Legislature:
Category:
Reset
Active:

NGOs – sodod/postijiet għall-anzjani u persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ sodod/postijiet li l-Gvern ingħataw lilu minn Għaqdiet Mhux Governattivi (bħal Dar il-Wens u d-Dar tal-Provvidenza) sabiex jintużaw mill-anzjani u persuni b’diżabilità? Fejn huma allokati dawn il-postijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 112–il persuna b’diżabilità qegħdin joqgħodu fi djar immexxija minn għaqdiet non-governattivi imħallsa mill-Gvern, kif ġej : Dar il-Wens, Kalkara (Fondazzjoni Wens) Dar l-Abilità, Kalkara (Fondazzjoni Wens) Dar Merħba, Fgura (Fondazzjoni Wens) Dar Nazareth, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth) Dar Jean Varnier, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth) Dar l-Arċipriet De Gabriele, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth) Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex (Fondazzjoni Arka) Dar il-Ġublew tal-Ħniena, Għajnsielem, Għawdex (Fondazzjoni Arka) Dar Shalom, Żurrieq (Dar tal-Providenza) Dar Pirotta, B’Kara (Dar tal-Providenza) Dar l-Akwarell, Qawra (Dar tal-Providenza) Dar Bjorn, Qormi (ALS Malta)

Servizz tal-Ispettorat/Regolatur – investigazzjoni fuq Djar tal-Anzjani u tal-Persuni b’Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx is-Servizz tal-Ispettorat/Regolatur sabiex, minn żmien għal żmien, jinvestiga jekk it-tmexxija tad-Djar tal-Anzjani u tal-Persuni b’Diżabilità humiex jitmexxew skont l-Istandards Nazzjonali? Jekk iva, kemm iż-żjara għamel ir-Regulatur f’dawn l-aħħar tliet snin u fejn saru dawn iż-żjarat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, f’Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Socjali, skont l-Att Numru XV tal- 2018. Bit-twaqqif ta’ din l-Awtorità l-Gvern ser ifittex illi jmexxi ’l quddiem u jistabilixxi r-regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ wens soċjali, mogħtija minn aġenziji jew entitajiet pubbliċi u dawk privati jew minn kull entità jew persuna oħra. Permezz tal-Awtorità, il-Gvern ser jaħdem sabiex, fost oħrajn: - Jistabilixxi standards regolatorji għal servizzi ta’ wens soċjali; - Jgħin lill-provdituri ta’ servizzi sabiex jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja; - Jinforza l-istandards u l-kundizzjonijiet stipultati fil-liċenzji mogħtija mill-Awtorità lill-provdituri ta’ servizz. B’mod ekwu u ugwali l-Awtorità ser tkun qed issegwi, teżamina u tinforza l-operat kollu li jinvolvi l-għoti ta’ servizzi ta’ wens soċjali minn l-imsemmija provdituri ta’ servizz ta’ wens soċjali. Dan kollu ser isir permezz ta’ djalogu u konsultazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex il-proċess tar-regolamentazzjoni jkun wieħed kostruttiv. Barra minn hekk, l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Socjali, bħalissa għaddejja wkoll minn żmien ta’ tranżizzjoni bejn l-istess Awtorità u l- Health Care Standards Directorate , sabiex l-Awtorità tkun ir-regolatur fil-qasam tal-anzjani. Din it-tranżazzjoni hija mbassra li tiġi konkluża sal-aħħar ta’ din is-sena. Għaldaqstant, bħalissa s-settur tal-anzjani għadu jiġi regolat mill- Health Care Standards Directorate . Miż-żmien illi ġiet imwaqqfa l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Socjali (minn Mejju) sal-4 ta’ Diċembru tal-2018 saru 44 żjara ta’ spezzjoni f’residenzi għal persuni b’diżabilità, kif qed ikun spjegat fit-tabella, kif ġej : Residenza għal Persuni b’Diżabilit à Żjarat li saru minn Mejju sa Diċembru 2018 Dar tal-Providenza 4 Dar tal-Gublew tal-Ħniena 4 Dar Nazareth 5 Fondazzjoni Wens 4 Dar Bjorn 3 Fgura Residence 2 Kirkop Residence 2 Vajrita 1 1 Vajrita 2 1 Villino Maria – Mtarfa 3 Dar Orchidea 3 Dar Andrew 2 Dar il-Fjuri 2 B’Bugia Residence 2 Sapport Head Office 5 Casa Apap Bologna 1 Total 44 Qabel ma ġiet imwaqqfa l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Socjali f’Mejju, iż-żjarat ta’ spezzjonijiet kienu jsiru mid-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali, kif spjegat fiż-żewġ tabelli t’hawn taħt : Sena Żjarat 2016 12 2017 23 2018 (minn Jannar sa April) 24 Residenza għal Persuni b’Diżabilit à 2016 2017 Jannar sa April 2018 Dar tal-Providenza 1 8 1 Dar tal-Gublew tal-Ħniena 1 4 2 Dar Nazareth 1 5 4 Fondazzjoni Wens 2 4 2 Dar Bjorn 0 1 3 Fgura Residence 0 0 2 Kirkop Residence 1 0 1 Vajrita 1 1 0 2 Vajrita 2 1 0 0 Villino Maria – Mtarfa 1 0 1 Dar Orchidea 1 0 1 Dar Andrew 1 0 1 Dar il-Fjuri 0 0 1 B’Bugia Residence 0 0 1 Sapport Head Office 1 1 2 Total 12 23 24

Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – kumitat konsultattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid id-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità għandhomx kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta’ dawn id-Djar? Jekk iva, x’inhu rwol ta’ dan il-kumitat konsultattiv u kemm-il darba ltaqa’ matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-djar kollha tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kollha għandhom kumitat konsultattiv għall-anzjani. Dan il-kumitat konsultattiv huwa wkoll wieħed mill-obbligi kuntrattwali f’kuntratti ta’ xiri ta’ sodod mill-privat. Dan il-kumitat huwa mmexxi mill-anzjani stess, bl-assistenza tal-istaff tad-djar rispettivi jew ħaddiema soċjali, u ġeneralment jiltaqa’ darba fix-xahar. L-irwol tal-kumitat konsultattiv huwa li jservi ta’ fora biex l-anzjani jiddiskutu affarijiet kurrenti li jikkonċernaw id-djar u jressqu rakkomandazzjonijiet lill-maniġment tad-djar u lid-Dipartiment. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, persuni b’diżabilità li jiġu riferuti lejn is-servizzi tal-Aġenzija Sapport, inkluż servizzi residenzjali, isirilhom assessjar minn ħaddiema soċjali, fejn jiġu analizzati u diskussi x-xewqat u l-bżonnijiet tal-persuna, sabiex jiġi żgurat illi jingħata l-aħjar servizz possibbli. Dan minbarra li, ladarba persuna b’diżabilità tibda tibbenefika mis-servizz, din tibqa’ tiġi segwita b’mod regolari minn diversi professjonisti u l-familjari, fejn dawn ikunu involuti, sabiex ikun assigurat illi l-bżonnijiet tal-persuna qed jiġu milħuqa. Dan il-moniteraġġ isir b’mod regolari u mhux permezz ta’ struttura ta’ laqgħat kollettivi ma’ klijenti oħra imma laqgħat individwali, hekk kif kull individwu għandu bżonnijiet differenti. Dawn il-laqgħat isiru darba fil-ġimgħa. Kull servizz huwa mmexxi minn tim ta’ professjonisti li jkunu disponibbli li jitkellmu mal-klijenti skont u meta tinqala’ l-ħtieġa.

Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – residenti li għandhom servizz ta’ kustodju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità li għandhom is-servizz ta’ kustodju sabiex jitkellem f’isimhom fejn ikun meħtieġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandux servizz ta’ kustodju. Ġentilment ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm, 11-il persuna b’diżabilità li bħalissa huma residenti f’xi waħda mid-djar għal persuni b’diżabilità, mmexxija mill-Aġenzija Sapport, illi għandhom kustodju legali. Tajjeb illi wieħed jirrimarka li, mhux kull persuna b’diżabilità residenti fid-djar immexxija mill-Aġenzija Sapport, għandha bżonn kustodju legali.

Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – Trattamenti ta’ kull residenti — dokumenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra d-dokument importanti tat-Trattament ta’ kull resident fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità? X’ikun hemm inkluż f’dan id-dokument ta’ trattament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika u jispeċifika għal liema dokumenti qiegħed jirreferi.

Housing Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta' housing u sfidi oħra soċjali fosthom iċ-cheque tar-relief? Jista' jara li jsir rapport mis-social worker dwar dan il-każ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi, qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal kull każ ieħor.

Servizz Supportline

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm biss żewġ linji tat-telefon fis-Servizz Supportline u ta’ spiss dawn il-linji jkunu okkupati meta s-Servizz ta’ Emerġenza 112 tal-Pulizija għandhom 32 linja tat-telefon u rċevew 162,042 telefonati s-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żewġ servizzi mhumiex l-istess ħaġa. Is-servizz permezz tal-linja 179, huwa Support Line, jiġifieri mezz ta' kommunikazzjoni telefonika fil-qasam tal-għajnuna u solidarjetà soċjali. Minbarra dan, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) investiet u introduċiet sistema magħrufa bħala Call Center Solution fl-2015. Din is-sistema hija kapaċi tieħu sitt telefonati f'daqqa jew aktar, skont il-ħtieġa. Jekk għal xi raġuni jew oħra l-linji jkunu okkupati, it-telefonati li jidħlu mill-linja tas-Support Line jiġu ri-diretti fuq l-ewwel linja li s-sistema ssib disponibbli. Is-servizz tas-Support Line għandu wkoll linja diretta u mobile number għall-Pulizija, sabiex jintuża f`kazijiet urġenti. Dan bil-għan illi, f`sitwazzjonijiet meta il-linji tal-179 ikunu okkupati, l-Pulizija jkunu jistgħu jużaw din il-linja diretta jew mobile. Din is-sistema ilha titħaddem matul din is-sena u bl-introduzzjoni wkoll tas-servizz ta’ ħaddiema soċjali, wara l-ħinijiet tax-xogħol u fi tmien il-ġimgħa u festi pubbliċi, każijiet urġenti jkunu jistgħu jiġu megħjuna fi żmien raġjonevoli. Fl-aħħar nett, tajjeb illi nippreċiża li, s-Support Line 179 ilu minn mindu twaqqaf 22 sena ilu jaħdem permezz tal-volontarjat. Fil-fatt, huwa monument għall-ispirtu ta’ altruwiżmu u volontarjat f’pajjiżna. Il-pjanijiet tal-management tal-FSWS huma li jingaġġa numru minimu ta’ impjegati full-time biex jassigura li jkun hemm servizz kontinwu 24 siegħa kuljum, imma fl-istess ħin jibqa’ jagħmel użu mill-voluntiera biex jibqa’ jżomm u jseddaq l-ispirtu uniku ta’ dan is-servizz.

Djar Residenzjali tal-Istat – lista’ ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm anzjani biex jidħlu f’xi Dar Residenzjali tal-Istat? Kemm kien hemm minn dawn l-anzjani li ilhom jistennew għal iktar minn sentejn, tliet snin u erba’ snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 2,026–il anzjan jistennew biex jidħlu f’xi Dar Residenzjali tal-Istat. Dawn applikaw kif ġej ; Fl-2014 u qabel - 314 Fl-2015 - 176 Fl-2016 - 267 Fl-2017 - 444 Fl-2018 – 825

Aġenzija Appoġġ – complement ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Appoġġ u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej ; Appoġġ Pożizzjoni tal-Ħaddiema Numru ta’ Impjegati FULL TIME ADMINISTRATION EXECUTIVE 1 ADMINISTRATIVE SUPPORT WORKER 10 CUSTOMER CARE CLERK 1 DIRECTOR - APPOGG 1 DRIVER II 3 EXECUTIVE - SENIOR 1 EXECUTIVE I 3 EXECUTIVE II 12 EXECUTIVE III 12 EXECUTIVE IV 12 GENERAL HAND 1 MANAGER 11 PERSONAL ASSISTANT 1 PRECINCTS HANDLER 4 PSYCHOLOGY OFFICER 2 SENIOR ADMINISTRATION EXECUTIVE 3 SOCIAL SUPPORT WORKER 20 SOCIAL WORKER 170 SUPPORT LINE (179) OPERATOR 4 SUPPORT WORKER 68 TRAINEE SUPPORT WORKER 6 TRAINEE SUPPORT WORKER 1 YOUTH WORKER 5 PART TIME ADMINISTRATIVE SUPPORT WORKER 1 CUSTOMER CARE CLERK 1 EXECUTIVE III 3 SOCIAL SUPPORT WORKER 9 SOCIAL WORKER 10 SUPPORT WORKER 17 UNPAID LEAVE SOCIAL WORKER 5 SUPPORT WORKER 1 TOTAL 399

