Mwiet minħabba problemi relatati ma’ mard fil-qalb
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20240, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ mwiet minn problemi relatati ma’ mard fil-qalb fis-sena 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa Lulju tal-2020 kien hemm 515 imwiet kaw¿a ta’ problemi relatati minn mard fil-qalb. L-informazzjoni għal kumplament tax-xhur l-oħra ghal-2020 għadha provi¿orja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pazjenti li jbatu bil-Fibromyalgia ma għadhomx jarawhom ċertu konsulenti fl-Isptar? Jista’ jara x’ġara fil-każ ta’ pazjenta li tbati bil-Fibromyalgia li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kien jaraha konsulent u sentejn ilu qalilha li mhux ser jaraha aktar għax kienet ser tibda tieħu ħsiebha infermiera u sal-ġurnata li qed nagħmel din d-domanda parlamentari għaddew sentejn u ħadd għadu ma bagħat għaliha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ka¿ li semma hu qed ikun segwit.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan id-dokument diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra għal-mistoqsija parlamentari li kien għamel hu stess, għalhekk nitlobu jirreferi għal-mistoqsija parlamentari numru 10880.
Ċentri ta' Rijabilitazzjoni — Servizz Reaching Out
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10529, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema huma dawk iċ-Ċentri ta' Rijabilitazzjoni li għandna fil-komunità u li qed jorganizzaw gruppi ta' sapport għall-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u meta u fi x'ħin dawn il-gruppi qed jiltaqgħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 5 Ċentri ta’ Rijabilitazzjoni fil-komunita’. Dawn huma l-Floriana Rehab Centre, Qormi Rehab Centre, Paola Rehab Centre, ¯ejtun Rehab Centre u Cospicua Rehab Centre.
Fil-ħames Ċentri ta’ Rijabilitazzjoni, jiġi offrut sapport lill-familjari ta' klijenti li ju¿aw dawn is-servizzi. Dawn is-sessjonijiet normalment isiru l-iktar fuq ba¿i individwali milli fi grupp, peress li jingħata servizz li hu iktar personalizzat. Qabel il-pandemija tal-
Covid-19
, kien hemm drabi fejn involvejna lill-qraba fi gruppi, pero minħabba l-imxija tal-
Covid-19
, dan ma baqax possibbli. Fis-sessjonijiet li jiġu nvoluti l-qraba, jiġu ndirizzati il-ħtigijiet tal- individwu skont il-kuntest li j/tkun j/tgħix fih inklu¿a il-familja tiegħu/tagħha. Il- fatt li naħdmu ma’ etajiet, kundizzjonijiet u livelli ta’ kapacitajiet differenti, li taħdem b’mod individwali huwa iktar effettiv. Fiċ-Ċentri ta’ Riabilitazzjoni, naħdmu ħafna viċin tal-familjari skont il-b¿onn. Dan is-sapport fejn ikun hemm il-ħtieġa jingħata anke mingħajr appuntament, speċjalment jekk il-familjari jikkuntatjaw lill-
Occupational Therapist
b’mod telefoniku jew imorru personalment fiċ-ċentru ta rijabilitazzjoni.
Matul dawn l-aħħar xhur, qed jingħata s-sapport ukoll b’mod virtwali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm professjonisti, kategorija b'kategorija, li qed jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 462 professjonisti li fil-pre¿ent qegħdin jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli. Dawn il-professjonijiet huma diversi fostom Allied Health Professionals, Medical Professionals, Nursing staff, Pharmacy staff, Psychologists kif ukoll Social workers. Ninfurmah ukoll illi n-numru totali ta’ professjonisti li fil-pre¿ent qegħdin jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali huwa ta’ 543.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20265, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali u speċifikament iwieġeb:
i. lil persuni ta’ ‘l fuq minn 80 sena;
ii. lil persuni ta’ bejn is-70 u d-79 sena;
iii. lil persuni ta’ bejn is-60 u 69 sena;
iv. lil persuni vulnerabbli (u jispecifika liema kundizzjonijiet);
v. lil
frontliners
(u jispeċifika liema);
vi. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-18 t’April ta’ din is-sena ngħataw 186, 472 dożi tal-vaċċin Comirnaty.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20266, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali u speċifikament iwieġeb:
i. lil persuni ta’ bejn il-50 u l-65 sena;
ii. lil persuni vulnerabbli (u jispeċifika liema kundizzjonijiet);
iii. lil
frontliners
(u jispeċifika liema);
iv. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-18 t’April ta’ din is-sena ngħataw 77,792 dożi tal-vaċċin Vaxzevria.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex qed jiġu kkanċellati appuntamenti tal-Occupational Therapy mill-Isptar San Luqa għall-outpatients, u jekk iva x’rimedji se jkun hemm għal dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-appuntamenti tal-Occupational Therapy Out Patients mill-Isptar San Luqa mhux qegħdin jiġu kkanċellati.
