Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11426 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

injezzjoni Clexane out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10081 u jispjega x’qed iwassal għal nuqqas ta’ provvista tal-injezzjoni Clexane? Jista’ jgħid meta din l-injezzjoni se terga' tkun in stock?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-nuqqas ta’ provvista tal-injezzjoni Clexane huwa riżultat tad-domanda globali għal din il-medicina li hija akbar minn kemm il-manifatturi jistgħu jipproducu. Madankollu, id-Dipartiment tal-Procurement tad-Diviżjoni tas-Saħħa għandu kuntratt għal dożi differenti tal-injections Clexane u il-kuntrattur qiegħed jissuplixxi lid-Dipartiment b’dożi differenti fuq bażi regolari.

Persuni li għandhom età tal-pensoni u li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Għawdex li għalqu l-età tal-pensjoni u baqgħu jaħdmu u allura qed igawdu mill-inizjattiva li min jibqa' jaħdem illum ma jitlef xejn mill-pensjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11504 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sejħiet għall-Assistenti Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn qed joħorgu sejħiet, li dettalji dwarhom qegħdin jintbagħtu separatament, ta’ impjieg għal Assistenti Diretturi fil-Ministeru tiegħu li fihom jistgħu japplikaw biss dawk impjegati fis-settur pubbliku li għandhom substantive grade biss? Jista’ jiċċara d-differenza bejn uffiċjal permanenti li għandu substantive grade u uffiċjal permanenti li huwa officer in scale ? Jista’ jispjega il-għala uffiċjal li huwa officer in scale m’huwiex eliġibbli biex japplika għal dawn is-sejħiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10121 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni self employed — ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tal-bollol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni self employed u/jew ażjendi jew entrapriżi li għandhom kontribuzzjonijiet tal-bolol pendenti mad-Dipartiment? Kemm hu l-ammont dovut?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10122 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni miżżewġa jew single — relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni miżżewġa u kemm single?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’dawn l’aħħar 10 snin kien kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma kienx possibbli li tingħata statistika dwar l-istat soċjali tagħhom tul l-għaxar snin kollha iżda biss għas-sena kurrenti.
Leg 11 PQ #10123 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gradwati jirreġistaw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn gradwati llum jirreġistraw għax-xogħol? X'tip ta' degree għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10468 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jipprivatizza ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dwar iċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata l-Gvern bħalissa qiegħed jesplora kull possibilità u għalissa ma jeskludi xejn.
Leg 11 PQ #10469 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cremation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-cremation? Għandu xi ħsieb il-Gvern li jibda jkun hemm il-cremation?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l- Gvern m’għandu l-ebda oġġezzjoni dwar cremation, tant li nies kremati jindifnu fiċ-ċimiterji tal-Gvern bħal kull dfin normali. Fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata, għalkemm inżammet zona fil-pjanta ta’ żvilupp, fejn jista’ jiġi żviluppat crematorium il-Gvern m’għandu l-ebda interess li preżentament jiżviluppa jew jimmaniġja tali operat.
Leg 11 PQ #10470 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Persuni midfuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm indifnu persuni fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2009 sal-lum? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ nies li ndifnu fiċ-Ċimiterju ta’ L-Addolorata xahar b’xahar mill -1 ta’ Jannar 2009 sal-lum, maqsum nisa u irġiel, qiegħed jingħata fit-tabella hawn taħt. Xahar Nisa Irgiel Total Jannar 103 79 182 Frar 80 75 155 Marzu 74 79 153 April 63 60 123 Mejju 58 55 113 Ġunju 62 53 115 Lulju 161 52 213 Awwissu sas 7 7 16 023 Total 608 469 1077
Leg 11 PQ #10471 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Persuni midfuna li ma kenux Insara Kattoliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm indifnu persuni ċ-Ċimterju ta' l-Addolorata din is-sena 2009 li ma kenux Insara Kattoliċi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Gvern u obbligat li jidfen kull persuna li tmut, immaterjali minn sess, reliġjon jew etniċità, mingħajr l-ebda diskiminazzjoni. Ma jinżamm l-ebda record dwar dfin ta’ nies skond reliġjon.

Persuni bl-awtiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi jipprovdi l-Gvern lill-familji li jinkludu persuni bl-awtiżmu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-servizzi li tipprovdi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità huma miftuha wkoll għall-persuni b'diżabilità li għandhom l-Awtiżmu. Wieħed jista' jagħmel referenza għall-Ktejjeb Servizzi u Benefiċċji għall-Persuni b'Diżabilità maħruġ mill-KNPD fl-2009 sabiex isib spjega aktar dettaljata .

