Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 161 ħaddiem b’kuntratt definit ta’ xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Dawn kollha jokkupaw “positions carrying an objective reason” skont iċ-ċirkolari 4/2017.
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, tressqu mitejn u disgħa u tletin (239) persuna l-Qorti fuq reati ta' diversi każi ta' tlajjar għall-prostituzzjoni, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, elenkati sena b’sena b’mod separat. Minn dawn kien hemm mitejn u disgħa (209) li kienu nisa u tletin (30) li kienu rġiel. Waqt li mitejn u wieħed u għoxrin (221) kienu Maltin, kien hemm ukoll tmintax (18) li kienu barranin.
Numru ta’ persuni
mressqa l-Qorti
Nazzjonalità
Nisa
Irġiel
Maltin
Barranin
2013
59
10
66
3
2014
48
8
55
1
2015
39
6
36
9
2016
49
5
49
5
2017
sa Settembru
14
1
15
NIL
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi r-rapporti li rċevew il-Pulizija dwar każijiet ta’ Vjolenza Domestika skont is-sistema elettronika eżistenti, bejn l-1 ta’Jannar 2013 sal-25 ta’ Ottubru, 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
DOMESTIC VIOLENCE
2013
2014
2015
2016
2017
Total
GBH WITH ARMS IMPROPER
10
4
1
4
4
23
GBH WITH ARMS PROPER
2
4
3
1
5
15
GBH WITH PHYSICAL FORCE
30
16
18
31
24
116
PSYCHOLOGICAL HARM
395
454
554
577
494
2441
SBH BY ARMS IMPROPER
30
21
30
33
27
139
SBH BY ARMS PROPER
6
6
8
10
9
38
SBH WITH PHYSICAL FORCE
517
513
571
579
463
2602
STALKING
34
30
20
37
22
143
Total
1024
1048
1205
1272
1048
5517
Infurmat illi kif diġà ngħad fi tweġibiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati ma’ dawn ir-reati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema ta’ data elettronika bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li wieħed jelenka.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' stupru fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, tressqu sebgħa u disgħin (97) persuna l-Qorti fuq reati ta' stupru, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt fejn huma elenkati sena b’sena. Dawn kienu kollha rġiel. L-istess tabella tinkludi dettalji ta' kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u dawk ta’ nazzjonalità barranija.
Maltin
Irġiel
Maltin
Nisa
Barranin
Irġiel
Barranin
Nisa
2013
6
nil
7
nil
2014
11
nil
7
nil
2015
18
nil
7
nil
2016
7
nil
12
nil
2017
sa Settembru
15
nil
7
nil
57
-
40
-
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza fuq anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati konnessi ma’ cyber crime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati konnessi ma' cyber crime fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'reati konnessi ma' cyber crime fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-24 ta' Ottubru, 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
Ammont
6
4
15
18
12
Persuni mressqa l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017 tressqu mija u sittax (116)-il persuna l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing kif jidhru sena b'sena fit-tabella hawn taħt. Minn dawn erbatax (14) kienu Maltin filwaqt li fil-kumplament tal-każi li jammontaw għal mija u tnejn (102), il-persuni responsabbli kienu mill-Bulgarija – Rumanija – Libja – Italja – Somalja – Russja - Niger - Spanja - Serbia - Sudan - Ungerija - Danimarka - Franza - Kolumbja - Messiku - Renju Unit - Turkija - Eritrea - Kosta tal-Avorju - Alġerija - Żvezja u s-Sirja.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Settembru
Total
Ammont
23
23
19
29
22
116
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — first aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Dipartiment tal-Probation u Parole
2
Servizz tas-Sigurtà
3
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
115
Servizz ta’ Detenzjoni
18
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Taqsima Forza tal-Għajnuna u Salvataġġ
Il-ħaddiema kollha huma mħarrġa fil-First Aid u kull tliet snin iġeddu dan it-tagħlim.
Forzi Armati ta’ Malta
707
Korp tal-Pulizija
Kull membru tal-Korp, matul il-perjodu ta' reklutaġġ tiegħu jieħu struzzjoni fl-Ewwel Għajnuna. Dawn il-korsijiet isiru minn Organizzazzjoni tal-Ewwel Għajnuna rikonoxxuta, li toħroġ ċertifikat fi tmiem il-kors. Bħalissa hemm mitejn u sebgħa u sittin (267) membru tal-Korp u impjegat (1) ċivili fil-Korp, irreġistrati li għandhom ċertifikat validu ta'
first aiders
. Naturalment ikun hemm oħrajn li jista’ jkollhom ċertifikat validu għax ikunu rreveduh wara li jkun skada.
