Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Promozzjonijiet għall-karigi ta' Principals u Senior Principals

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u f’liema xahar se jerġgħu joħorġu s-sejħiet għall-promozzjonijiet tal-karigi ta' Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku matul is-sena 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet joħorġu skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.

Ħaddiema tas-Servizz — Sectorial Agreements

Question

B' referenza għas-Sectorial Agreements għall-Ħaddiema tas-Servizz li ntqal li ġew iffirmati matul is-sena 2024, jista’ l-Prim Ministru jgħid kull wieħed minn dawn is-Sectorial Agreements kemm kienu ilhom li skadew/magħluqa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nixtieq ngħarraf lil Onor. Interpellant li s-Sectoral Agreements tas-Servizz Pubbliku m’għandhomx sunset clause. Skont il-providement maqbul mas-7 trade unions fl-2017 fil-Ftehim Kollettiv għas-Servizz Pubblikku 2017 - 2024 u li kien għadu jirregola is-Sectoral Agreements, Sectoral Agreements li jiġu iffirmati wara is-17 t’April 2017 għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin mid-data tal-iffirmar. Reviżjonijiet matul dan il-perjodu jistgħu jsiru f’ċirkustazzjoni eċċezzjonijiet u bi qbil bejn il-partijiet.

Ħaddiema mal-Gvern – Career break

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern u li talbu career break u għandhom erbat itfal jew aktar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-provvedimenti f’Taqsima 2.4 tal-Manual on Work-Life Balance Measures, impjegati pubbliċi ma jiddikjarawx kemm għandhom tfal meta jissottmettu talba għal Career Break. Għaldaqstant, din l-informazzjoni li qed tiġi mitluba ma tistax tingħata peress li m’hiex miżmuma mill-Amministrazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Manwal għal skopijiet ta’ referenza.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – Investigazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni minħabba allegat ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’kull istanza, fir-rigward ta’ liema settur hi l-investigazzjoni u kemm ilha pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi hemm disa’ (9) investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li nfetħu ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni dwar allegat ksur ta’ tali Att. L-investigazzjonijiet jikkonċernaw is-segwenti oqsma: Intratteniment, Enerġija, Telekomunikazzjoni, Saħħa, Annimali, Marittimu.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kampanja ta' edukazzjoni u għarfien saret mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul is-snin 2023 u 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) għaddejja b’kampanja kontinwa ta’ għarfien u edukazzjoni, mhux biss mal-membri tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC iżda wkoll mal-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, ġew organizzati żewġ kampanji ta’ prevenzjoni li kienu ffinanzjati mill-ARUC fis-snin imsemmija. Dawn il-kampanji kienu immirati mhux biss lejn membri tal-assoċjazzjonijiet iżda wkoll lejn il-pubbliku. F’dan il-perjodu, sar ukoll taħriġ lill-amministraturi tal-assoċjazzjonijiet bħala parti mill-kampanja kontinwa ta’ edukazzjoni dwar l-għanijiet tal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis. L-assoċjazzjonijiet huma obbligati li jipprovdu tagħrif li jiġi stampat fuq il-kontenituri tal-kannabis, bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-użu responsabbli tal-kannabis fost il-membri. Dawn l-isforzi jkomplu jgħinu biex titqajjem kuxjenza u jitwasslu messaġġi ta’ edukazzjoni għal firxa wiesgħa ta’ individwi, mhux biss dawk affiljati mal-assoċjazzjonijiet liċenzjati.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — nefqa fuq kampanji edukattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq kampanji ta' edukazzjoni u għarfien mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul l-2023 u l-2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis nefqet €748,688.23 fuq kampanji edukattivi matul is-snin 2023 u 2024.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri jew kampanji saru mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul l-2023 u l-2024: i. kontra t-teħid tal-Kannabis u/jew id-droga; ii. kontra t-traffikar tad-droga?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis talloka l-maġġoranza tan-nefqa tagħha għal kampanji ta’ prevenzjoni kontra t-teħid tad-droga u l-ksib tal-kannabis minn sorsi illegali, jiġifieri t-traffikar. F’dawn l-aħħar tliet snin, l-Awtorità nvestiet aktar minn miljun ewro biex setgħu jiġu implimentati programmi bħal T.F.A.L., Teen Outside the Box, S.A.F.E., u programm ġdid intiż għal żgħażagħ li jinqabdu bid-doping. L-Awtorità twettaq ukoll kampanji biex tispjega r-riskji u l-perikli assoċjati mal-ksib tal-kannabis minn sorsi illegali, jiġifieri permezz ta’ traffikar. Dawn jinkludu; Kampanji fuq il-midja soċjali, preżenza permezz ta’ stands f’attivitajiet immirati għaż-żgħażagħ, parteċipazzjoni f’programmi fuq ix-xandir u messaġġi ta’ informazzjoni f’postijiet frekwentati ta’ spiss, bħalma huma xelters fejn il-pubbliku jistenna l-karozza tal-linja. Barra minn hekk, l-Awtorità responsabbli tobbliga lill-Cannabis Harm Reduction Associations biex iwettqu kampanji ta’ edukazzjoni mmirati lejn il-membri tagħhom.

