Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20546 u 21486 u jgħid x’sar f’Għawdex fl-2009 u fl-2010 fuq il-proġett intenzjonat li jagħmel monitoring tal-arja, l-ilma, l-ħsejjes, ir-radjazzjoni u l-ħamrija u li jwassal għal strateġija ta’ moniteraġġ kif ukoll informazzjoni baseline f’dak li huwa batimetrija u topografija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li f’ Jannar 2010 ġew approvati fondi għall-iżvilupp ta’ strateġija nazzjonali għall-moniteraġġ ambjentali u programme ta’ moniteraġġ nazzjonali fl-oqsma ta’ l-arja, l-ilma, l-ħamrija, l-ħsejjes, u r-radjazzjon. Dan il-proġett ser ikopri t-territorju kollu tal-Gzejjer Maltin, kif ukoll dak il-baħar madwar il-Gżejjer fuq raġġ ta’ 1 mn nawtiku mil-kosta. Fi tmiem Ottubru 2010 it-tenders għall-istudji primarji, l-istrateġija għal moniteraġġ u x-xiri tat-tagħmir kienu qegħdin fil-fażi kuntratwali.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 25
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21292 u 20887 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 25 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — dipartiment/uffiċċji - lifts
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?
Jista' l-Prim Ministru, b’referenza għal mistoqsija tal-mistoqsija parlamentari 21760, jgħid għaliex fil-każi għall-promozzjonijiet ta' Manager Large Scale Topographic Mapping u Manager Topographic Product Development, li kienu ħarġu qabel l-elezzjoni tal-2008, kien intalab kwalifiki akkademiċi u ħames snin esperjenza, filwaqt fil-każ tal-applikazzjoni ta’ Team Manager Geodesy, Survey u Ground Control, li hu grad ekwivalenti għat-tnejn preċedentement imsemmija, ma ntalbux l-istess kriterji, jiġifieri, kwalifiki akkademiċi u ħames snin esperjenza, imma ntalab biss ħames snin esperjenza u dan meta fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 21760 ġie kkonfermat mill-istess Prim Ministru li hemm nies akkademikament kwalifikati? Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-promozzjonijiet u msemmija fil-mistoqsija parlamentari 21760 jaqgħu taħt l-istess ftehim kollettiv?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jaħsibx li din l-ħatra fl-awtorità ġietx tailor made għal xi persuna partikolari ladarba l-applikazzjonijiet li ħarġu taħt l-istess ftehim kollettiv ma ġewx mitluba l-istess rekwiżiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim kollettiv tal-gradi professjonisti fil-MEPA jagħti dritt li f'każi fejn il-kandidati jkollhom l-esperjenza ekwivalenti, din ukoll ti[i meqjusa b]ala wa]da mir-rekwisti. Għalhekk f'dan il-każ partikolari tas-sejħa li ħareġ fil-2010, l-impjegati li għandhom kwalifika fis-Surveying flimkien ma’ 5 snin esperjenza jew ikollhom esperjenza fi grad professjonali b'iktar minn 5 snin esperjenza fis-Surveying setgħu japplikaw. Ta' min isemmi li s-sej]a tistabilixxi rekwiżiti oħra barra kwalifiki u esperjenza. Fil-każ tal-applikazzjonijiet li ħarġu fl-2008, dawn kienu jitolbu kwalifika u ħames snin esperjenza relevanti,
Hekk kif huwa msemmi iktar l'fuq dawn is-sejħiet jaqgħu taħt l-istess ftehim kolletiv li jagħti dan id-dritt lill-management. Ta' min isemmi li din is-sejħa kienet `irkolata mal-impjegati kollha u dawk li kienu nteressati setgħu japplikaw biex jiġu kkonsidrati.
L-Awtorita' ser tipproċessa din is-sejħa ta' l-applikazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fil-ftehim kolletiv.