Ambulazni — GPS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-ambulanzi f'pajjiżna jiġu mgħammra b'GPS sabiex ikunu jistgħu jsibu r-residenzi f'emerġenza b'aktar ħeffa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ser jinbed il-proċess minnufih sabiex jinxtraw l-imsemmija sistemi sabiex l-ambulanzi kollha jkunu mgħammra bihom.

Belt Valletta — Triq il-Mediterran u Triq San Nikola - trattament għall-ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax isir trattament għall-ġrieden li jinsabu ta' spiss bejn Triq il-Mediterran u Triq San Nikola l-Belt Valletta?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sar trattament intensiv bil-velenu fil-lokal indikat, speċjalment fl-ispralli tax-xita, illum l-erbatax ta' Settembru 2009. Il-problema ser tibqa tiġi segwita sakemm tiġi kkontrollata l-problema.

Operazzjonjiet — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat ta' stennija għal dawn l-operazzjonijiet: i) Tneħħija ta' Katarretti ii) Endoscopic Cholecystectomy iii) Arthroscopy iv) Knee Replacement v) Hip Replacement?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti fuq il-waiting list għall-interventi msemmija sal-aħħar ta’ Ġunju / bidu ta’ Lulju 2009 huwa kif ġej: i. Tneħħija ta’ Kataretti: 5628 ii. Laparascopic Cholecystectomy : 419 iii. Arthroscopy (Knee): 3749 iv. Knee Replacement (includes unicondylar, bilateral) : 2720 v. Total Hip Replacement : 709 Ta’ min jinnota li l-appuntament li jmiss jiddependi skond l-urġenza tal-każ. Bħalissa għaddej eżercizzju sabiex il- waiting lists jiġu ċentralizzati. Għalhekk jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati hawn fuq.

Home Help — Haddiema bis-sick/vacation leave

Question

Fir-rigward tal-Home Help, jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx imħarrġa u impjegati biżżejjed ħaddiema sabiex meta dawn ikunu b'vacation leave jew sick leaveikunu jistgħu jiġu sostitwiti mingħajr ma jbatu l-anzjani u l-persuni b'diżabilità kif ġara dan is-sajf?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel talba u qiegħed fil-proċess li jigaġġa aktar ħaddiema biex ikun jista' jaqdi aħjar lil min għandu bżonn ta' dan is-servizz.

Part time Social Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-part-time social assistants (PTSA) f'San Vinċenz jintbagħtu jaħdmu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru meħtieġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li f'Lulju 2008 kienet saret sejħa għal dawk il-part time Social Assistants li kienu nteressati biex jaħdmu ġewwa d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Il-lista ta' dawk l-impjegati li ġew aċċettati wara li saru l-intervisti kienet valida sa Lulju 2009. B'hekk iċ-ċaqliq li sar kien skond din il-lista u l-bżonn fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Informat ukoll li fil-preżent m'hemmx ħsieb li jintbagħtu xi PTSAs min-San Vincenz de Paul għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.
Leg 11 PQ #10778 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Socjali — teleworking u reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10908 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater dei — feasibilty study fuq sorsi alternattivi tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx il-feasibility study dwar l-integrazzjoni u l-użu ta' sorsi alternattivi tal-enerġija mas-sistemi eżistenti fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, x'kienu? Xi pjani hemm għat-twettiq tar-rakkmandazzjonijiet li saru?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-iSptar Mater Dei ma sar l-ebda feasibility study kif indikat mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-isptar beda jesplora diversi possibilitajiet ta' kif forom alternattivi ta' enerġija jistgħu jiġu integrati mas-sistemi tal-inġinerija eżistenti fl-isptar.
Leg 11 PQ #10911 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm kienu rrappurtati korrimenti fuq il-postijiet tax-xoghol u kemm minnhom kienu fatali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li dwar każijiet fatali li seħħew fil-perijodu indikat milll-Onor Interpellant kien ta' sitt ħaddiema. Tlieta matul is sena 2008 u tlieta matul l-ewwel sitt xhur tas sena 2009. Informat ukoll illi in-numru ta’ persuni li għamlu talba għall-benefiċċju għal korriment fuq ix-xogħol matul is-sena 2008 kien ta’ 3,951 filwaqt illi it-talbiet li saru għall-istess benefiċċju bejn Jannar u Ġunju 2009 kien ta’ 1,638.