Għażla ta’ CEOs

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23659, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija magħmula u preċiżament jispjega b’mod ċar għalfejn f’xi istanzi l-għażla tas-CEO ta’ awtorità pubblika ssir biss wara sejħa pubblika waqt li f’istanzi oħra s-CEO jkun hand-picked mingħajr l-ebda sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn jinħatru skont ir-regoli jew l-liġi applikabli.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Karozzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: (a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu; (b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom? (d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu? (e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza? (f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6888.

Servizz.gov — Shareholders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma x-shareholders tal-aġenzija servizz.gov u kemm-il sehem għandhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija Servizz.gov m’għandha l-ebda shareholders. L-Aġenzija hija ffinanzjata kompletament mill-Gvern u topera bla qliegħ fil-qafas tal-amministrazzjoni pubblika.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2023

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għal kuntrarju ta’ dak li nkiteb fl-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar dan l-istess suġġett, il-Manwal ta’ Proċeduri tal-Kabinett jaqra hekk: 6.1 “Fi żmien xahrejn mill-ħatra u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru u Segretarju Parlamentari għandu jibgħat lis-Segretarju tal-Kabinett dikjarazzjoni tal-assi.” Id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għas-sena 2023 ġew sottomessi skont kif mitlub fil-Manwal, u kienu disponibbli għall-pubbliku.

Ftehimiet Kollettivi pendenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24221, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-ismijiet tal-34 ftehimiet kollettivi pendenti u tal-unions rispettivi tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta dawn skadew?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Unions involuti huma dawn: GWU UHM MUT EPOU UTAC UPAP UMASA Hemm ukoll House Union fi ħdan entita kkonċernata.

Baġit 2025- Reklamar u propaganda — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525, 22877, 23031, 23252, 23688, 24053 u 24469 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda propaganda. Izda kif inhi l-prassi ta’ wara kull baġit, il-Gvern jorganizza kampanja ta’ informazzjoni u jniedi numru ta’ servizzi biex jispjega lill-pubbliku inġenerali kif ser jibbenifikaw mill-ħemel ta’ benifiċji li jkunu tħabbru fil-baġit, bħal: • l-akbar tax-cut għall-ħaddiema; • l-10 żieda fil-pensjoni li tlaħħaq €8 fil-ġimgħa; • żieda oħra ta’ €250 fiċ-children’s allowance; • għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin lill-first-time buyers; • l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ saħħa mentali fil-komunità; • il-ftuħ ta’ 19-il spazju miftuħ ġdid sal-aħħar tas-sena; u • sitt xhur gym membershipb’xejn liż-żgħażagħ li twieldu fl-2005, 2006 u 2007; Fost is-servizzi, il-Gvern iniedi sit elettroniku (budget.gov.mt) li jiġbor fih informazzjoni dwar il-miżuri ewlenin u servizz ieħor ta’ freephone (153), li mill-għada tal-baġit jibda jirċievi mijiet ta’ mistoqsijiet u talbiet dwar kif il-miżuri mħabbra ser jimpattaw lill-pubbliku b’mod dirett. Naturalment, dawn is-servizzi jridu jkunu reklamati sabiex il-pubbliku jkun infurmat fejn għandu jaċċessa din l-informazzjoni. Għal dan il-għan jintużaw iċ-channels uffiċjali tal-medja soċjali tal-Gvern u mezzi tradizzjonali oħra inkluż il-gazzetti, televiżjoni u r-radju. Ninsab informat li din il-kampanja ta’ informazzjoni swiet €280,047.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tad-Dekasteru tiegħu mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22308.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tad-Dekasteru tagħha mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22308.

Remote Working — Ħaddiema f’Aġenziji tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li jaħdmu f'Aġenziji tal-Gvern ma jingħatawx l-istess opportunità ta’ remote working bħal ħaddiema oħra tas-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24495.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenti Maltin u barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12483.