Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema part-time

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tagħha u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time xi mkien ieħor?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20967.

Impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija — Produzzjoni ta’ New Water

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi l-istatistika tal-produzzjoni ta' New Water f'Malta u Għawdex għas-snin 2022, 2023 u 2024, mill-impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-produzzjoni tan-New Water hija dipendenti mid-drenaġġ iġġenerat.

Impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija — Produzzjoni ta’ New Water

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi l-istatistika tal-produzzjoni ta' New Water f'Malta u Għawdex għas-snin 2018, 2019, 2020 u 2021, mill-impjanti ta' Ras il-Ħobż, Ta' Barkat u Ta' Ċumnija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-produzzjoni tan-New Water hija dipendenti mid-drenaġġ iġġenerat.

Eco-contribution — Fondi miġbura - Transparenza u kontabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-mekkaniżmi u s-sistemi adottati sabiex jiġi assigurat transparenza u kontabilità fid-distribuzzjoni ta’ fondi miġbura bħala ‘eco-contribution’ u sabiex jiġi assigurat illi tali fondi verament ġew investiti fil-proġetti li għalihom ġew allokati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Eco-contribution — Allokazzjoni tal-fondi miġbura

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-‘eco-contribution’ miġbura fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, ġiet allokata sabiex: a) isiru proġetti ambjentali; b) jitnaddfu l-bajjiet; ċ) isir manteniment tal-parks nazzjonali; d) tiġi protetta d-diversità ambjentali; e) titjib tal-infrastruttura sabiex jittaffa l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent; u f) jiġu promossi inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli b’mod partikolari fil-qasam tal-eko-turiżmu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

San Pawl il-Baħar — Proġetti ta' infurzar

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-proġetti ta' infurzar li għaddejjin bħalissa fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar biex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta' distribuzzjoni? Tista’ tgħid ukoll: - liema toroq qed jiġu affettwati; - il-pjan bħala time-frame għal dawn ix-xogħlijiet; u - l-investiment li qed isir biex jiġi assigurat dan it-tisħiħ fid-distribuzzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-istqarrija (PR 250218) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-8 ta’ Frar 2025 u li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birżebbuġa — Il-Bajja s-Sabiħa - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, waqfu għal numru ta’ ġranet? Tista’ wkoll tippreżenta l-Project Timeline oriġinali u dak updated wara l-waqfien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet waqfu għal perjodu qasir wara li nħolqot diffikultà minħabba dħul tal-ilma baħar u wara konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati nstabet soluzzjoni teknika fuq il-post. Wara li saru t-testijiet meħtieġa, x-xogħlijiet tkomplew u xorta mistennija jitlestew kif kien pjanat oriġinarjament.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Kiri ta’ generators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il generator qed tikri l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), fejn huma assenjati, minn min qegħdin jinkrew u kemm qed inħallsu għall-kirja ta' kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhix tikri generators.

ARMS — Ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26513 fl-intier tagħha u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ARMS bejn l-2013 u l-2022 u f'liema gradi ġew impjegati?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26513 ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2021, kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ġew ingaġġati mal-ARMS 374 ħaddiem fi gradi differenti u fl-istess perjodu kien hemm 171 ħaddiem li spiċċaw mill-impjieg billi rtiraw bl-età jew irriżenjaw għax sabu impjieg ieħor. Il-gradi kienu dawk ta’ CEO, Acting CEO, Internal Auditor, Head of IT, Chief Officer, Chief Operations, Senior Manager, Manager, Senior Executive, Executive, Credit Controller, Quality Service Coordinator, Business Analyst, Senior Lead Agent, Lead Agent, Agent, Office Attendant u Installer.

ARMS — Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26513, tista' l-Ministru tgħid f'liema gradi kienu dawk it-78 ħaddiem li ġew reklutati mal-ARMS u l-94 ħaddiem li telqu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-gradi kienu dawk ta’ CEO, Chief Officer, Senior Manager, Manager, Senior Executive, Executive, Senior Lead Agent, Lead Agent u Agent.

Malta Eurovision Song Festival — Reklami tal-Water Services Corporation

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm reklami tal-entità Water Services Corporation waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25486.

Malta Eurovision Song Festival Song Festival — Reklami ta' Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm reklami tal-entità Project Green waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25486.

Ħal Tarxien — Triq Santu Wistin - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Santu Wistin, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mit-tieni fażi ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, fejn fl-ewwel fażi tpoġġew aktar minn 82 kilometru ta’ cables ġodda, Enemalta qed tqiegħed 60 kilometru ieħor ta’ cables ġodda taħt l-art f’diversi lokalitajiet inkluż f’Ħal Tarxien. Billi x-xogħlijiet huma kkordinati minn Infrastructre Malta, flimkien ma’ interventi infrastrutturali oħrajn li se twettaq fiż-żona indikata, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.