Aġenzija Sedqa – complement ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Sedqa u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej ; SEDQA Ħaddiema Sedqa – Pożizzjoni tal-Ħaddiema Numru ta’ Impjegati FULL TIME ACTING MANAGER 1 ADMINISTRATION SUPPORT WORKER 8 CARE WORKER 17 CLINICAL DIRECTOR 1 COMMUNITY WORKER 1 COUNSELLOR 3 DIRECTOR - SEDQA 1 EXECUTIVE III 4 EXECUTIVE IV 1 FAMILY THERAPIST 4 MANAGER 4 MEDICAL DOCTOR 2 NURSE 8 NURSING OFFICER 1 PRECINCTS HANDLER 1 PREVENTION EXECUTIVE 5 PSYCHOLOGIST 3 PSYCHOLOGY ASSISTANT 5 PSYCHOTHERAPIST 1 RECEPTIONIST 1 SENIOR ADMINISTRATION EXECUTIVE 1 SOCIAL WORKER 24 PART TIME ADMINISTRATION SUPPORT WORKER 1 EXECUTIVE I 1 FAMILY THERAPIST 2 FAMILY THERAPY WORKER 1 MEDICAL DOCTOR 2 NURSE 5 PHARMACIST 2 PREVENTION FACILITATOR 1 PSYCHOLOGIST 1 PSYCHOLOGY ASSISTANT 4 PSYCHOTHERAPIST 2 UNPAID LEAVE FAMILY THERAPIST 1 PREVENTION PROGRAMME FACILITATOR 1 TOTAL 121

Pensjonijiet mill-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta’ pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej: - Anqas minn €400 fix-xahar; - Bejn €401 u €500 fix-xahar; - Bejn €501 u €600 fix-xahar; - Bejn €601 u €700 fix-xahar; - Bejn €701 u €800 fix-xahar; - Bejn €801 u €900 fix-xahar; - Bejn €901 u €1,000 fix-xahar; - Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u - Aktar minn €1,101 fix-xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u tnaqqis ta’ €200

Question

Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda dan it-tnaqqis, fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat, il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-miżura tat-tnaqqis ta’ €200 oħra mill-pensjoni tas-servizz, kif imħabbra fil-baġit għas-sena 2019, ser tkun qiegħda tiġi implimentata fir-reviżjonijiet illi ser isiru fl-2019, bl-istess mod illi ġiet implimentata fis-snin imgħoddija. Tajjeb nippreċiża għall-fini ta’ korrettezza, li din il-miżura ma kinitx introdotta fl-2008 iżda f’dik is-sena kien tkompla l-proċess illi kien ilu wieqaf għal 11-il sena, wara l-miżura estensiva li kienet tħabbret għall-pensjonanti tas-servizz f’Ottubru 1997 minn Gvern Laburista.

Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi

Question

Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi, se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni? Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont id-diskors tal-baġit, iż-żieda ta’ €11 fil-ġimgħa ma tirreferix għal miżura tal-€200. Din iżda tirreferi għal miżura oħra, li bis-saħħa tagħha, ir-reviżjoni li ssir kull sena lil dawk li jilħqu l-età ta’ 72 sena, minflok ser tiġi injorata 50 fil-mija tas-somma li kienu kkommutaw mill-ammont dovut lilhom bħala pensjoni oriġinali tas-servizz, issa ser jibda jiġi injorat 75 fil-mija. Bejn wieħed u ieħor madwar 7,500 pensjonant jirċievu pensjoni tas-Servizz minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali. Huwa stmat illi bejn dawk illi ser jieħdu żieda bis-saħħa tal-€200 tnaqqis, u dawk illi ser ikunu qed jibbenefikaw mill-miżura tal-75%, ser ikunu qed jibbenefikaw madwar 5,500 pensjonant.

