Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ma ġiex magħżul għall-post ta' full-time sport attendant mal-Kunsill Malti għall-Isport minkejja li għandu aktar kwalifiki u esperjenza minn kanditati oħra? Tista' tikkonferma li l-kandidat li ġie magħżul għal dan il-post lanqas biss sariltu interview u dan fuq ammissjoni tiegħu stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kandidati li applikaw għall-post imsemmi kollha saritilhom intervista. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħadd ma ngħata l-post imsemmi u sejħa oħra mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali — Quality Service Charters
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25966 tal-Għaxar Leġislatura, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali ifformulatx il-Quality Service Charters għall-benefiċċju tal-klijenti tagħha u biex ix-xogħol isir aktar b’mod professjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali isegwi l-Kodiċi ta’ Kondotta u ta’ Prattika għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali u għal min Iħaddem, maħrug mid-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni qed taħdem fuq kodiċi ta’ prattika interna li bħalissa tinstab fi stat ta’ żvilupp avvanzat.
Għall-benefiċċju tal-klijenti tagħha u biex ix-xogħol isir aktar b’mod professjonali, f’kull entratura tal-Aġenziji u l-bini fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, tpoġġew avvizi bil-Malti u bl-Ingliż tad-dmirijiet u drittijiet tal-klijenti għall-attenzjoni ta’ dawk li jagħmlu użu mis-Servizzi tal-Fondazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn childcare centres f’pajjiżna u kemm minnhom huma tal-gvern? Fejn jinsabu dawn il-childcare centres u x’ħin jiftħu u jagħlqu? Kemm iridu jħallsu l-ġenituri biex jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intuża fuel bejn Settembru 2010 u Marzu 2011 sabiex issaħnet il-Pixxina Nazzjonali? X'kienet l-ispiża għal kull xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-perjodu msemmi kien hemm konsum totali ta’ 247,000 litru ta’ fuel biex isaħħnet il-Pixxina. Il-kumplament tal-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Marsa Sports Ground — għaqdiet sportivi - dixxiplini differenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-Marsa Sports Ground fejn illum hemm ħafna għaqdiet sportivi ġejjin minn dixxiplini differenti li jipprattikaw l-isport tagħhom f'dan il-post? Tista' tgħid jekk b'dak li hemm ħsieb isir hux se jkun hemm xi dixxiplini li ma jkunux jistgħu jibqgħu jużaw il-Marsa Sports Ground?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25636.
Billi fix-shooting range tal-Bidnija, fis-17 u l-24 ta' Lulju ser jinżammu żewġ events internazzjonali, tista' l-Ministru tikkordina ma' min hu konċernat biex isir tindif, u possibilment il-patching tat-triq li twassal għal dawn ir-ranges?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-KMS qiegħed jitkellem mal-awtoritajiet konċernati dwar il-ħtiġijiet li hemm bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fl-intake għall-beadles għall-Università ta' Malta li bdew jaħdmu f'Mejju 2011, ġew magħżula tmien irġiel u ma ntgħażlitx lanqas mara waħda meta kien hemm nisa applikanti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Total ta’ 147 persuna applikaw għal din il-kariga li minnhom 118 kienu rġiel u 29 kienu nisa.
L-Università ta’ Malta tagħti opportunità indaqs lill-applikanti kollha u tiffoka fuq l-adegwatezza tal-applikant għall-kariga mingħajr ebda referenza għall-fatt ta’ jekk l-applikant huwiex raġel jew mara.
Tista' l-Ministru tikkonsidra li f'każ ta' applikazzjoni lill-Awtorità tad-Djar għas-sussidju fuq il-kera, ma jibqax jiġi mitlub il-firma tas-sid fuq l-applikazzjoni, f'każ li jkun hemm kuntratt jew ktieb ta' kera għax ħafna drabi din il-firma tas-sid tkun diffiċili għar-raġuni li d-dħul ma jkunx qiegħed jiġi dikjarat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din hija l-procedura li qegħda tieħu bħalissa l-awtorità.
L-Awtorità tad-Djar għandha direzzjoni li taċċetta dokument ieħor, apparti irċevuta mingħand is-sid, ma’ applikazzjoni għal sussidju fuq il-kera. Il-firma tas-sid fuq l-applikazzjoni stess mhix aktar rekwiżita mill-Awtorità tad-Djar.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar li jassentu ruħhom b'mod regolari milli jattendu l-iskola? Kemm kien hemm kazijiet matul is-sena skolastika li qed tintemm u fis-sentejn skolastiċi ta' qabel li ttieħdu passi legali kontra l-ġenituri tagħhom minħabba li l-ulied ma attendewx l-iskola kif obbligati jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena skolastika li qed tintemm u fis-sentejn skolastiċi ta' qabel ttieħdu passi legali kontra dan l-ammont ta’ ġenituri minħabba li uliedhom ma attendewx l-iskola kif obbligati:
Sena skolastika 2008 – 2009: 2 ġenituri
Sena skolastika 2009 – 2010: 4 ġenituri
Sena skolastika 2010 - 2011 sad-data tar-risposta: 3 genituri
In-numru ta' tfal fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar li jassentu ruħhom b'mod regolari milli jattendu l-iskola din is-sena skolastika kien ta’ 10. Dawn fallew bejn 16 u 20 ġurnata matul is-sena skolastika 2010-2011.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex vera li t-tifla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li suppost tattendi l-iskola Maria Assumpta, Hamrun ilha sentejn ma tattendi? Għaliex? X'passi ttieħdu biex it-tifla tiġi megħjuna tegħleb il-problemi tagħha li jżommuha milli tattendi l-iskola? Ġie kkunsidrat li tintbagħat f'xi skola oħra biex tibda tattendi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali għamlu diversi interventi ma’ l-istudenta biex tirritorna lura l-iskola. Ingħata servizz ta’
psychotherapist, counselling
u anke
social work.
