ fl-2008. Dan jirrikonoxxieh kull min iħallas it-taxxa, jew kien iħallas it-taxxa u ma baqax.
B’atteġġjament matur u responsabbilta’ politika, l-Gvern, bħal ma jagħmel qabel kull Budget, fil-qafas ta’ diskussjonijiet waqt il-preparazzjoni tal-Budget u dawk fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Socjali, ser ikun qed jevalwa kif ir-riforma fl-income tax, mibdija fl-2007 u qed titkompla din is-sena, tkompli titwettaq fl-isfond tal-wegħda elettorali, u fl-isfond tar-realtajiet ekonomiċi internazzjonali biex jiġi żgurat is-sostenibbilita’ tal-miżuri meħuda.