Paola Hub – soluzzjoni għar-residenti minħabba l-parkeġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li tinstab soluzzjoni għar-residenti li jgħixu ħdejn il-Paola Hub li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jipparkjaw il-vetturi tagħhom u dan b’inkonvenjent kbir għalihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq Karl Chircop u Triq is-Sorijiet maġenb is-sit tal-Paola Hub minn Infrastracture Malta, li huma neċessarji għall-proġett. Dawn huma xogħlijiet temporanji u l-parkeġġ għandu jirritorna għan-normal fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jasal u jibda jintuża l-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-Jansen (Johnson & Johnson)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed issir diskussjoni dwar il-vaċċin tal-Jansen (Johnson & Johnson) mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-rilaxx ta’ dan il-vaċċin f’Unjoni Ewropeja ġie temporanjament miżmun mill-kumpanija Johnson & Johnson.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li jiġu vaċċinati s-Sales and Customer agents tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament billi dawn kontinwament huma f’kuntatt mal-klijenti fid-diversi fergħat li għandhom f’Malta u Għawdex? Nitlob lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment japprezza li kull klijent li jmur għandhom jiġi mitlub l-ID card tiegħu u ħafna drabi l-klijenti jkollhom jiffirmaw ukoll fuq apparat elettroniku li wara jintuża mill-istess staff u allura qegħdin f’riskju akbar?
Billi dan is-servizz ġustament ma waqafx anqas fil-lockdown għax hu servizz essenzjali, ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom jingħataw protezzjoni permezz tal-vaċċin fl-aqsar żmien possibbli? Jista’ jikkunsidra wkoll li mal-istaff li jaħdmu fil-fergħat ta’ din il-kumpanija, jiġu vaċċinati wkoll it-technicians tagħhom, li jagħmlu ġranet sħaħ jiġru minn dar għall-oħra jagħmlu installazzjonijiet u tiswijiet?
Billi kellmuni diversi ħaddiema li jaħdmu ma’ din il-kumpanija u billi jien infurmat li anki t-tmexxija ta’ din l-istess kumpanija jidher li għamlu din it-talba, jista’ jikkunsidra din it-talba?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament qed niffokaw fuq it-tilqim tan-nies skont l-età u dawk li huma vulnerabbli. Is-sekwenza ta’ tilqim qed issir skont il-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa. Il-proċess għadu għaddej.
Ministeru għas-Saħħa — direct orders lil kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru għas-Saħħa ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Statistika ta’ persuni li jbatu minn Fibromyalgia, Parkinson’s, Alzheimer’s u Huntington’s Disease
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, jekk hawnx statistika ta’ kemm hawn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia, Parkinson’s, Alzheimer’s jew Huntington’s Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li għandhom l-iskeda Ħamsa u li jsofru mill-kundizzjonijiet rispettivi huma; 897 bil- Fibromyalgia, 1,589 bil- Parkinson's Disease, 119 li għandhom il-Huntington's Chorea u 2,787 bid-Dementia.
Ninfurmah ukoll illi l-marda tal-
Alzheimer
tagħmel parti minn tipi differenti tal-marda tad-
Dementia.
Għawdex – tilqim kontra l-COVID-19 – bini tal-Aurora
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kriterji ġew ikkonsidrati biex saret l-għażla li t-tilqim kontra l-COVID-19 f'Għawdex jingħata mill-bini tal-Aurora? Jista' jgħid kemm ser iħallas il-Gvern, jekk hemm ħlas, sabiex ikun jista' juża dan il-post? Jekk hemm ħlas, jista' jgħid jekk saritx xi sejħa għall-offerti biex min hu interessat joffri post adekwat biex jingħataw it-tilqim? Jista' jgħid ukoll għaliex it-tilqim ma ngħatax mill-Isptar jew iċ-Ċentru tas-Saħħa f'Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li tilqim kontra l-Covid-19 ingħata kemm mill-isptar Ġenerali t’Għawdex u miċ-ċentri tas-saħħa fil-komunita’ f’Għawdex, qiegħed jintuża wkoll il-Gozo Conference and Expo Centre fir-Rabat sabiex jintlaħqu l-miri ta’ tilqim lill-poplu Għawdxi.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi rigward il-ħlas lill-
Gozo Conference and Expo Centre
jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20165 u jgħid kemm ġie amministrat vaċċin tat-tip Pfizer ġimgħa b’ġimgħa minn meta wasal Malta:
i. lil persuni ta’ ‘l fuq minn 80 sena;
ii. lil persuni ta’ bejn is-70 u d-79 sena;
iii. lil persuni ta’ bejn is-60 u 69 sena;
iv. lil persuni vulnerabbli (u jispecifika liema kundizzjonijiet);
v. lil
frontliners
(u jispeċifika liema);
vi. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-11 t’April ta’ din is-sena ngħataw 166,244 do¿i tal-vaċċin Comirnaty.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20166 u jgħid, sas-16 ta’ Marzu 2021, kemm ġie amministrat vaċċin tat-tip AstraZeneca ġimgħa b’ġimgħa minn meta wasal Malta:
i. lil persuni ta’ bejn il-50 u l-65 sena;
ii. lil persuni vulnerabbli (u jispeċifika liema kundizzjonijiet);
iii. lil
frontliners
(u jispeċifika liema);
iv. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-11 t’April ta’ din is-sena ngħataw 68,147 do¿i tal-vaċċin Vaxzevria.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu se jiġi irritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.