Kalkoli tal-pensjonijiet

Question

Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bl-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma’ dawn il-pensjonanti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jispjega aħjar x’inhu l-punt illi qed jipprova jagħmel b’din il-mistoqsija, għaliex il-mistoqsija m’hijiex ċara. Sadattant kif diġa weġibt għall-Mistoqsija Numru 7973, għall-fini ta’ korrettezza il-miżura tal-pensjonanti tas-servizz, tal-€200 ma kinitx introdotta fl-2008, iżda f’dik is-sena kien tkompla l-proċess illi kien ilu wieqaf għal 11-il sena, wara l-miżura estensiva li kienet tħabbret għall-pensjonanti tas-servizz f’Ottubru 1997, minn Gvern Laburista.

Tfal bi problemi psychosocial li jiġu minn barra xtutna

Question

B’referenza għat-tfal li jbatu minn problemi psychosocial li jiġu minn barra xtutna taħt il-kustodja ta’ diversi familji Maltin skont arranġamenti Ewropej, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar din l-iskema? Jsita’ jgħid kemm hu n-numru ta’ minuri li jiġu Malta? Jista’ jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu l-familji kustodji? Jista’ jgħid x’moniteraġġ isir u minn min? Xi kwalifikazzjoni għandhom il-professjonisti li jieħdu ħsieb? Ġieli ġew tfal Malta taħt Article 56 Brussels 2 biss, mingħajr il-kunsens tal-Awtorità Maltija? Kemm ser joħroġ flus il-Gvern Malti apparti min-nefqa tal-Ewropa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi, dawn l-interventi jsiru taħt Artiklu 56 tar-Regolament Ewropew numru 2201/2003. Tajjeb illi wieħed isemmi, li dawn it-tfal msemmija ma jkunux taħt il-kustodja ta' familji Maltin, iżda jkunu mqiegħda ma' persuni identifikati mill-pajjiż minn fejn ikunu ġejjin it-tfal. Ta' min wieħed jinnota li, jekk dawn il-kuraturi tat-tfal jkunu qed jaġixxu ta' foster carers, dawn iridu jkunu qed jimxu mal-Att tal-Fostering skont il-Liġijiet ta' Malta. Filwaqt illi, jekk dawn ser ikunu qed joperaw bħala providituri tas-servizz, jiġu regolati u monitorati mill- Awtorita` ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali. Barra minn dan, sa mit-twaqqif tal-Awtorita` ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, kien hemm applikazzjoni waħda, li ma gietx aċċetata għax ma kinitx tissodisfa il-liġijiet lokali.

Marsa – The Meeting Place

Question

B’referenza għax-xogħol li qed jitwettaq fiċ-ċentru l-ġdid The Meeting Place tal-Marsa, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-istima tal-proġett? Jista’ jgħid kemm kienu l-fondiERDF tiegħu? Kemm fil-fatt ser jintefaq? Jista’ jgħid liema entità ħadet ħsieb ix-xogħol u min rebaħ din l-offerta? Jista’ jgħid meta ser jitlesta? Min ser jieħu ħsieb l-operat ta’ dan iċ-ċentru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi, l-istima tal-proġett skont l-applikazzjoni għall-fondi tal-ERDF, kienet €846,186 (VAT eskluż). Matul l-implimentazzjoni tal-istess proġett, is-somma allokata għal dan il-proġett żdiedet għal € 1,121,358 (VAT eskluż). Dan il-proġett jaqa’ taħt il-Ministeru li jiena responsabbli minnu. Ix-xogħol fuq dan il-proġett sar minn BAVA Holdings Ltd, wara li ħarġet sejħa għall-offerti, skont ir-regolamenti tal-procurement. Dan il-proġett qiegħed propju fl-aħħar fażi tiegħu. It-tmexxija ta’ dan iċ-Ċentru, wara li jkun inawgurat, ser ikun f’idejn kumitat appuntat mill-Ministeru responsabbli, skont kif kien imfassal u elenkat fl-applikazzjoni li biha ġew miksuba l-fondi tal-ERDF.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari Numru 2419.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.