Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246, 28417 u 28713 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li fl-Iskola Maltija tal-Arti Viżwali u Performattiva (MVPA) jinbena teatru ġdid minflok dak li hemm illum, li bħalissa jinsab magħluq u fi stat strutturali ħażin? Jekk se jinbena teatru ġdid, jista’ l-Ministru jagħti timeframe għal dan? Jista’ jgħid ukoll x’ġara mix-xogħlijiet li kienu bdew fuq it-teatru qabel l-elezzjoni li għaddiet, iżda li waqfu ħesrem eżatt wara li għaddiet? Jista’ wkoll jispjega kif skola bħall-MVPA, fejn teatru huwa indispensabbli għat-tagħlim u t-taħriġ, tħalliet mingħajr teatru f’dawn l-aħħar tmien snin li ilha miftuħa l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
AIMS – Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28509 u 28778 u jgħid jekk il-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) fil-Gudja wasalx fi tmiemu u għaliex ma kienx hemm tiġdid tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll jekk inħariġx tender ġdid għall-kiri ta’ uffiċini, meta għalaq dan it-tender, kemm kien hemm offerti, u meta hu ppjanat li jiġi aġġudikat il-kuntratt?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Università ta’ Malta — Applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża totali mħallsa mill-Università ta’ Malta fl-2023 u fl-2024 sabiex applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor jiġu mgħarbla mill-Association of Commonwealth Universities f’Londra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28462 u jgħid jekk jagħrafx l-importanza tal-Programm Edukattiv GEM16+, li ilu għaxar snin imwaqqaf, u li matul dan iż-żmien ta u offra tagħlim edukattiv b’impenn ħolistiku lill-istudenti li ġew imħarrġa fih? Jista’ jgħid ukoll jekk dan jistax ikompli jintlaħaq minn studenti li għandhom bżonn attenzjoni speċifika u individwali li jattendu l-Higher Secondary fejn dawn l-istudenti jispiċċaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28463 u jgħid x’kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn il-Programm Edukattiv GEM16+ ġie trasferit f’post ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Programm Edukattiv GEM16+ — Trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28464 u jgħid meta d-Dipartiment tal-Edukazzjoni beda jikkunsidra li l-Programm Edukattiv GEM16+ jiġi rrilokat mil-lokalità tal-Gżira biex jiġi integrat fil-Higher Secondary?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Programm Edukattiv GEM16+ — Deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28465 u jgħid għalfejn l-istaff edukattiv tal-Programm GEM16+ qatt ma ġie kkonsultat dwar id-deċiżjoni tat-trasferiment tal-Programm minn post għal ieħor, ħlief għal meta ġew informati mingħand żewġ Diretturi Ġenerali mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mill-Prinċipal tal-Kulleġġ stess? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi forma ta’ konsultazzjoni mal-għalliema tal-Programm qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28466 u jagħti garanzija li l-istaff edukattiv li mexxa b’tant dedikazzjoni, impenn ġenwin u sens ta’ mħabba matul dawn l-aħħar snin il-Programm Edukattiv GEM16+, se jsib postu fi ħdan il-Higher Secondary, jekk din tkun ix-xewqa tal-għalliem rispettiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Programm Edukattiv GEM16+ — Filmat ta’ promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28467 u jgħid min ħa d-deċiżjoni biex ftit tal-jiem ilu, jiġi rrekordjat filmat ta’ promozzjoni minn servizz.gov dwar il-Programm GEM16+ fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira, meta l-programm kien qed jippromwovi l-faċilitajiet offruti minn din il-binja, ġaladarba d-Dipartiment kien jaf li ser isir għalxejn? Jista’ jgħid ukoll jekk id-deċiżjoni ttieħditx b’mod mgħaġġel u taħt pressjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetaħx il-kors għal Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jinkiseb iċ-ċertifikat neċessarju, il-ħaddiema minn Skala 13 jitilgħu għal Skala 12?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Credit/Debit cards
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23588 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 7 cards taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li jinkludi s-Segretarju Permamenti u kif ukoll is-Segretarju Parlamentari.
Il-ħruġ ta’ card jsir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall- Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita.
Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi. Il-ħlas isir mil-line item rispettiv kif approvati fl-estimi finanzjarji tal-baġit u li kopja tagħhom diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-donazzjonijiet finanzjarji jew rigali li ngħataw mill-Ministeru għall-Edukazzjoni matul is-snin 2023, 2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż l-ammont ta’ kull donazzjoni u lil min ingħataw (individwi, NGOs jew għaqdiet)?