Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst li jsiru xi xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq La Sengle, Wied il-Għajn, matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq La Sengle hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il- Għajn għal xogħol infrastrutturali. Dan ix-xogħol se jiġi implimentat wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali anke fil-kuntest ta’ xogħlijiet oħrajn li għaddejjin ġewwa l-istess lokalità sabiex jitnaqqas kemm jista jkun l-inkonvenjent.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27416 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24126, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes fil-Kalkara?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27215, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qiegħda tikkunsidra għall-futur l-Awtorità biex tiżdied il-kapaċità ta’ berths f’Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità tkompli twettaq valutazzjonijiet regolari dwar il-ħtiġijiet u l-possibilitajiet ta’ espansjoni tal-infrastruttura marittima madwar il-gżejjer Maltin, inkluż Għawdex.
Karozzi għall-użu tal-Gvern Ċentrali – Liċenzji ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ġdida fuq karozzi għall-użu tal-Gvern Ċentrali nħarġu matul l-2023 u l-2024, u kemm minnhom kienu fuq il-kunsilli lokali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull vettura ġdida li tinxtara kemm mill-Gvern, mill-Kunsilli Lokali u miċ-ċittadini privati, tiġi rreġistrata skont il-liġi sussidjarja 268.02.
Birżebbuġa — Wesgħa Carmelo Caruana - Permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet f’Wesgħa Carmelo Caruana, f’Birżebbuġa, u jannetti magħhom is-site plan, il-pjanta u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull permess?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fil-Kappara, San Ġwann u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fis-Swieqi u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fil-Madliena u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’Ta’ Xbiex u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fil-Gżira u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fin-Naxxar u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq vetturi dwar it-tagħbija tagħhom u jaqsam l-informazzjoni f’lista li turi l-kategorija tal-vettura; kemm minnhom kienu konformi u kemm minnhom ma kenux; x’kienu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità; u kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal kull kategorija mill-1 ta’ Settembru 2024 sat-30 ta’ April 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta — Testijiet fuq vetturi dwar it-tagħbija tagħhom - Imwieżen
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha mwieżen Transport Malta li jintużaw għal testijiet fuq vetturi dwar it-tagħbija tagħhom u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-log book li juri meta ntuża l-apparat u l-aħħar ċertifikat ta’ kalibrazzjoni ta’ kull miżien li ntuża mill-inqas darba matul dawn it-testijiet?
Ir-Rabat, Malta — Vjal il-Ħaddiem - Pelican crossing lights
Question
Jista’ l-Ministru jwieġb il-mistoqsija parlamentari 27953 u jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni biex iż-zebra crossings fi Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat, Malta li hija triq traffikuża ħafna, jiġu konvertiti f’pelican crossing lights?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta, bħalissa hemm ħames controlled pedestrian crossings, tlieta minnhom huma tat-tip pelican, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma tat-tip belisha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28214 u jgħid jekk hemmx persuna fi Transport Malta li hija kwalifikata biex tivverifika ċ-Ċertifikati ta’ Verifika tal-Konformità (CVC) u ċ-Ċertifikati ta’ Verifika tal-Operat (CVOL), kif ukoll il-rapporti tas-surveyors? Jekk iva, jista’ jindika liema huma l-kwalifiki li għandhom u f’liema grad huma?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ tal-liċenzji indikati, li d-definizzjoni tagħhom kif imsemmija fil-mistoqsija mhijiex korretta, kif ukoll il-verifika tar-rapporti tas-surveyors, isir mill-Commercial Vessel Unit fi ħdan id-Direttorat tal-Ports and Yachting ta’ Transport Malta. Dan il-unit jaqa’ taħt ir-remit taċ-Chief Officer u Harbour Master, li huwa kwalifikat bħala Master Mariner (Unlimited) STCW A-II/2.
CVC — Bastimenti kummerċjali - Perjodu ta’ żmien għall-ħruġ taċ-ċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsijaparlamentari 28215 u jgħid x’inhu l-perjodu ta’ żmien mill-applikazzjoni sa ma jinħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Verifika tal-Konformità (CVC) għall-bastimenti kummerċjali li jġorru sa 16-il passiġġier?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġaladarba l-applikant jissottometti l-applikazzjoni erba’ ġimgħat qabel l-iskadenza tas-CVC (kif indikat ċar f’Port Notice No. 3 of 2019) il-mira hi li ċ-ċertifikat jinħareġ sa massimu ta’ erbgħa ġimgħat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28234 u jgħid kemm nefqet Transport Malta fuq rigali lill-impjegati bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ f’kull każ jgħid x’kienet l-okkażjoni, minn fejn inxtraw ir-rigali, u kienx hemm sejħa għal kwotazzjonijiet, direct order, jew mod ieħor kif intgħażlu minn fejn jinxtraw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta temmen bir-rikonoxximent lejn l-impjegati tagħha u minn żmien għal żmien tirrkonoxxi ħidmiethom b’ġest żgħir ta’ apprezzament.
B’referenza għall-blat fis-sit fejn hemm it-torri ta’ Għajn Tuffieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux l-istudji li ġew imsemmija mill-coastal unit fid-dipartiment tal-public works? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx riżultati dwar l-istudji u jekk it-torri huwiex fil-periklu li jiġġarraf?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni fuq is-sit minn uffiċjali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, uffiċjali mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u Inġinier Ġeotekniku, instab li m’hemmx periklu għat-torri minħabba li x-xaqq fil-blat qiegħed ’l barra mill-istess torri.
Saret analiżi tal-faċċata tal-irdum permezz ta’ drone fejn instab li parti li qiegħda ftit ’l isfel mit-torri qiegħda fi stat perikoluż u għalhekk l-aċċess għal din il-parti ġie magħluq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun l-użu ta’ Church Wharf (is-sit fejn kien hemm l-ex-power station) ġewwa l-Marsa? Jista’ jgħid x’inhu l-ħsieb għall-użu ta’ din l-art, pereżempju: użu marittimu, użu kummerċjali jew oħrajn? Jekk dan ser isir, jista’ jgħid meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23216, fejn il-Ministru semma t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Tas-Sliema li saru b’investiment ta’ aktar minn €6 miljun, peress li High Street, Sliema ma ssemmietx, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa din it-triq? Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk in-nefqa fuq High Street, f’Tas-Sliema kenitx ukoll parti mill-proġett ta' €700 miljun;
ii. min kien il-kuntrattur responsibbli għax-xogħlijiet; u
iii. x’kienet ir-raġuni li High Street, Tas-Sliema kellha terġa’ tinqala’ ftit wara li tlestiet?