Awtorità tad-Djar – Kiri ta’ appartamenti/djar għall-użu residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ appartamenti/djar li huma mikrija mill-Awtorità tad-Djar għall-użu residenzjali? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma tal-Gvern u kemm huma tal-privat? F’liema lokalità jinsabu dawn il-postijiet, u jagħti n-numru ta’ appartamenti/djar għal kull lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Awtorità tad-Djar – teħid lura ta’ ċwievet ta’ appartamenti
Question
Billi ġie rrapportat li matul l-aħħar snin kien hemm it-teħid lura ta’ kważi 500 ċavetta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu tal-privat u kemm kienu tal-Gvern? F’liema lokalitajiet kienu l-appartamenti li fihom saru l-abbużi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – postijiet ta’ residenza
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi f’San Pawl il-Baħar (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka) fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda ġew akkwistati żewġ appartamenti mibnija mill-privat li ġew allokati għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – postijiet ta’ residenza
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz għal kull post ta’ residenza li tqassam mill-2017 sad-data li fiha ġiet imwieġba l-istess domanda parlamentari u dan sena sena b’mod separat għal kull sena u kull lokalità tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur separat miż-żwieġ għamel użu mill-Home Assist Scheme, sena b'sena mill-2017 sal-aħħar ta' 2021, kif ukoll skont il-ġeneru u l-età rispettivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u Diċembru 2021, l-Awtorità tad-Djar kellha 4 benefiċċjarji mniżżlin bħala ‘ġenitur separat miż-żwieġ’ u li bbenefikaw mil-iskema Home Assist. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt:
Sena
Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Home Assist Scheme
2017
Nil
2018
Nil
2019
1
2020
2
2021
1
Età
Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Home Assist Scheme
31
1
39
1
40
1
41
1
Ġeneru tal-Benefiċċjarji
Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Home Assist Scheme
Irġiel
Nil
Nisa
4
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur separat miż-żwieġ għamel użu mill-Equity Sharing, sena b'sena mill-2017 sal-aħħar ta' 2021, kif ukoll skont il-ġeneru u l-età rispettivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi minn mindu l-iskema daħlet fis-seħħ fis-sena 2019 sal-aħħar tas-sena 2021, l-Awtorità tad-Djar kellha 31 ġenitur separat miż-żwieġ li bbenefikaw mil-iskema Equity Sharing. L-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabelli t’hawn taħt:
Sena
Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Equity Sharing Scheme
2019
Nil
2020
20
2021
11
Età
Benefiċċjarji li iffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt
Equity Sharing Scheme
42
5
43
4
44
2
45
1
46
3
47
4
48
3
49
2
51
1
52
1
53
1
54
2
55
1
57
1
Ġeneru tal-Benefiċċjarji
Benefiċċjarji li iffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Equity Sharing Scheme
Irġiel
5
Nisa
26
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm ħaddiem wieħed fuq telework u 37 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Bini ta’ binjiet tal-Gvern li għadhom ma tlestewx
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1516, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda qed isiru l-preparamenti neċessarji fuq binja ġdida fil-lokalità tal-Mellieħa? Fiex waslu dawn il-preparamenti? Meta hu mistenni li din il-binja titlesta? Meta hu mistenni li din tibda tintuża bħala residenza? Jista’ jgħid x’inhu n-numru tal-permess mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-istess binja filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess permess u l-pjanti approvati għall-istess binja u jindika kemm-il appartament se jkun fiha l-istess binja? Din il-binja se tkun aċċessibbli għall-persuni b’dizabilità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-Appalt tal-Kostruzzjoni tal-Binja li tinsab fi Triq N. Caruana Dingli Mellieħa bil-permess PA3336/20 kien ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti bin-numru tar-referenza tiegħu huwa CT 2372/2020. Sfortunatament ħabba li kien hemm żieda qawwija fir-rati, il-prezzijiet li tefgħu ma kienux aktar sostenibbli u għalhekk il-kuntrattur rebbieħ tal-appalt irrifjuta li jiffirma l-kuntratt. Għaldaqstant l-appalt il-ġdid qed jiġi fformulat bit-tibdiliet neċessarji u b’rati ġodda. Hu mistenni li l-binja tkun lesta fis-snin li ġejjin. Il-binja ħa jkun fiha 8 appartamenti u kollha ħa jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – Bini ta’ residenzi
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1516, jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet li jinbnew residenzi fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) sabiex dawn jintużaw bħala postijiet ta’ residenza matul il-ħames snin li ġejjin? Jista’ jagħti tagħrif dwar fejn qiegħda kull binja ppjanata u meta mistennija titlesta u tibda tintuża?
