Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Work permits maħruġa lil ċittadini barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MFSA — ħaddiema li ħadu performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru u f'liema grad kienu jew huma l-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li ħadu performance bonus għas-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Kemm ħadu kull wieħed jew waħda minnhom separatament? Jista’ jgħid ukoll kif inħadem tali bonus u min iddeċieda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU — ħaddiema li ħadu performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru u f'liema grad kienu jew huma l-uffiċjali fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li ħadu performance bonus għas-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Kemm ħadu kull wieħed jew waħda minnhom separatament? Jista’ jgħid ukoll kif inħadem tali bonus u min iddeċieda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Competitive Corporate Tax Rate

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar l-isforzi li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu, il-Gvern u pajjiżna b’mod ġenerali in konnessjoni u sabiex inżommu ‘a competitive corporate tax rate’ bħala ġurisdizzjoni, fl-isfond tal-iżviluppi fuq livell ta’ Unjoni Ewropea u OECD dwar regolamenti u qafas u mudelli proposti ta’ ‘tax transparency’?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jaħdem biex ifassal sistema li tkun konformi mal-izviluppi fil-livell tal-Unjoni Ewropea u tal-OECD, u li zzomm il-kompetittività ta’ Malta b’sistema ta’ għotjiet. Dawn l-isforzi qed isiru bl-għajnuna ta’ esperti barranin u f’diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea, u sar progress fuq dan il-front. Aktar dettalji jkunu jistgħu jingħataw, ladarba jkollna indikazzjoni aktar ċara, b'mod partikolari mill-Kummissjoni Ewropea.

Riforma tal-Fringe Benefits Tax Framework

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gvern hux qiegħed fil-proċess jew ser jimbarka fuq proċess sabiex jirriforma r-reġim tal-‘fringe benefits tax framework’ u dana sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm inċentivi effikaċi għal min jimpjega sabiex jagħti dawn it-tip ta’ benefiċċji lill-impjegati u ħaddiema tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju, l-‘fringe benefits’ se jibqgħu jiġu mħaddma fuq l-istess framework li hemm bħalissa, imma ma neskludix li jittieħdu inkonsiderazzjoni suġġerimenti għal inċentivi oħra jew alternattivi, sabiex dan il-framework jitjieb jew jkun aktar effikaċi.

MFSA — Settlements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru settlements mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma' individwi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali individwi? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x'kienu dawn is-settlements?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi — Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu; (b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom? (d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu? (e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza? (f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru ma nagħmel użu la minn karozza uffiċjali u anqas mit-tieni vettura.

FIAU – Bord tal-Gvernaturi – Policies

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-policies u/jew proċeduri attwalment applikabbli mfassla mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) a tenur tal-artikoli 13(2) u 18 tal-Kap. 373?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FIAU għandha diversi policies u/jew proċeduri li permezz tagħhom l-FIAU tesegwixxi r-responsabilitajiet varji tagħha, inkluż dawk relatati mal-infurzar, naxxenti mill-liġi, u li dawn il-policies u/jew proċeduri huma ta natura kunfidenzjali. Għalhekk, l-FIAU mhijiex f’pozizzjoni li tipprovdi tali lista.

Utenti tas-servizzi bankarji — Ilmenti dwar ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru lmenti ma’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn utenti tas-servizzi bankarji dwar ħlasijiet ossia charges irrespettivament tal-mod kif deskritti imposti mill-banek, mill-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ f’kull istanza jagħti fil-qosor x’kienet in-natura tal-ilment u x’kien l-eżitu finali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Ministeru għall-Finanzi – Uffiċjali li qed jiffaċjaw proċeduri kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru, inkluż entitajiet li jiffurmaw parti minnu li qed jiffaċjaw proċeduri kriminali fl-aħħar ta' Ottubru 2024 u x'inhuma l-akkużi għal kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk li jinsabu bil-full pay, half pay jew sospiżi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda uffiċjal fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet tiegħu li qed jiffaċċjaw proċeduri kriminali.

FIAU — Pubbliċità fuq il-website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’normi jew guidelines issegwi l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fir-rigward ta’ pubbliċità fuq il-website tagħha: i. meta tkun qed tinvestiga allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet jew deċiżjonijiet li qed tinforza fejn allura tkun qed tqis l-impożizzjoni ta’ xi penali amministrattiva; u ii. meta tieħu deċiżjoni finali fejn tiġi imposta penali amministrattiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korp ma jippublika l-ebda informazzjoni fuq il-website tiegħu, meta jkun qed jagħmel analizi supervizorja, biex jara jekk hemmx konformita’ o meno mal-liġijiet u l-obbligi kollha relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terrorizmu. Minn naħa l-oħra, fejn jikkonċerna informazzjoni relatata mat-tieni punt tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Artikolu 13C tal-Att Kontra Money Laundering (Kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta), u għad-dokument pubbliku bl-isem ‘Publication of AML/CFT Administrative Penalties and Measures Policies and Procedures’, liema Artikolu u dokument jirregolaw meta u kif il-Korp għandu jippublika informazzjoni fuq il-website tiegħu.

