Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'logħob bħal lottu, tombla u Super 5 matul is-sena 2005, 2006 u 2007? Jista' jgħid jekk teżistix statistika ta' fejn sejra t-trend? Jekk iva, l-poplu Malti sar jilgħab aktar flus fil-lottu, tombla, Super 5, eċċ jew naqqas il-logħob?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema ta' l-Equity Sharing ma reġgħetx infetħet mill-ġdid f'nofs ix-xahar ta' Ġunju kif kien imwiegħed? Jista' jgħid meta huwa maħsub li din l-iskema tinfetaħ mill-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru responsabli.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1484 u 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1310 li oriġinarjamet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġabar NI contributions il-gvern :
i) Mis-settur Privat
ii)Mis-settur Pubbliku
sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-ġardini li hemm fil-Housing Estate ta' l-Istabal, f'Hal Qormi minħabba li uħud minnhom jinsabu fi stat abbandunat? Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn it-tenders se jinħarġu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 964.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 963.
Jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi fiskali se jdaħħal il-Gvern biex iħajjar iżjed liċ-ċittadini tagħna jużaw vetturi b'enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħala inċentiv biex il-pubbliku juża karozzi li jaħdmu bl-elettriku, pero’ għal-użu personali u mhux dak kummerċjali, il-Gvern joffri għotja ta’ 15.25% fuq il-valur tax-xiri tal-karozza sa massimu ta’ €1,164.69. Din l-iskema ġiet introdotta fl-1 ta’ Jannar 2005, kif imwiegħed fil-Baġit ta’ l-istess sena.
Kif tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, din ir-rifużjoni telgħet għal 20%, sa massimu ta’ €2,329. Barra minnhekk, ser jitħejjew spazji ta’ parkeġġ riservati għal dawn il-karozzi b’faċilita fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-vettura b’sistemi li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx.
Jeżisti ukoll inċentiv fuq karozzi ‘Hybrid’, għal-użu personali u mhux dak kummerċjali, li jikkonsisti f’rifużjoni ta’ 15.25% pero’ sa massimu ta’ Euro 466.
Is-sistema ġdida li qed tiġi mfassla bħala taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi ser tifavorixxi vetturi li għandhom emissjonijiet baxxi u dawk li jaħdmu b’enerġija mhux konvenzjonali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1202 u 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 902.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1091.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pagi u l-arretrati ta' ħaddiema f'aġenziji tal-gvern bħal Appoġġ u Sedqa, u l-ħaddiema fis-settur ta' aġenziji soċjali ma tħallsux fil-ħin? Dan kien xi żball amministrattiv jew ġara minħabba xi nuqqas ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li jneħħi d-departure tax minn Novembru li ġej, hemmx xi pjani biex kif ġara fil-kwistjonijiet tas-satellite dishes, fil-każ tad-departure tax jingħataw refunds lil dawk li ħallsu din it-taxxa matul l-aħħar snin ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hi fin-negattiv anke minħabba l-fatt li l-paragun ma jreġix. Filwaqt li l-imposta fuq is-satellite dishes kienet qed titħallas għal sena sħiħa u r-refuzjonijiet kienu relatati mal-perijodu li l-liċenzja ma kinetx aktar tapplika, id-departure tax titħallas għal kull safra partikulari.
Madankollu, jekk xi ħadd ibbukkja safra li ser issir wara l-1 ta’ Novembru 2008, u laħaq ħallas id-departure tax, għandu wkoll id-dritt għal refużjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ penali li ġew iġġenerati dwar il-VAT fis-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur ta’ l-2008 kienu ta’ €8,319,937 (Lm3,571,748.95) u €2,467,623 (Lm1,059,350.55) rispettivament.
L-ammont ta’ penali li ġew maħfura kienu ta’ €2,932,186 (Lm1,258,787.45) fis-sena 2007 u €632,073 (Lm271,348.94) fl-ewwel tliet xhur ta’ l-2008. Dawn il-penali maħfura ma kinux neċessarjament iġġenerati fil-perjodi msemmija u għalhekk jinkludu wkoll penali iġġenerati f’perjodi oħra li ġew qabel.
Penali u multi li jinħafru mill-Kummissarju tal-VAT jistgħu jkunu varji. Penali huma mposti jekk
· id-denunzja tal-VAT tasal aktar tard mid-data ta’ l-għeluq (
late submission of tax return
)
· il-ħlas dovut mad-denunzja ma jsirx fil-ħin (
short-payment penalty
)
· ir-reġistrazzjoni għan-numru tal-VAT issir wara li tkun bdiet l-attivita’ ekonomika (
late
registration
)
· isir dikjarar ta’ taxxa tal-VAT bin-nieqes (
underdeclaration of VAT
).
Biex multi jew penali jkun jistgħu jiġu kkunsidrati għal reviżjoni jew maħfra, ikunu jridu jaqgħu taħt waħda mill-parametri stabbiliti mid-Dipartiment jew wara li jkun hemm deċizjoni tal-Bord ta’ l-Appell.
Fost ir-raġunijiet kien hemm:
· Penali li ġew ikkanċellati peress li kienu l-ewwel offiża tat-
Taxpayer (Budget Speech for the year 2003)
· Mard serju jew mewt tat-
Taxpayer
jew qraba viċin tiegħu
· Penali li ġew ikkanċellati għal perjodi ta’ wara talba għad-
deregistration
· Penali għax id-denunzja setgħet intbagħtet mid-Dipartiment f’indirizz ħazin
· Aġġustament li jsir mit-
Taxpayer
fuq
returns
preċidenti fuq bażi volontarja.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 439 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 439.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 348, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanr illi n-numru ta’ taxpayers investigati mit-TCU li fil-każ tagħhom il-multa ġiet ridotta fil-perijodi Jannar-Marzu 2007 u 2008 kien10 u 16 rispettivament.
Il-maħfra ta’ multi ssir għal raġunijiet speċifiċi bħal meta
taxpayer
ikun ikkoopera waqt l-investigazzjoni, jew meta l-kwistjoni tkun tirrigwarda xi punt legali kumpless. Kull maħfra jkollha marbutin magħha ċerti kundizzjonijiet per eżempju (a) sa meta jrid isir il-ħlas (b) li ma jistax isir
default
ieħor fi żmien stipulat, eċċ. Jekk dawn ma jiġux onorati, tintilef il-maħfra.
In segwitu tar-risposta li l-Prim Ministru ta lill-Interpellant odjern għall-mistoqsija parlamentari 362, jista' l-Ministru jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
(a) It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx informazzjoni dwar min huma is-sidien ta’ proprjeta’ privata.
(b) Mill-arkivji tat-Taqsima ma jirriżultax li l-awtur tas-sid ta’ l-art privata li fuqha inbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-Gvern ta’ Malta ħlief għal parti zgħira ħafna fejn kien hemm ‘pill-box tas-servizzi Ingliżi li kienet nbiegħet bħala libera u franka;
(c) It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx kopji tal-kuntratt ta’ trasferiment ta’ artijiet bejn sidien ta’ artijiet privati;
(d) It-trasferiment irid isir skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).