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – postijiet ta’ residenza
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi fil-Mellieħa fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda nbnew żewġ binjiet għall-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli? Għal kull binja, kemm-il appartament hemm b’kollox, minn dawn kemm qegħdin jiġu użati u taħt liema skema, u jekk hemm xi appartamenti li mhux qegħdin jiġu użati mill-Awtorità tad-Djar, kemm hu l-ammont ta’ dawn l-appartamenti u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-binjiet imsemmija huma Entraturi A u B, Binja Miżieb, Triq Mons Ġużeppi Schembri, Mellieħa. Iż-żewġ binjiet jikkonsistu f’sitt appartamenti. Ir-residenzi li mhumiex mikrija ġew mibjugħa lir-residenti bi skemi ta’ housing affordabbli mnedija fil-passat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Jista’ l-Ministru jindika f’liema żona fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew appartamenti ġodda? Kemm hu n-numru ta’ dawn l-appartamenti u meta mistennija li dawn ikunu lesti biex familji/individwi jabitaw fihom?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1177 u jgħid meta ser isir ix-xogħol mill-Awtorità tad-Djar fuq lift li jinsab f’Binja Ħal Ġinwi, Triq Axtart, ġewwa Marsaxlokk?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi t-tiswijiet meħtieġa se jkunu qegħdin isiru fil-xhur li ġejjin.
Ta’ min jgħid li l-lift ġie nstallat snin ilu (madwar 2006) iżda qatt ma ngħata lir-residenti minħabba li għal żmien twil ir-residenti ma riedux jieħdu pussess tal-lift minħabba dħul ta' ilma li ġie kkawżat sakemm ġiet iffurmata t-triq. Wara li ssolviet din il-problema kien hemm nuqqas ta' ftehim bejn ir-residenti u għalhekk ma setgħetx tiġi ffurmata assoċjazzjoni tar-residenti.
Peress li l-lift ilu wieqaf għal żmien twil trid issir eżaminazzjoni bir-reqqa minn inġinier għax aktarx ikun hemm ħtieġa ta' bosta tiswijiet.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:
ENTITÀ
SALARJU
BENEFIĊĊJI
PERFORMANCE BONUS
HA
€55,091
€6,000 (Expense Allowance) + €4,658 (Car Allowance) + €2,300 (Communication Allowance) + Disturbance Allowance equivalent to 10% of Salary
Max of 15% of Salary
SPML
€55,182
€4,659 (Car Allowance) + €2,000 (Communication Allowance)
Max of 15% of Salary
HME
€55,000
€5325 (Car Allowance + Mobile Expenses)
€8,250
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — binjiet tal-Gvern li bdew jinbnew imma għadhom ma tlestewx
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm binjiet tal-Gvern li qegħdin jinbnew bħalissa jew li bdew jinbnew u għadhom ma tlestewx fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar sabiex dawn jintużaw bħala postijiet ta’ residenza? Jista’ jagħti tagħrif dwar fejn qiegħda kull binja u meta hi mistennija li din titlesta u tibda tintuża? Jista’ jaċċerta li kull binja minn dawn hi aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi preżentament għaddejjin il-preparamenti neċessarji fuq binja ġdida fil-lokalità tal-Mellieħa. L-Awtorità tad-Djar bħalissa mhux tibni binjiet fil-lokalitajiet tan-Naxxar u San Pawl il-Baħar.
Postijiet ta' akkomodazzjoni soċjali lir-Richmond Foundation
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1009, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex fix-xhur li ġejjin jingħataw xi postijiet ta' akkomodazzjoni soċjali lir-Richmond Foundation bil-għan li jagħtu lura akkomodazzjoni lil nies li jbatu minn problema ta' saħħa mentali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed jitħejja pjan dwar liema proprjetajiet jistgħu jiġu allokati għal skop ta’ Housing Speċjalizzat, li jinkludi s-servizzi offruti mir-Richmond Foundation. Deċiżjoni dwar liema għaqdiet volontarji se jibbenefikaw minn dawn il-proprjetajiet tittieħed iżjed 'il quddiem.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — - ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.