MFSA — Pubbliċità fuq il-website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’normi jew guidelines issegwi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fir-rigward ta’ pubbliċità fuq il-website tagħha: i. meta tkun qed tinvestiga allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet jew deċiżjonijiet li qed tinforza fejn allura tkun qed tqis l-impożizzjoni ta’ xi penali amministrattiva; u ii. meta tieħu deċiżjoni finali fejn tiġi imposta penali amministrattiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investigazzjonijiet illi l-MFSA tkun qiegħda tagħmel huma kunfidenzjali u l-ebda informazzjoni ma tiġi ppubblikata fuq il-website tagħha sakemm l-MFSA ma tiħux deċiżjoni finali fejn tiġi imposta xi miżura amministrattiva. F’każ illi l-MFSA tieħu deċizjoni finali fejn tiġi imposta penali amministrattiva, l-MFSA tippubblika avviż fuq il-website tagħha li, ġeneralment, ikun jinkludi dettalji dwar l-entita’/persuna fuq min tkun ħarġet tali deċiżjoni, l-ammont ta’ penali amministrattiva imposta jew it-tip ta' miżura amministrattiva imposta u dettal dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġi illi ġew miksura. L-MFSA għandha l-poter illi toħroġ avviżi b’mod anonimu meta l-kriterji msemmija fil- Publication Policy tal- MFSA jiġu sodisfatti.

FIAU — Penalitajiet amministrattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24047, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kontestazzjoni ta’ penali ta’ inqas minn €5,000 a tenur tal-artikolu 469A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12, hi meqjusa suffiċjenti meta tali possibbiltà ta’ kontestazzjoni mhix ekwivalenti għal dritt ta’ appell fuq punt ta’ liġi jew ta’ fatt quddiem il-Qorti, dritt ta’ appell li hu provdut fir-rigward ta’ istanzi oħra fejn regolaturi oħra jimponu penalitajiet simili?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hekk kif diġa’ spjegat, l-artikolu 469A tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12), huwa rimedju ġudizzjarju li jagħti lil entitajiet legali u persuni d-dritt li jirrikorru għand il-Qrati tal-ġustizzja ta’ kompetenza ċivili sabiex jistħarrġu l-validita’ ta xi egħmil amministrattiv jew li jiddikjaraw dak l-egħmil null, invalid jew mingħajr effett fil-kazijiet hekk stipulati fi-liġi. Dan id-dritt ġie kemm il-darba interpretat u mħaddem mill-qrati nostrana fejn ġie stabblilit illi din hija azzjoni ta’ natura sussidjarja, jiġifieri mogħtija lill-persuna fin-nuqqas ta’ xi azzjoni jew rimedju ieħor disponibbli f’xi liġi oħra sabiex jindirizza l-ilment tiegħu. Allura jiġi spjegat illi dan r-rimedju proprju ddaħħal fil-liġi sabiex il-leġislatur jaċċerta li kulħadd għandu jkollu rimedju suffiċjenti u effettiv.

MFSA — L.S. 330.17 - Penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il penali amministrattiva ġiet imposta mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) a tenur tal-L.S. 330.17? F’kull każ, jista’ jgħid kemm kien l-ammont tal-penali u jekk kienx hemm kontestazzjoni? Jekk iva, x’inhu l-istatus attwali tal-proċeduri ta’ kontestazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) tikkonferma illi, sal-ġurnata tal-lum, l-ebda penali amministrattiva ma ġiet imposta a tenur tal-L.S. 330.17.

Ministeru għall-Finanzi – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24591.

Ministeru għall-Finanzi — Konsulenti Maltin u barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 12497.

MFSA — Multi - Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-istatus attwali ta’ kull kawża li hemm pendenti għas-smigħ kemm quddiem (i) il-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll quddiem (ii) il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (ġurisdizzjoni kostituzzjonali) fir-rigward ta’ kawżi fejn qed tiġi kkontestata l-legalità kostituzzjonali tal-poteri tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) biex din timponi multi jew bans?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Xogħol ‘part-time’ — Tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu eleġibbli biex jibbenifika min-nuqqas fit-taxxa meta jaħdem 'part-time' minbarra li jkun jaħdem 'full time'?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ taxxa fuq il-part-time tista’ tintuża minn persuni li għandhom impjieg full-time jew pensjonanti jew studenti full-time. Jekk persuna tkun mizzewġa, avolja l-persuna tkun taħdem part-time biss, xorta tista’ tibbenefika minn din ir-rata, sakemm il-konjuġi l-ieħor ikollu/ha impjieg full-time jew pensjoni jew ikun/tkun student. Hemm ukoll kundizzjonijiet oħra li persuna tkun trid tissodisfa biex tikkwalifika, fosthom: a) Tkun irreġistrata mal-Jobsplus kemm għax-xogħol full-time kif ukoll għall- part-time ; b) Ix-xogħol part-time ma jridx isir mal-istess employer li miegħu taħdem full-time; c) Trid taħdem medja ta’ mhux aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa fix-xogħol part-time Hemm income li ma jikkwalifikax bħala part-time bħal per eżempju: a) Ħlasijiet mill-Gvern lil detenturi ta’ kariga, inklużi membri f’bordijiet jew tribunali, Membri Parlamentari jew membri fil-Kunsill Lokali; b) Drittijiet u ħlasijiet oħra lil membri ta’ bordijiet ta’ diretturi ta’ kumpanniji jew lil membri ta’ bordijiet ta’ korporazzjonijiet pubbliċi.