Dawn il-professjonisti kollha għamlu diversi kuntatti ma’ l-istudenta u l-familja tagħha fosthom sessjonijiet ta’
counselling
u żjarat id-dar. Ġew anke esplorati diversi alternattivi biex l-istudenta tibda tattendi l-iskola ftit ftit u għal ftit żmien l-istudenta bdiet tattendi pero’ wara ftit reġgħet bdiet tfalli u għalhekk il-każ ġie referut lis-
social workers.
Bejn Novembru 2010 u April 2011 dawn żammew kuntatt regolari ma’ l-istudenta u ħadmu ħafna magħha biex temmen aktar fija nnifisha u b’hekk tkun tista’ tirritorna l-iskola. Il-każ għadu qed jiġi segwit.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat tan-numru ta' assentejiżmu f'kull wieħed mill-Istituti tal-Mcast għas-sena akkademika 2010-2011? Tista' tipprovdi n-numru ta' studenti reġistrati għall-korsijiet tal-ġurnata, jiġifieri korsijiet stipendjati matul is-sena akkademika 2010-2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba tinvolvi mas-sitt elef student imqassma f’għaxar istituti fuq perjodu ta’ għaxar xhur u 'l fuq minn 120 kors differenti. Din l-informazzjoni kif mitluba hija diffiċli li tinġabar f’qasir żmien peress li l-attendenza fl-MCAST tittieħed siegħa b’siegħa minn kull lekċerer ta’ kull suġġett għal kull student.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-ex reġistrar tal-Università ta' Malta, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament għadux jagħti s-servizz ta' konsulenza lill-Università? Jekk iva, x'inhu l-ammont ta' sigħat li jagħti kull ġimgħa, l-onorarju li qed jingħata għas-servizz tiegħu u f'liema qasam qed tingħata din il-konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna msemmija għandha kuntratt definit bħala Advisor mal-Università ta' Malta. Il-kuntratt jeħtieġ li l-advisor jipprovdi bejn ħmistax (15) u għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa għal remunerazzjoni ta' Ewro 24,750 kull sena. L-advisor jipprovdi assistenza għat-titjib l-amministrazzjoni ta' programmi akkademiċi u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi fl-Università.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, huwiex impjegat full-time permanenti mal-Università? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tispjega kif l-istess individwu qed jagħti 25 siegħa fil-ġimgħa konsulenza meta suppost impjegat full-time permanenti l-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna msemmija huwa impjegat permanenti full-time akkademiku tal-Università ta' Malta. M’għandi xejn li jindika li l-istess persuna għandha konsulenza ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-kors pedakoġiku kontemplat mill-Att tal-Edukazzjoni 2008, huwiex se jiġi offrut? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm kandidati potenzjali għal dan il-kors u meta se jiġi offrut? Tista' tinforma ukoll kemm hemm għalliema supply mad-DES li għandhom degree ta' master jew PhD u li jikkwalifikaw sabiex jattendu għall-kors pedakoġiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-direttorati qegħdin f’diskussjonijiet mal-Università sabiex jingħata dan il-kors.
In-numru ta’ għalliema
supply
mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li għandhom
degree
ta’
Master
huwa 6, filwaqt li m’hemm ebda għalliema
supply
li għandhom PhD.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-bord tal-professjoni tal-psikoloġija huwiex kostitwit jew le? Jekk le, kemm ilu mhux kostitwit u x'kienet ir-raġuni li ma reġax ġie kostitwit dan il-bord? Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' malpractice quddiem il-bord imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Professjoni tal-Psikoloġija qed jiġi kostitwit skont l-Att dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija u bħalissa qed issir il-konsultazzjoni meħtiega skont Artiklu 4. Il-bord kellu jerga’ jigi kostitwit wara li xi membri rreżenjaw filwaqt li oħrajn skadilhom it-terminu tal-ħatra f’Jannar 2011. Il-Ministeru kellu jistenna li jidħlu n-nominazzjonijiet tal-Assoċjazzjonijiet tal-Psikoloġi qabel ma jiġi kostitwit il-bord.
Bħalissa hemm każ wieħed ta’ allegazzjoni ta’
malpractice
quddiem il-bord.
studenti Għawdxin — każijiet pendenti quddiem l-istatementing board
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta' studenti Għawdxin u tgħid minn liema skola ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta’ studenti Għawdxin:
Sannat 2
Rabat 2
Kercem 1
Conservatory 2
St Theresa 1
Victoria BSS 2
St Francis 1
Qala 1
Nadur 1
Total 13
Dawn huma kollha applikazzjonijet ta’ 2011.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti sabiex shared learning support assistants ikunu individwali u tgħid minn liema skola ġejjin dawn it-talbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Talbiet pendenti sabiex
shared learning support asistants
ikunu individwali huma dawn:
Nadur 1
Xewkija 1
Theresa Nuzzo 1
Total 3