Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22151 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kont fuq telephones skonettjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar il-każ li ħareġ fl-aħħar rapport annwali tal-Uffiċċju ta’ l-Awditur Ġenerali, jiġifieri li matul l-2009 biss id-Dipartiment tat-Turiżmu ħallas mat-€3,200 fuq linji tat-telefon li kienu ilhom sena u nofs skonettjati? Jista' jgħid jekk giex esegwit dak li talab l-Awditur, jiġifieri li jittieħdu passi kontra l-uffiċjal li kien responsabbli li jara li affarijiet bħal dawn ma jiġrux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22247 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — żona ta' Dib - rationalisation site

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijaiet parlamentari 21410 u 20399 u ċioe: bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma rrispondewx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22266 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Żoni tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna Tabella Nru 1 li kienet annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3532?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22301 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Standards Authority — reġistrar ta' lifts

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22235 jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt isirux spot checks fuq dawn il-lifts mill-Awtorità Maltija dwar l-Istandards ta' Malta? Jekk iva, min qed iwettaq dawn l-inspections? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi forma ta' kontrolli ma' dawk li jistallaw il-lifts biex jiġi assigurat li kull lift li għandna f'Malta u Għawdex jiġi reġistrat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija dwar l-Standards (MSA), permezz tal-uffiċjali tagħha fid-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq, tagħmel spot checks min żmien għal żmien kemm fuq liftijiet residenzjali (inkluż f’ kondominia) kif wkoll f’ dawk lio jinsabu f’ bini li jaqa taħt id-definizzjoni ta’ post tax-xogħol. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, minbarra aspetti tekniċi, l-imsemmija uffiżjali ta’ l-Awtorita’ jaraw wkoll jekk il-lift in kwistjoni jkunx ġie reġistrat skond il-liġi jew le.Dawk il-liftijiet li jinstabu li m’humiex reġistrati tittieħed azzjoni fuqhom skond kif stipulat fir-Regolamenti applikabli. F’dan ir-rigward issir ħafna xogħol f’ kollaborazzjoni mad-Direttorat ta’ l-Affarijiet Regolatorji ta’ l-istess Awtorita’, liema Direttorat huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-liftijiet. Min naħa tiegħu, id-Direttorat ta’ l-Affarijiet Regolatorji jorganizza diversi laqgħat direttament mall-installaturi ta’ liftijiet sabiex jiġi spjegat lilhom l-obligu bħala installaturi li jirreġistraw il-liftijiet li huma nstallaw.
Leg 11 PQ #22302 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Mosta Road - tiswija ta' bozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bozza (f'nofs it-triq) li hemm f'Mosta Road, fil-parti fejn Triq Isuard tiltaqa' ma' Triq Sant Aristarku, San Pawl il-Baħar, tiġi imsewwija billi ilha maqtugħa diversi ġimgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-bozza li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed terġa tixgħel normali.
Leg 11 PQ #22316 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental planning commission — membri ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif sar il-proċess tal-għażla tal-membri l-ġodda tal-Environmental Planning Commissions? Jista' jgħid kemm huwa s-salarju u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-membri tal-Environmental Planning Commissions? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi membri li rriżenjaw u jekk inħatrux membri ġodda minflokhom? Kif saret l-għażla ta' dawn in-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Membri tal- Environment Planing Commission huma: Chairpersons: Perit Sandra Magro Perit Franco Montesin Membri: Anna Maria Attard Montaldo Bjorn Bonello Claude Borg Saviuor Borg Elizabeth Ellul Anthony Ellul John Mangion Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta’ Chairpersons huma: €38,184 f’ salarji annwali; (A) Petrol Allowance ta’ €1,980 fis-sena u karozza; (B) Mobile phone u kif wkoll linja tat-telefon fissa u broadband internet connection fir-residenza taċ- Chairperson; (C) Allowance ta’ €8.152 fis-sena li ma tiġix inkluża fil-pensjoni sakemm idum iseħħ dan il-kuntratt kif wkoll allowance oħra ta’ €5.727 li ma tkunx tgħodd għal finijiet tal-pensjoni; (D) Il-membru jkun kopert min assigurazzjoni għall-qadi ta’ dmirijietu kif wkoll skema ta’ Health Insurance likali għalih u l-membri tal-familja tiegħu. (E) Erba’ u għoxrin (24) jum leave fis-sena kif wkoll 30 jum sick leave li jkun imħallas full pay u 30 jum half pay. (F) Din il-ħatra hija għal erba’ snin bil-possibilta’ ta’ tiġdid għal erba’ snin oħra. Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-Membri huma: (A) €32,456 f’ salarji annwali; (B) Petrol Allowance ta’ €1,980 fis-sena u karozza; (C) Mobile phone u kif wkoll linja tat-telefon fissa u broadband internet connection fir-residenza taċ- Chairperson; (D) Allowance ta’ €8.152 fis-sena li ma tiġix inkluża fil-pensjoni sakemm idum iseħħ dan il-kuntratt kif wkoll allowance oħra ta’ €4,868 li ma tkunx tgħodd għal finijiet tal-pensjoni; (E)Il-membru jkun kopert min assigurazzjoni għall-qadi ta’ dmirijietu kif wkoll skema ta’ Health Insurance likali għalih u l-membri tal-familja tiegħu. (F)Erba’ u għoxrin (24) jum leave fis-sena kif wkoll 30 jum sick leave li jkun imħallas full pay u 30 jum half pay. (G)Din il-ħatra hija għal erba’ snin bil-possibilta’ ta’ tiġdid għal erba’ snin oħra. Saret sejħa pubblika biex jintagħażlu ċ- Chairpersons u l-Membri. Dawk li applikaw għal din is-sejħa għaddew min proċess ta’ selezzjoni. Disa’ persuni għaddew dan il-proċess b’ sużess.Tnejn min dawk li ntagħażlu iżda m’ aċċettawx il-ħatra. It-tlett membri li kien jonqos intagħażlu wara eżerċizzju ta’ head hunting. Il-persuni li ntgħażlu għandhom il-kwalitajiet u rekwiżiti kif mitluba fil-proċess pubbliku ta’ għażla. Kien hemm persuna waħda li ntagħażlet mill-proċess ta’ head hunting li rrifjutat l-appointment. Ġie appuntat membru ieħor minflok din il-persuna.
Leg 11 PQ #22330 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reliġjon Musulmana fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess lil persuni nisa, ċittadini Maltin li jħaddnu reliġjon Musulmana, jilbsu l-velu (Hijab) waqt li jkunu fuq il-post tax-xogħol tagħhom f’dipartimenti, aġenziji u kumpaniji tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda regola għall-impjegati tal-gvern li timpedixxi li jintlibes il-velu (Hijab)
Leg 11 PQ #22336 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — każ rapportat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jinstema' l-każ ta' EC/00674/06 diġà rapportat snin ilu minn terzi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-azzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21462 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

