Jista' l-Ministru jgħid kemm saru roadblocks matul ix-xahar ta' Diċembru 2010 ? F'liema lokalità saru ? Jista' jgħid kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż? X'kienu l-abbużi maqbuda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, il-Pulizija għamlet 48 roadblock f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li fihom ġew mogħtija 202-il ċitazzjoni dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku.
Jista' l-Ministru, mid-dokumenti li l-istat għandu f'idejh, jispjega x'kien ir-raison d'etre li wassal biex fil-Kostituzzjoni nostrana ddaħħlet projbizzjoni fis-sens li membri tal-ġudikatura ma jistgħu qatt jokkupaw il-kariga ta' President? X'kien li wassal għal din id-deċiżjoni iktar u iktar meta mbgħad fl-istess ħin f'ċirkostanzi eċċezzjonali hemm provdut li l-kariga ta' President għandha tiġi okkupata mill-Prim Imħallef ex officio jekk l-uffiċċju ta' President jiġi vakant u ma jiġix appuntat bniedem ieħor minfloku? Ma jaħsibx il-gvern preżenti li għandu jsir it-tibdil meħtieġ biex ġudikanti li taw ġieħ lill-pajjiż b'ħidmiethom, bħalma kien Sir Anthony Mamo li wara kollox, għandhom ikunu huma ukoll eleġibbli għall-Presidenza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għad-dibattiti Parlamentari li kienu saru meta dawn l-emendi ġew proposti u approvati u ċioe';
S. 354 (3.12.74), S. 355 (4.12.74), S. 356 (9.12.74), S. 357 (10.12.74), S. 358 (11.12.74), S. 360 (13.12.74).
Persuni l-ħabs — nuqqas ta' għarfien ta' kuntratt tal-manteniment u tal-aċċess għat-tfal
Question
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2010 kemm kien hemm rġiel u nisa li ġew mogħtija sentenza ta' ħabs mill-Qrati fir-rigward ta' nuqqas ta' għarfien ta' kuntratt tal-manteniment kif ukoll fil-kors ta' aċċess għall-ulied?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2010, quddiem il-Qorti lokali, kien hemm 80 persuna li ġew mogħtija sentenza ta' ħabs fuq akkuża ta' nuqqas ta' għarfien tal-kuntratt tal-manteniment, kif ukoll kien hemm 16-il persuna li ngħataw sentenza ta' ħabs fuq akkuża ta' nuqqas ta' aċċess għat-tfal.
Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Att dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kapitlu 424, Artiklu 3 ma japplikax għall-Membri tal-Korp tal-Pulizija, meta l-istess proviso tal-istess Artiklu 3 jgħid, li "rigward saħħa u sigurtà fil-każ ta’ Membri tas-Servizzi Pubbliċi hawn aktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies tal-iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi"?
Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta’ dan il-proviso il-Membri tal-Korp tal-Pulizija u oħrajn humiex koperti xorta?
Jaqbel il-Ministru li, sabiex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar dan, għandu jsir dak it-tibdil neċessarju fil-liġi biex dawn il-ħaddiema partikolari jkunu
ukoll speċifikament koperti dwar is-saħħa u s-sigurta’ tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21688.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm hemm fil-preżent priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin;
b) kemm hemm priġunieri f'kull diviżjoni;
ċ) kemm hemm priġunieri fl-Isptar Monte Carmeli;
d) kemm mill-ammont totali ta' priġunieri jkunu skontaw is-sentenza tagħhom fi żmien sentejn oħra; u
e) kemm hemm persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed jistennew is-sentenza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sat-2 ta' Diċembru 2010 l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
a) Numru ta' priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien ta' 582.
c) Priġunieri li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom fi żmien sentejn oħra huwa ta' 277
d) Persuni miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li qed jistennew sentenza huwa ta' 194
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani f'kull diviżjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jekk dan l-ammont huwiex skont il-complement li suppost għandu jkun hemm f'faċilità bħal din?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm 199 uffiċjal f'diversi gradi li huma mqassmin fid-diviżjonijiet u xogħol ieħor relatat mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin bħal SRT, uffiċini, stores eċċ. Il-complement ta' gwardjani fid-diviżjonijiet ivarja bejn tnejn u sitt uffiċjal skont il-ħtieġa.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — intake ta' gwardjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li ddaħħlu (intake) ta' persuni biex jaħdmu bħala gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Minn dak iż-żmien 'l hawn, kemm kien hemm li rtiraw bl-età jew telqu minn dan l-impjieg?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar intake ta' persuni bħala gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin seħħ fit-18 ta' Mejju 2005. Infurmat ukoll illi minn dak iż-żmien 'il hawn kien hemm total ta' 38 uffiċjal li spiċċa mill-impjieg; 24 li rtiraw bl-età, 6 irriżenjaw, 6 għaddew Medical Board, 1 ġie mkeċċi u 1 kien miet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kawżi ta' libell li huma pendenti quddiem il-Qrati Maltin u li fihom hemm bħala atturi membri parlamentari? Kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi tal-libell quddiem il-Qrati Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sat-3 ta' Diċembru kien hemm 47 kawża ta' libell pendenti li fihom hemm bħala atturi Membri Parlamentari. Infurmat illi dawn il-kawżi ilhom pendenti kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li saru fid-Dipartimenti u uffiċini f'dawn l-aħħar sentejn biex jiġu indirizzati l-problemi ta' aċċesibilita' huma:-
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20354, jista' l-Ministru jindika kemm-il sena ilhom pendenti il-297 kawża ta' separazzjoni ta' żwieġ imsemmija f'din il-mistoqsija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi il-297 kawża ta' separazzjonijiet msemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20354 ilhom pendenti kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:-
Jista' l-Ministru jgħid x'alternattiva hemm għall-gvern fil-każijiet ta' diportazzjoni ta' immigranti illegali lejn pajjiżhom, jekk ma teħodhomx l-Air Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi każijiet ta’ ritorn ta’ immigranti illegali lejn pajjiżhom mhux neċessarjament isir permezz ta’ titjiriet ta’ l-Air Malta. Infurmat ukoll illi jkun hemm każijiet li dan isir tramite linji tal-ajru oħrajn li joperaw għal dawk il-pajjiżi fejn ma jkunx hemm titjiriet tal-Air Malta.
