Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea — Sussidju
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26428.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Rigali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23966 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid kemm qala’ rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29567 u jgħid kemm kien in-numru ta’ twelid minn ommijiet ta’ taħt l-għoxrin sena matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u maqsuma wkoll skont l-età tal-omm?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta' Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Diċembru 2024 ġew irreġistrati li twieldu 553 tarbija lill-ommijiet ta’ taħt l-għoxrin sena f’Malta u Għawdex.
It-tabella li turi kemm twieldu lil dawn l-ommijiet, maqsumin sena b’sena u skont l-età tal-omm qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29568 u jieħu l-passi neċessarji biex partikolarment matul ix-xhur tas-sajf, tkun stazzjonata ambulanza fl-inħawi tax-Xemxija, ħdejn il-Fire Station tal-Protezzjoni Ċivili, biex tkun tista’ tintuża f’każijiet ta’ emerġenza li jinqalgħu spiss?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-preżent li jagħmlu xogħol ta’ ġardinara fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm ilhom jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 5 ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ ġardinara fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fuq bażi ta’ xift u ilhom jagħmlu dan ix-xogħol madwar sena.
Mediċina Olanzapine depot injection – Out of Stock
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Olanzapine depot injection, neċessarja għall-kundizzjoni tal-Schizophrenia, hijiex out of stock?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li CPSU għandu kuntratt attiv imma s-supplier għandu problema ta’ aċċess. CPSU ħareġ sejħiet pubbliċi u rnexxielu jsib id-doża ta’ 300mg u tal-405mg.
Id-doża ta’ 210 mg ma hemmx aċċess għaliha bħalissa għalkemm il-problema tal-aċċess kellha tiġi risolta skont il-kumpanija ewlenija sa Lulju 2025. Il-pazjenti fuq 210mg bdew jingħataw d-doża ta’ 300mg wara konsultazzjoni klinika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pillola Aspirina 75mg hijiex inkluża fil-formularju tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jara li l-Aspirina tkun disponibbli permezz tal-POYC fid-doża ta’ 75mg? Jekk le, jista’ jgħid għaliex din il-mediċina mhijiex inkluża fil-formularju u jikkunsidra li din il-mediċina tiġi inkluża fil-formularju tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-Formularju tal-Gvern, il-pillola aspirina ‘low dose’25, li tintuża bħala ‘anti-platelet agent’ tinstab u tista’ tkun f’doża minn 75 mg – 100 mg (hekk kif internazzjonalment indikat bħala ‘low dose aspirin’).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-injection Leqvio 284mg hijiex inkluża fil-formularju tal-Gvern? Jekk le, jista’ jgħid għaliex din il-mediċina mhijiex inkluża fil-formularju u jikkunsidra li din il-mediċina tiġi inkluża fil-formularju tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-mediċina inclisiran (prinċipju attiv ta’ Leqvio 284 mg) għad m’hijiex fil-formularju tal-Gvern, imma għaddej xogħol biex tiddaħħal.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24519 u 25690 u jgħid għalfejn il-vouchers li jagħti l-Gvern għat-terapija, speċjalment fil-każi ta’ neuro rehabilitation, tkoprix biss tfal sa sittax-il sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28052 u jgħid jekk ġewx importati magni tas-Sleep Apnea peress li dawn ma kenux għad-dispożizzjoni tal-pazjenti f’dawn l-aħħar xhur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-magni tas-Sleep Lab waslu Malta, u ilhom fl-Isptar Mater Dei minn Mejju ta’ din is-sena. Dawn il-magni diġà ġew mogħtijin lill-pażjenti skont kif ġie preskritt mit-tobba.
POYC — Pazjenti li qed ikollhom reazzjoni għal mediċini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’jistgħu jagħmlu l-pazjenti li jkollhom reazzjoni għall-mediċini, meta jinbidlulhom id-ditti li jkunu mdorrijin jieħdu mill-POYC?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender tal-bini tal-estensjoni tal-emerġenza u s-swali tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender tal-bini tal estensjoni tal-emerġenza u s-swali tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei irid jieħu il-per kors tiegħu skont il-liġi.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li s-saħħa mentali hi priorità nazzjonali. Għalhekk, dan il-Gvern qed jinvesti bla precedent, fil-kura ts-saħħa mentali fil-komunità. Infakkar li 9 xhur ilu, ġie mniedi investiment ta’ 4 miljun ewro u nofs biex jissaħħu s-servizzi tas-saħħa mentali madwar il-pajjiż u jmorru qalb il-komunitajiet. Barra minn hekk, ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern, flimkien mal-Fondazzjoni Richmond, bdew jingħataw korsijiet bla ħlas tal-Ewwel Għajnuna f’għadd ta’ lokalitajiet fil-gżejjer Maltin.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23949, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?
Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa — Kura b’xejn għal TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tintuża fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex tiġi determinata l-eleġibbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) biex ikollhom aċċess għall-kura b’xejn u li tindika wkoll il-bażi legali li hija msejsa fuqha din il-policy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.