Animal Welfare – Trattament mhux xieraq tal-annimali – Passi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi legali mill-Animal Welfare fuq trattament mhux xieraq tal-annimali matul dawn l-aħħar tliet xhur? Jista’ jgħid ukoll x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar 3 xhur u cioe’ minn Novembru 2023 s’issa nħarġu ħames (5) kwereli u multa amministrattiva waħda.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabelli segwenti.
DIPARTIMENTI MAFA
Irġiel
Nisa
Total
Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours)
721
258
979
Part-Time
10
4
14
Flexitime
55
45
100
Flexiweek
4
2
6
Reduced Hours
3
17
20
Extended Remote Working
49
84
133
Remote Working
98
93
191
ENTITAJIET MAFA
Irġiel
Nisa
Total
Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours)
67
19
86
Part-Time
0
0
0
Flexitime
0
0
0
Flexiweek
0
0
0
Reduced Hours
0
0
0
Extended Remote Working
0
0
0
Remote Working
0
0
0
Telework Agreement
5
14
19
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost.
Fid-dawl li ma jeżistix ċimiterju fejn wieħed jista’ jidfen l-annimal tiegħu meta jmut, jista’ l-Ministru jindika x'jista wieħed jagħmel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont ir-Regolament tal-Kunsill tal-UE 1069/2009, annimali domestiċi mejta jistgħu jiġu inċinerati f’wieħed mill-faċilitajiet approvati jew inkella midfuna fil-proprjetà privata tas-sid.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-preżent jeżistix xi forma ta' krematorju pprovdut mill-Gvern għal kull min jgħaddi mill-esperjenza meta jmutlu l-annimal tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent ma jeżistix xi forma ta' krematorju pprovdut mill-Gvern. Madanakollu wieħed jista’ jagħmel użu mill-inċeneratur privat approvat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-soluzzjoni fil-każ li wieħed imutlu l-annimal tiegħu u ma hemmx ċimiterju fejn jista’ jidfen jew jikkrema l-annimal tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15568 u 15569.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, u jekk fl-affermattiv meta l-istat ser jibda jagħti rebates fuq il-fuel lill-bdiewa u r-raħħala bħalma qed isir f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropeja bħal Franza, il-Polonja u Spanja?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jassorbi ż-żidiet fil-prezzijiet tal-fuel u għalhekk lill-bdiewa u r-raħħala qegħdin jibbenifikaw minn prezzijiet orħos bħall-kumplament tal-poplu Malti.
Tajjeb li jissemma wkoll li l-Gvern qed joffri forom oħra ta’ għajnuniet finanzjarji, kemm minn fondi nazzjonali bħal għajnuna fuq il-ġwies u l-fertilizzanti, kif ukoll għajnuniet diretti li jservu bħala appoġġ finanzjarju addizzjonali għall-introjtu normali tagħhom u li huma ffinanzjati mill-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li t-tagħrif qed jingabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14684, jista’ l-Ministru jgħid x'kienu jew x'inhuma l-kwistjonijiet relatati mal-validazzjoni ta' fatturi li minħabba fihom kienu għadhom ma tħallsux il-kontijiet pendenti lejn l-APH bejn Ottubru 2023 u Awwissu 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-ħlasijiet dovuti mhux imħallsa għandhomx xi tip ta' relazzjoni mal-waqfien tal-operat tal-istess sptar tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-kwistjonijiet relatat mal-validazzjoni ta’ fatturi huma kwistjonijiet li jikkonċernaw forniment ta’dokumentazzjoni mill-operatur ekonomiku tal-imsemmi sptar sabiex ikun stabbilit il-prezz tal-ispiża hekk kif stipulat f’artiklu 12 tal-ftehim enfitewtiku. Ir-raġunijiet għall-waqfien tal-operat tal-istess sptar tal-annimali ġew mogħtija fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 11974 u 12239 rispettivament u ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-kwistjonijiet relatati ma’ pagamenti.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti minn dawn jinkludu l-fotografija u vidjografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, l-ispiża totali għas-sena 2023 kienet ta’ €7,375.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (REFALO, ANTON)
Mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirrizultax li hemm persuni fl-entitajiet taħt dekasteru tiegħi li huma il-Malta Food Agency, ir-Riżorsi Agrikoli Malta u l-Aquatic Resources Malta, li ngħataw kuntratti ta’fiduċja.
Issa li għaddew xhur minn meta l-Isptar APH Animal Hospital ingħalaq minħabba allegati ħsarat fid-dawl, jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar ġurnata formali li dan l-isptar opera fis-sena 2023?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont komunikazzjoni uffiċjali mill-operaturi tal-Isptar APH Animal Hospital, dan waqaf jopera fit-18 ta’ Awwissu 2023.
Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12167, fejn ġie indikat li l-Ministeru ħallas għall-operat tal-istess APH sa Novembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-ħlasijiet dovuti lill-istess Sptar għall-bqija tax-xhur dovuti sakemm għalaq? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux aktar ħlasijiet u jindika kemm kienu l-ammonti xahar b' xahar għall-bqija tax-xhur, kif ukoll meta kien l-aħħar xahar li dan il-pagament dovut tħallas?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta ghat-tabella pprezentata fil mistoqsija parlamentari 12167 bil lista ta’ pagamenti, ngharraf li l-aħħar pagament li tħallas kien dak dovut għall-Ottubru 2022. Nikkonferma li ma sarux iktar ħlasijiet għall-bqija tax-xhur sakemm l-istess APH għalaq minħabba li kien hemm kwistjonijiet relatati ma’ validazzjoni ta’ fatturi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.