immigranti irregolari fiċ-ċentri ta' detenzjoni u l-open centres
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' immigranti irregolari li qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni u l-open centres?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena, l-ammont ta' immigranti irregolari fiċ-ċentri magħluqa u miftuħa kien ta' 65 u 2235 rispettivament
Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt għal legal aid? X'irid isir sabiex persuna tibbenefika minn din l-għajnuna? Jista' jgħid ukoll min kienu l-avukati li servew bħala avukati tal-legal aid matul is-sena 2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 13848 u 16239 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' użura għand il-pulizija matul is-sena 2010? Kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti matul l-istess sena dwar l-istess użura? X'inhuma l-pieni li wieħed jiffaċċja meta jinstab ħati tal-użura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena il-Pulizija kellha 7 rapporti dwar każi ta' użura, filwaqt li tressqu 4 persuni l-Qorti fuq akkużi ta' użura. Il-pieni għal dan ir-reat huma stabbiliti f'Artikolu 298C tal-Kodiċi Kriminali u jinkludu priġunerija ta' mhux aktar minn 18-il xahar u ħlas ta' multa bejn €2,329.37 u €34,940.60. Il-Qorti għandha ukoll torrdna lill-ħati sabiex jirrifondi dak l-ammont eċċessiv li jkun ġie stabbilit mill-Qorti stess bħala sproporzjonat. L-imputat jista' jieħu benefiżżju ta' tnaqqis fil-piena jekk qabel it-tmiem tal-kawża jħallas lura lill-vittma s-somma eċċessiva li jkun ħa mingħandha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu miżuri minħabba d-diżordni sħiħa fit-traffiku fil-ħinijiet tal-ftuħ u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tal-Fgura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tal-Fgura, jiġifieri mit-8.00am sad- 8.45am u kif ukoll bejn is-2.00pm u s-2.45pm, ikun hemm dejjem Pulizija preżenti sabiex jikkontrolla t-traffiku fiż-żona tal-entratura tal-iskola. Apparti minn hekk il-pulizija tagħmel użu ukoll minn 8 bollards, erbgħa f’kull naħa tat-triq, sabiex tassigura li t-traffiku ma javviċinax sal-entratura tal-iskola u dan għas-sigurtà tat-tfal li jattendu fl-iskola Primarja tal-Fgura. Tajjeb li jingħad ukoll illi l-Pulizija matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru ta' din is-sena ħarġet mhux anqas minn 17-il ċitazzjoni kontra sewwieqa ta’ vetturi minħabba nuqqas ta’ tħaris tar-regolamenti tat-traffiku fit-toroq li jagħtu għad-direzzjoni tal-iskola. Madanakollu, il-Pulizija se tibqa' tagħmel lis-spezzjonijiet f’dawn it-toroq sabiex kemm jista’ jkun it-traffiku ma jistaġnax matul il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ mill-iskola msemmija.
Persuna li għamlet kors ta' security u qed tistenna l-liċenzja
Question
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għamel il-kors ta' security u anke ġab iċ-ċertifikat u qiegħed jistenna mid-Depot li toħroġ il-liċenzja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant diġà ġiet ipproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sal-lum kemm kien hemm kawżi fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-bniedem (ECHR) minn ċittadini Maltin kontra Malta li fihom Malta tilfet il-każ ossija rebħu ċ-ċittadini Maltin? Jista' jgħid kemm kienu l-każijiet fejn Malta rebħet ossija tilfu ċ-ċittadini Maltin? X'kienu l-ismijiet f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab għad-disposizzjoni tiegħu fil-website tal-ECHR.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti inti u dieħel lejn il-Furjana fejn Bieb il-Bombi matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minn dawn l-inċidenti ħallew vittmi fatali u vittmi oħrajn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-kolliżjonijiet/inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-Pulizija fi Triq Nazzjonali, fil-parti li tagħmel mal-Furjana kienu kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena
Fatali
Bi ġrieħi ta’ natura gravi
Bi ġrieħi ta’ natura ħafifa
2005
0
1
3
2006
0
3
4
2007
0
1
3
2008
0
4
5
2009
0
1
3
2010*
2
6
8
* sa l-ahhar ta’ Ottubru.
Ta’ min ifakkar illi mill-15 ta’ Jannar 1998, inċidenti
front to rear
bdew jiġu rrapurtati biss lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, filwaqt li mill-1 ta’ Marzu 2004, inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa’ jew ħsara fi proprjetà pubblika, bdew jiġu rrapurtati lill-Gwardjani Lokali.