Kuntratt għall-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx użu mill-klawsola fil-kuntratt għall-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, liema klawsola kienet tgħid li dawk li jagħmlu dikjarazzjoni falza għandhom ikunu mmultati 10% tal-valur tal-kuntratt? Dan fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija BWSC naqset milli tiddikjara, kif kienet obbligata li tagħmel, li mill-inqas tliet sub-contractors tagħha kienu nvoluti f’każi ta’ korruzzjoni u frodi.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta ta' Malta għall-ittra tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-power station ta' Delimara u jippubblika ukoll il-korrispondenza li rċieva bir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea li mhux se tkompli bl-infringement procedures kontra Malta f'dan il-każ?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lifts li hemm reġistrati mal-Malta Standards Authority? F'liema lokalità huma stallati dawn il-lifts lokalità lokalità? Minn meta sar obbligatorju li dawn il-lifts jiġu reġistarti? Liema lifts huwa obbligatorju li jiġu reġistrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat lit-total ta’ lifts reġistrati ma’ l-MSA huwa ta’ tliet elef, disgħa mija u tnax (3,912). Minn dawn, tlett elef, sebgħa mija u sebgħin (3,770) huma nstallati f’Malta filwaqt li mija, tnejn u erbgħin (142) huma nstallati f’Għawdex. It-tqassim bejn lokalitajiet huwa muri fit-tabelli ta’ hawn taħt.
MALTA:
Lokalita’:
Reġistrati:
Lokalita’:
Reġistrati:
Attard
64
Mġarr
33
Baħar iċ-Ċagħaq
7
Mosta
111
Baħrija
5
Mqabba
8
Balzan
32
Mrieħel
45
Bidnija
1
Msida
160
Birgu
24
Mtarfa
12
Birguma
3
Naxxar
92
Birkirkara
206
Paceville
11
Birżebbuġa
34
Pembroke
29
Blata l-Bajda
7
Pieta
37
Bormla
31
Qawra
177
Buġibba
77
Qormi
95
Bulebel
11
Qrendi
5
Burmarrad
14
Rabat
54
Ċirkewwa
6
Raħal Ġdid
41
Dingli
9
San Giljan
256
Fgura
63
San Gwann
44
Furjana
53
San Pawl il-Baħar
181
Għajn Tuffieħa
12
San Pawl tat-Tarġa
7
Għargħur
6
Santa Luċija
8
Għaxaq
7
Santa Venera
53
Gudja
9
Siġġiewi
28
Gwardamanġa
24
Sliema
440
Gżira
96
Swatar
25
Ħal Far
7
Swieqi
46
Ħamrun
43
Ta’ Giorni
2
Ibraġ
19
Ta’ Qali
3
Iklin
5
Ta’ Xbiex
48
Isla
8
Tal-Ħandaq
3
Kalkara
6
Tarxien
33
Kappara
13
Tigne
3
Kirkop
7
Valletta
134
Lija
23
Wardija
1
Luqa
41
Xemxija
30
Madliena
13
Xgħajra
14
Manikata
7
Żabbar
46
Marsa
65
Żebbiegħ
7
Marsaskala
115
Żebbuġ
40
Marsaxlokk
17
Żejtun
31
Mdina
9
Żurrieq
35
Mellieħa
143
GĦAWDEX:
Lokalita’:
Reġistrati:
Fontana
2
Għajnsielem
4
Għarb
2
Għasri
1
Kerċem
6
Marsalforn
31
Mġarr
6
Nadur
12
Qala
7
Rabat
41
San Lawrenz
9
Sannat
2
Xagħra
4
Xewkija
3
Xlendi
7
Żebbuġ
5
Skond l-Avviż Legali 231 ta’ l-2007 (Regolamenti ta’ l-2007 dwar Spezzjoni ta’ Liftijiet), għandu jiġi reġistrat kwalunkwe mezz li jissodisfa d-definizzjoni ta’ “lift” mogħtija f’regolament nurmu 3 ta’ l-istess Avviż Legali. F’dawn ir-regolamenti, “lift” huwa definut bħala:
“mezz ta’ l-irfigħ li jservi livelli speċifiċi, li għandu karru li jimxi tul gwidi li huma riġidi u inklinati b'angolu ta' aktar minn 15-il grad fin-naħa orizzontali, intiżi għat-trasport ta':
- persuni;
- persuni u merkanzija;
- merkanzija biss jekk il-karru huwa aċċessibbli, jiġifieri persuna tista' tidħol fih mingħajr diffikultà, u mgħammar b'kontrolli li jkunu jinsabu ġewwa l-karru jew li jistgħu jintlaħqu mill-persuna ġewwa l-karru.
Il-mezzi ta' l-irfigħ li jimxu tul korsa fissa anki meta ma jimxux tul gwidi li huma riġidi għandhom jitqiesu bħala lifts li jaqgħu taħt dawn ir-regolamenti.”