B’referenza għad-diversi kwereli mressqa mill-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fir-rigward ta’ allegat attività llegali kondotta fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ċjoè ta’ xogħlijiet mekkaniċi li m’hemmx permess għalihom, kemm–il darba saru spezzjonijiet fl-imsemmi ndirizz wara li jsiru l-kwereli u wara kemm damu sabiex saru l-ispezzjonijiet? Kemm-il kwerela saret mill-istess individwi li fuqha ma sar l-ebda prosegwiment? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li ħafna drabi wara li saret kwerela minn dawn l-individwi ma saret l-ebda spezzjoni? Jista’jgħid jekk irriżultalux illi l-kwerelanti pprovdew lill-Għassa ta’ Birkirkara lista ta’ vetturi li ddaħħlu għal tiswijiet mekkaniċi sabiex il-Pulizija tkun tista’ tikkonferma mas-sidien x’tip ta’ xogħol sar? Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx tali investigazzjoni fuq l-informazzjoni provduta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Persuni mressqa l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2013, l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm kien hemm Maltin u kemm kien hemm ċittadini ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi dettalji ta' kemm inqabdet droga fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-14 ta' Ottubru tas-sena 2017, kien kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-tip tad-droga maqbuda.
Inkluż separatament fit-tabella hemm l-ammont approssimattiv tal-qabda ta' madwar 530 kilo Cannabis u 20 kilo ta’ Cannabis grass li nqabdet fit-13 ta' Ottubru 2017. L-ammont eżatt qed jigi stabilit.
Trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija – arresti ta’ passiġġiera li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-24 ta' Ottubru, 2017, kien hemm tmintax (18)-il każ fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom. Id-dettalji jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u din tinkludi t-tip ta' droga li kienet instabet kif ukoll l-ammonti f'kull każ. In-nazzjonalità tal-persuni arrestati tinsab ukoll fl-istess tabella u dawk li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien jammonta għal sitta u għoxrin (26) persuna.
Dawn huma apparti qabdiet sostanzjali ta’ droga li l-Awtoritajiet mhux ċerti b’liema mod iddaħħlu fil-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' pedofelija fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' pedofelija fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-aħħar ta' Settembru 2017, kien kif jidher fit-tabelli t'hawn taħt. It-tabelli jindikaw ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel kif ukoll dawk li kienu Maltin u dawk barranin.
2013
Rħiel
Nisa
Total
Maltin
14
nil
14
Barranin
5
nil
5
Total
19
nil
19
2014
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
18
2
20
Barranin
3
1
4
Total
21
3
24
2015
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
21
3
24
Barranin
6
1
7
Total
27
4
31
2016
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
36
5
41
Barranin
6
2
8
Total
42
7
49
2017
as at September
Rġiel
Nisa
Total
Maltin
21
3
24
Barranin
5
1
6
Total
26
4
30
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' serq fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' ksur ta' bon ordni kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat illi peress li ma teżistix sistema elettoniku, dettalji oħra mitluba f'din il-mistoqsija, ma setgħux jigu mwieġba.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Settembru
Ammont
1166
1292
890
1232
485
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru delitti f’Malta u f’Għawdex bejn l-1996 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jaqsamhom f’każijiet solvuti u dawk li mhumiex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 1996 u l-25 ta' Ottubru 2017 id-delitti li seħħew f’Malta u f’Għawdex kien kif jidher fit-tabella li tidher hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll id-delitti li ġew solvuti u dawk li sal-lum għadhom mhux solvuti'.
Każijiet ta' omiċidji mis-sena 1996 sal-25 ta' Ottubru 2017
Sena
Każijiet
Vittmi
Solvuti
Mhux Solvuti
1996
6
7
5
1
1997
3
3
1
2
1998
6
6
6
0
1999
10
11
6
4
2000
4
6
4
0
2001
7
8
6
1
2002
6
6
5
1
2003
0
0
0
0
2004
7
7
7
0
2005
4
4
4
0
2006
0
0
0
0
2007
4
4
3
1
2008
6
6
3
3
2009
4
4
3
1
2010
4
4
3
1
2011
3
3
2
1
2012
10
12
7
3
2013
6
7
3
3
2014
6
6
2
4
2015
4
4
1
3
2016
4
4
3
1
2017
6
6
3
3
Total
110
118
77
33
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u llum intefqu € 7,084.57 fuq promotions fuq Twitter, Facebook u social media.
Ta' Kandja — Rilokazzjoni tar-Rapid Intervention Unit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1820 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Rapid Intervention Unit f'Ta' Kandja hux se jiġi rilokat, minħabba l-proposta ta' shooting range?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalissa l-R.I.U. mhux ser tiġi rilokata imma qed naraw jistax jinstab post aħjar.
Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga – kiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min inkrew il-vetturi tat-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga minn wara Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid x’rata titħallas għal kull waħda minn dawn il-vetturi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li ntużaw mit-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga minn wara Marzu 2013 sal-lum dejjem inkrew wara proċess li huwa rikjest skont ir-regoli finanzjarji u kien hemm iktar minn kumpanija waħda minn fejn inkrew dawn il-vetturi fil-perjodu indikat. Ir-rata mħallsa għall-kiri ta' dawn il-vetturi dejjem kienet l-iktar waħda vantaġġjuża u mhux floku li aktar dettalji jingħataw minħabba raġunijiet kummerċjali u anke peress li ma nħossx illi tagħrif aktar dettaljat għandu jingħata minħabba n-natura tax-xogħol li għalih jintużaw dawn il-vetturi.