karti tal-identità mġedda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20959 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18820, jista' l-Ministru jgħid jekk b'dan huwiex qed jikkonferma li mhux se jsir l-eżerċizzju li jinbidlu l-ID Cards kif kien sar xi snin ilu? Għalfejn dan l-eżerċizzju mhux se jsir? Jikkonferma li l-Kummissarju tal-Pulizija allura m'għadux responsabbli mill-ħruġ ta' dawn l-ID Cards?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skond kif diġa ntqal fil-Parlament il-proċess tal-eżerċizzju tal-bdil tal-karti ta’ l-identità mistenni jibda fl-aħħar kwart tal-2011.
Leg 11 PQ #21588 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

housing estates — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20572, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemm xi applikazzjoniet għall-istallazzjoni tal-pannelli fotovoltaici fuq bjut ta' appartamenti residenzjali ta' postijiet li l-gvern huwa s-sid? Liema binjiet? Min hu l-applikant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma rċieva ebda applikazzjoni minn xi kunsill lokali għall-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi fuq bjut ta’ appartamenti residenzjali ta’ postijiet tal-gvern.
Leg 11 PQ #21630 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konfini tas-slip road

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21303, 20627 u 20082 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi skond il-kundizzjonijiet fil-permessi li toħroġ, il-MEPA tista biss tirregola li l-art fejn hu ppjanat it-taraġ skond il-linja u l-livelli mogħtija fuq is-sit mill-istess awtorità. Fil-permessi maħruġa fil-area imsemmija, ma jeżistu l-ebda kundizzjonijiet li jimponu lill-iżviluppatur sabiex jibnu it-taraġ kif indinkat fl-iskema tal-konfini tal-iżvilupp.
Leg 11 PQ #21631 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prijorità lill-lokalitijiet għall-parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21304, 20617 u 20105 u jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar tħaddem il-Commuted Parking Payment Scheme a bażi ta’ dawn id-dokumenti, li jinsabu fuq il-website tal-awtorità: Avviż tal-Gvern 162 tal-2003, Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap.356), Commuted Parking Payment Scheme; Commuted Parking Payments 25 ta’ Novembru 1993; New Commuted Parking Payments Scheme for Malta, 23 ta’ Ottubru 1997; Commuted Parking Scheme – Sliema, St Julian’s Valletta and Floriana, 1 ta’ Lulju 1998; Amendment to Commuted Parking Payment Scheme, 14 ta’ Marzu 2003.
Leg 11 PQ #21638 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — taraġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21303, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhux qed tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġi sabiex isir t-taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 21630.
Leg 11 PQ #21698 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Hexagon House - enforcement tal-IPPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21454 u jgħid x'moniteraġġ qed isir fuq l-enforcement tal-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Waste u l-firms qrib il-Hexagon House il-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li hemm tlett operaturi prinċipali fil-viċinanzi ta' Hexagon House. Dawn huma Waste Oils Ltd, l-MOBC u l-Enemalta. Rigward l-IPPC maħrug lill Waste Oils Ltd dan il-permess inħareġ għal perjodu ta' 6 xhur. Dan il-permess iffoka fuq l-iktar bżonnijiet immedjati biex jiġi kkontrollat it-tniġġis minn dan l-impjant. Matul din is sena, il-MEPA għamlet numru ta' spezzjonijiet biex taċċerta li l-operatur qiegħed jimxi ma' l-obbligi tal-permess. Fejn kien hemm bżonn il-MEPA esiġit li jittieħdu passi biex isiru rimedji neċessarji. Il-Kumpanija għamlet talba ghat-tiġdid tal-permess, li qed tiġi evaluwata mill-MEPA fejn ser jiħi enfasizzat it-tisħiħ tax-xogħol li diġa sar biex jassigura li jsir iktar progress fuq il-moniteraġġ ta' dan is-sit. Rigward l-installazjonijiet l-oħra, li huma l-MOBC u l-Enemalta jikkwalifikaw ukoll għal permessi ambjentali u permess skond ir-regolamenti ta' l-IPPC rispettivament. L-applikazjoni għall permess ambjentali ta' l-MOBC qiegħda tiġi proċessata u fir-rigward ta' l-Enemalta, din hija koperta b'permess ta' l-IPPC.
Leg 11 PQ #21733 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permess għal bini ta' flats

