Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema First Aiders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7870 u jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10328 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija parlamentari W133.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18468, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista: “Waqt il-pandemija, l-internet kien l-uniku mezz li bih ħafna anzjani setgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom. Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn”, ġietx implimentata u jekk iva jagħti d-dettalji dwarha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk applikant li għamel talba biex jibda jirċievi xi tip ta’ assistenza, jistax jappella mid-deċiżjoni li tkun maħruġa mill-bord?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-dritt għall-appell minn deċiżjonijiet tad-Direttur tas-Sigurtà Soċjali jemanixxi mill-Artikolu 108 tal-Att dwar is-Sigutà Soċjali (Kap 318). Dan l-Artikolu jirregola d-dritt ta’ appell.
Tajjeb jingħad illi d-dritt ta’ appell minn deċiżjonijiet tal-bordijiet mediċi kien tneħħa fl-2004, u dan bis-saħħa ta’ emendi legali fl-Att permezz ta’ Bill II.2004.31.
Bis-saħħa ta’ dawn l-istess emendi, daħal is-subartikolu (ii) fl-Artikolu 108, fejn minflok appell kien iddaħħal id-dritt li wieħed jitlob revizjoni jew rikonsiderazzjoni minn bord mediku diversament kompost mill-ewwel bord li jkun ċaħad applikazzjoni għal xi benefiċċju b’element mediku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18012 u jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
* Fit-2015 tneħħa s-ceiling (paga minima) ta’ kemm wieħed seta’ jaqla’ mix-xogħol u jieħu l-assistenza (dak iż-żmien kienet tissejjaħ pensjoni)
** Fl-2017 saret ir-riforma li qasmet iż-żewġ pensjonijiet li kien hemm (b’ammonti ugwali) għal tlett Assistenzi (b’ammonti varjabbli skont il-grad ta’ diżabilità) – tneħħa it-test tal-mezzi fuq l-Assistenza għal Diżabiltà Severa Miżjuda
*** Fl-2022 tneħħa t-test tal-mezzi minn fuq iż-żewġ assistenzi l-oħra
**** 106 applikazzjoni minn dawn għadhom jistennew l-iskrutinju tal-bord mediku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5978 u 4245 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa issa l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' tobba magħżula għall-panel mediku mill-2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mituba minnhu dwar it-tobba fuq Medical Panel, bejn l-2013 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din l-interpellanza hija kif tidher fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Medical Board Members from December 2013 till present.xlsx
Severe disability assistance — Bord mediku magħżul
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura li biha jiġi magħżul bord mediku fil-każijiet ta' applikazzjoni għal ‘severe disability assistance’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 18866, ninformah li l-proċedura hija l-istess waħda li ilha tintuża għal għexieren ta’ snin minn amministrazzjonijiet diversi.
Jista' l- Ministru jgħid fuq liema kriteriji jintgħażlu t-tobba tal-panel mediku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li dawn jintgħażlu skont l-artiklu 106 tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali.
Hija l-intenzjoni ta’ dan il-Ministeru, illi fil-futur jagħmel sejħa pubblika għal ‘Expression of Interest,’ għal tobba illi jkunu jixtiequ jservu fuq il-panel mediku.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-ispeċjalizzazzjoni tat-tobba fuq il-Bord Mediku tad-diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum hemm panel ta’ tobba wieħed li jevalwa l-applikazzjonijiet kollha li jsiru għal benefiċċji li fihom element mediku, inkluż tad-diżabilità.
Iżda bis-saħħa ta’ miżura soċjali ġdida mħabbra fil-Baġit li għadda, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nikkonsolidaw l-evalwazzjoni medika ta’ persuni b’diżabilità billi se jitwaqqaf bord interprofessjonali.
It-termini għall-evalwazzjoni ser tibda tkun msejsa fuq standards internazzjonali dwar saħħa u diżabiltà kif imħaddma mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Aktar dettalji se jkunu qed jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12533 u jgħid kemm kien hemm tobba assenjati lill-bord biex jiċċertifikaw nies li japplikaw għall-pensjoni tal-invalidità mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn it-tobba u għal kemm żmien servew?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pensjoni tal-invalidità – Persuni ċertifikati bħala ‘invalidi’
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12534 u jgħid kemm ġew ċertifikati persuni bħala ‘invalidi’ u ħadu l-pensjoni tal-invalidità mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18148 u 18461 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17647, dwar il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid:
i. meta skada l-kunratt;
ii. meta beda l-kuntratt; u
iii. kemm-il darba ġġedded?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qatt ma’ kellu kuntratt mal-kumpanija msemmija.