L-obbligu ta’ reġistrazzjoni japplika irrispettivament mid-data ta’ meta ġie nstallat il-lift. Fil-fatt, skond regolament numru 1.2(a) ta’ l-A.L. 231/2007, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ dawk il-lifts installati mill-1 ta’ Lujlu 2002 ‘il quddiem daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008. F’dawn il-każijiet, ir-reġistrazzjoni għandha ssir minngħand min installa l-lift. L-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ dawk il-lifts installati sat-30 ta’ Ġunju 2002 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009. F’dawn il-każijiet, ir-reġistrazzjoni ssir minngħand il-persuna responsabbli tal-lift.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex opri tal-baħar/vapuri jitnaddfu miż-żjut kollha u mbagħad jiġu mgħarrqa fil-baħar biex iservu ta' diving attraction madwar Malta u Għawdex? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet li hemm quddiem l-awtorità?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21680, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ordni sabiex fi Triq E.B. Vella fil-Mosta, minkejja li l-istat tat-triq mhux tajjeb, xorta waħda jagħmlu s-sinjali ta' żebgħa quddiem il-garaxxijiet ta' din it-triq u dan biex jonqos id-disgwid tal-ġiriien li qed jipparkjaw quddiem il-garaxxijiet fl-istess triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21680, qed ngħaddi dan is-suġġeriment lill-Kunsill Lokali tal-Mosta għall-kunsiderazzjoni tiegħu.
Gvern Ċentrali — aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20689, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-38 applikazzjoni għas-sena 2010 għall-iskema dwar aċċessibilità aħjar fil-lokalitajiet? F'liema lokalitajiet? Kemm mistenni jkun hemm proġetti? Kemm se jkun hemm flus allokati għal dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kunsilli lokali li ssottomettew inizjattivi u proġetti b’risq aċċessibiltà ta’ postijiet pubbliċi fis-sena 2010 skont Memo 7/2010.
Bħalissa din l-iskema tinsab fil-fażi tal-aġġudikazzjoni. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li nagħti aktar dettalji.
Gvern Ċentrali — aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20689, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-38 kunsill li applikaw fis-sena 2009? Kif ġew allokati l-€246,784? Liema huma l-25 proġett ta' titjib fl-aċċessibilità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20690, jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-33 applikazzjoni għall-iskema ta' finanzjament għal progetti speċjali f'lokalitajiet żgħar? Liema kienu l-15-il proġett u kif tqassmu l-€240,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20583, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-toroq f'dawk il-lokalitajiet li ssemmew? F'liema stadju waslet kull triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq sottomessi mill-kunsilli lokali u li ġew approvati biex isiru taħt l-iskema tal-public private partnership tat-toroq f’diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex.
MEPA — investigazzjoni fuq il-każ ambjentali tad-Dwejra
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21449 u jgħid meta bdiet l-investigazzjoni dwar il-każ ambjentali tad-Dwejra min-naħa tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Din ġiet imnedija minn rajh jew fuq talba tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fit- 8 ta' Novembru 2010, l-Awditur tal-MEPA talab lill-awtorità biex tgħaddilu l-permess li nħareg lill-applikant kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni. L-informazzjoni kollha mitluba mill-Awditur ġiet mogħtija fid-9 ta' Novembru 2010.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21453 u jgħid meta nħarġet l-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Hazardous Waste Landfill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-landfill tal-Hazardous Waste m’ għandux permess tal-‘Intergrated Pollution Prevention and Control’ , u għalhekk mhuwiex jopera. Għaddejjin diskussjonijiet tekniċi bejn il-Wasteserv u il-MEPA dwar il-varji waste streams li jistgħu jiġu ttrattati f’din il-faċilità la darba tibda topera.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat mill-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li dan il-Grant Agreement qed jiġi ffinalizzat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi partikolari dwar il-ħtieġa li l-aerials tat-television li għandna madwar Malta u Għawdex, jitneħħew minn fuq il-bjut tagħna? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi skema partikolari li sservi ta' inċentivi biex dawn l-aerials jitneħħew f'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m’hemmx żviluppi partikolari fuq dak riportat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19256.
Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20131, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-direttiva li daħlet fis-seħħ f'Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi kopja tad-direttiva fuq il-Mejda tal-Kamra.
European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21273, 20948 u 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa' fi Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hijiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?