Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Biennale u l-Art Explora Festival

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni valida għal kif għaddejjin il-Malta Biennale u l-Art Explora Festival fl-istess żmien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Art Esplora Festival intemm fl-aħħar ta’ Marzu. Il-Malta Biennale għadu għaddej sal-aħħar ta’ Mejju li ġej. L-Art Explora Festival u l-Malta Biennale kkoperaw biex itellgħu attivitajiet flimkien, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-padiljun nazzjonali Franciż/Ġermaniz. Il-ġeneru tal-wirja tal-Art Esplora Festival hija għal kollox differenti minn dik tal-Malta Biennale. Jekk xejn din hi prova oħra ta' kemm hu rikk il-kalendarju kulturali tagħna.

PBS – Nefqa fuq it-trasmissjonijiet tal-aħbarijiet fuq il-kanal SBS tal-Awstralja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswew fis-sena t-trasmissjonijiet tal-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Service (PBS) fuq il-kanal SBS tal-Awstralja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill- Public Broadcasting Service li ma kien hemm l-ebda spiża fuq it-trasmissjonijiet tal-aħbarijiet fuq il-kanal SBS tal-Awstralja.

Floriana – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Floriana fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Belt Valletta – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Pietà – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Pieta fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Belt Valletta – Parkeġġi riservati għall-Ministeri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ ta' vetturi hemm li huma riservati għall-użu mill-Ministeri u mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid f'liema triq qegħdin, għal liema Ministeru, u kemm-il spazju ta' vetturi qegħdin jieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16460 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili.

Imqabba – Pjazza tal-Knisja — Pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16998, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet referuta lilu u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-Pjazza tal-Knisja, fl-Imqabba li ġiet ippavimentata ftit xhur ilu, u ċjoè jekk hux ser tibqa ippavimentata bil-madum, jekk dan hux ser jinqala’ bħalma sar f’Raħal Ġdid u tiġi ppavimentata bit-tarmak, jew jekk hux ser tibqa’ ppavimentata bil-madum u tiġi trasformata f'żona pedonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li m’hemmx pjanijiet jew deċiżjonijet dwar il-materja li qed jistaqsi dwarha.

Ġbir tal-iskart — Kuntratt reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17606 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16431, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt reġjonali attwali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba. Irrid inżid li wara li nkiseb parir legali opportun tneħħew xi dettalji jew partijiet li skont it-tekniċi legali ma kienx opportun li jiġu reżi pubbliċi. Jien madankollu dispost li nagħti aċċess privatament lill-Onor. Interpellanta biex tara d-dokumentazzjoni sħiha mingħajr redazzjonijiet.

Ħal Tarxien — Triq il-Kbira - Miżuri minħabba sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li ġewwa Triq il-Kbira Ħal Tarxien jiġu installati sleeping policemen peress li matul il-lejl qed ikun hemm każijiet ta’ sewqan eċċessiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li diġà indirizza din il-problema billi talab u kiseb l-approvazzjonijiet neċessarji għall-installar ta’ speed bumps. Ninsab infurmat ukoll li ġie akkwistat dak kollu neċessarju, ix-xogħlijiet meħtieġa għandhom jitlestew sal-ġimgħa d-dieħla.

Kunsill Lokali Wied il-Għajn — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li rċieva madwar 1,324 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti, l-iktar relevanti kien fuq qtugħ ta’ bozoz, skart, knis u qtugħ ta’ ħaxix.

Kunsill Lokali Marsaxlokk — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li rċieva madwar 363 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti, l-iktar relevanti kien hemm dwar qtugħ ta’ bozoz, xogħol ta’ marki fit-toroq, żebgħa u tiswijiet tat-toroq, tiswijiet ta’ tabelli, bankini, u ndafa.

Ġbir tal-iskart domestiku — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kienet in-nefqa kull sena minn kull Gvern Lokali rispettiv mis-sena 2019 sas-sena 2023 għall-ġbir tal-iskart domestiku, maqsuma lokalità lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili.

Ħal Qormi — Triq Nikol Montebello - Water culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru water culverts fi Triq Nikol Montebello, f’Ħal Qormi, u l-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li qatt ma nħasset il-ħtieġa li jsiru water culverts fi Triq Nikol Montebello u l-madwar.

Ħaż-Żabbar — Triq ix-Xgħajra - Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitwaħħal ix-shelter tal-bus stop ta’ Triq ix-Xgħajra ġewwa Ħaż-Żabbar bl-isem “Burbur” peress li ilu madwar tliet snin li mhux hemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-imsemmi bus shelter ġie installat u l-Kunsill Lokali qed jistenna mingħand il-kumpanija inkarigata sabiex twaħħal il-ħġieġ tiegħu.

Ħal Kirkop/Ħal Safi — Triq l-Industrija/Triq Carmelo Caruana – Wiċċ tat-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17539, peress li daħla waħda hemm għall-Barracks tal-Forzi Armati ta' Malta fi Triq l-Industrija / Triq Carmelo Caruana, Kirkop/Safi, jista’ l-Ministru jara li l-wiċċ eżistenti ta' din it-triq jinbidel għax tiżloq wisq, speċjalment meta tagħmel ix-xita, għax qed jikkaġuna diversi inċidenti għax qed jiskidjaw il-karozzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li l-Kunsill huwa responsabbli mill-manutenzjoni tat-toroq u mhux mill-bini mill-ġdid. Parti minn din it-triq taqa’ taħt INDIS Malta minħabba li fiha hemm il-Medavia u tmiss mar-runway tal-ajruport. Il-parti tal-bidu ta’ Triq l-Industrija hija ppjanata li ssir minn Infrastracture Malta u bini mill-ġdid ta’ toroq għadda kollu f’idejn din l-entità. Għaldaqstant ix-xogħol indikat hawn taħt ma jaqax fir-responsabilità tal-Kunsill Lokali.

Birżebbuġa – Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa ilu snin jitlob biex jiġu rranġati diversi bus shelters f’Birżebbuġa, kif ukoll isiru oħrajn ġodda fejn dawn huma nieqsa, baqa’ ma sar xejn, bil-konsegwenza li min juża l-karozza tal-linja ma jkollux fejn jistkenn kemm meta tagħmel ix-xita fix-xitwa kif ukoll fil-qilla tax-xemx fis-sajf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li għandu l-intenzjoni biex jara li dawn il-bus shelters isiru u li l-Kunsill lest li jiddiskuti mal-partijiet relevanti dwar dan il-għan.

Il-Mosta — Triq Filippo Apap Bologna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14131 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid għaliex Triq Filippo Apap Bologna ġewwa l-Mosta saret direzzjoni waħda meta qed ikun hemm konġestjoni ċara riżultat tal-karreġġjata għar-roti tal-Pont tal-Mosta li jinsab fejn qiegħed joħroġ miż-żona tal-Mosta għaż-żona tan-Naxxar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li t-toroq Nicola Muscat, Filippo Apap Bologna u Sir Arthur Borton huma sistema ta’ one way fuq bażi “centric”, jiġifieri li jifforma ċirku jdur. Ninsab infurmat ukoll li r-referenza tal-pont tal-Mosta hija ferm il-bogħod minn dawn it-toroq imsemmija u ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejniethom.

Marsa – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Marsa fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Santa Venera – Spazji għal parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm f’Santa Venera fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.