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjentu l-Ippjanar tikkunsidrax li toħroġ permess, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, lill-Awtorità tad-Djar fi Triq Lumija San Ġwann, qrib Triq Akacia San Ġwann sabiex tibni żewġ flats fuq xulxin fuq maisonette minflok dar abbandunata meta r-residenzi kollha fl-inħawi huma ta żewġ sulari, u dan b'dannu għal veduta tan-nies li joqogħdu faċċata u qrib dan il-bini proġettat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-applikazzjoni li ssottomettiet l-Awtorità tad-Djar għas-sit fi Triq Lumija San Ġwann, qrib Triq Akaċia San Ġwann, hi għal binja residenzjali ta' tlett sulari. Id-Direttorat tal-Ippjanar qed jirrakkomanda din il-proposta minħabba l-fatt li tikkonforma mal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Port kif ukoll mal-'policies' ġenerali tal-Pjan ta' Struttura. Id-deċizjoni dwar din l-applikazzjoni għadha pendenti u għad trid tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Għall-Kontroll Tal-Iżvilupp.
Leg 11 PQ #21859 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpaniji li għollew it-tariffi tagħhom fuq is-servizzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20239 u jgħid kemm kien hemm servizzi li joffri l-gvern u d-dipartimenti tiegħu, agenziji tal-gvern u bodies oħrajn li huma mwaqqfa mill-gvern biex jagħtu servizz lill-poplu u lill-kumpaniji parastatali li għollew it-tariffi tagħhom matul is-sena 2008/2009/ 2010? Liema kienu dawn il-kumpaniji u x'servizz jagħtu u kemm kien is-servizz li kienu jagħtu fl-2008 u kemm huwa llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21860 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar u l-Mosta — barrikata ta' protezzjoni adekwata mad-dawra tal-barriera

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20065 u jara li hemm barrikata ta' protezzjoni adegwata mad-dawra tal-barriera kollha li hemm bejn in-Naxxar u l-Mosta liema barriera tinstab fil-Wied tal-Mosta u kważi tasal sat-triq u allura jekk ma jkunx hemm barrikata adegwata li żżomm lil dawk li jkunu għaddejin mit-triq, dawn faċilment jistgħu jibqgħu niżlin għal isfel f'każ ta' aċċident?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-barriera tal-qawwi numru 22 u li għaliha qed issir referenza, hija mdawra b’ ħajt tal-ġebel u fence skont kif impost fil-permessi tal-MEPA, liema ħajt jifred ix-xifer tal-barriera minn art buffer strip li teżisti bejn il-konfini tal-barriera u t-triq prinċipali li tagħti bejn it-telgħa komunament magħrufa bħala t’Alla u Ommu l/t Naxxar u Santa Margerita Estate l/t Mosta. Parti mill-istess buffer strip hija fil-fatt delinejata min-naħa tat-triq permess ta’ crash barrier tal-metall li normalment tinstalla Transport Malta fit-toroq. Pero kif qiegħed korrettament jinforma l-Onor. Interpellant, jirriżulta illi hemm xi partijiet nieqsa jew miksura min din l-istess crash barrier . Il-MEPA qed tressaq l-ilment lill-Awtorità kompetenti biex tittieħed l-azzjoni.
Leg 11 PQ #22017 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

promozzjoni t'Għawdex bħala destinazzjoni rurali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22018 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — reklamar dwar Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21708 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-1999 sal-lum mill-gvern u mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22020 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — mużew ta' arti moderna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20544 u 21487 u jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-proposta ta’ twaqqif ta’ dan il-mużew qed tiġi studjata fid-dawl ta’ l-istrateġija aktar wiesgħa. Bħalissa qed jiġu studjati possibiltajiet oħra u qegħdin jiġu kkunsidrati postijiet fejn jista’ jsir dan il-proġett.