Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlametari lill-Ministeru kkonċernat.

Fastidju sesswali — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlametari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li fi ħdan il-Ministeru hemm persuna waħda li għanda ’l fuq minn 65 sena.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Prostituzzjoni ta’ minorenni — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' prostituzzjoni ta' minorenni fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Liċenzja tal-Bennejja – eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sessjoni ta' eżamijiet għal-Liċenzja tal-Bennejja? Jista’ jgħid kemm studenti qagħdu għal dik is-sessjoni, kemm għaddew u kemm ma għaddewx mill-eżami? Jista’ jgħid ukoll jekk dawk li ma għaddewx kellhomx opportunità ta' resit?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar sessjoni ta’ eżamijiet saret f’Settembru 2023. Għal din is-sessjoni qagħdu 73 student u għaddew 27. Dawk li ma għaddewx ser ikollhom l-opportunità ta’ resit.

Liċenzja tal-Bennejja – Sessjoni ta' eżamijiet li jmiss

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir is-sessjoni li jmiss ta' eżamijiet għal-Liċenzja tal-Bennejja u kemm hemm applikazzjonijiet għal din is-sessjoni sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fejn ser issir is-sessjoni tal-prattika?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li għad irid ikun deċiż meta u fejn ser issir is-sessjoni li jmiss. Fil-preżent hemm 184 applikazzjoni li minnhom 14 applikaw għar-resit.

Qorti tal-Minorenni — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13715 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm minorenni li spiċċaw quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu r-reati l-aktar komuni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2019 u l-2023 tressqu 493 każ quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’ Malta u 14-il każ quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’Għawdex. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx.

Għawdex — Bini ta’ toroq – Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġewx konklużi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Intepellant biex jispeċifika għal liema każ qed jirreferi.

Kulleġġi – Rata ta’ assenteiżmu — Tribunal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’saħħa għandu t-tribunal li jipproċessa l-assenteiżmu tat-tfal mill-iskola, meta ġenitur ma jitlax quddiem it-tribunal u/jew jinjora t-taħrika?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal Lokali jiproċedi bis-smigħ tal-kawżi tal-assenteiżmu skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Kap 605.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-13 ta’ Frar 2024.

Reġistru speċjali ta’ persuni misjuba ħatja – Sentenzi sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-data ta’ meta kien l-aħħar aġġornat ir-reġistru speċjali ta’ ħatja li jkunu ngħataw sentenza sospiża skont Artiklu 28 A (8) tal-Kodici Kriminali ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-reġistru speċjali skont artikolu 28A(8) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta jiġi aġġornat kull xahar bl-aħħar aġġornament iġib id-data tal-31 ta’ Jannar, 2024.

Sena 2023 — Persuni misjuba ħatja – Sentenzi sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li nstabu ħatja u ġew mogħtija sentenza sospiża matul is-sena 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 l-ammont ta’ persuni li nstabu ħatja u ġew mogħtija sentenza sospiża kienu għall-ammont ta’ tlett mija u sebgħa (307) mill-Qrati ta’ Malta u ħmistax (15) mill-Qrati ta’ Għawdex.

Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11047 u 11767, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rispettivament, u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il persuna ‘l fuq minn 60 sena ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2024.

Prostituzzjoni u tlajjar – piena

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12120 dwar prostituzzjoni u tlajjar fejn ingħad li ‘l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett’, jista’ l-Ministru: i. jiċċara għaliex l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika relatata ma’ prostituzzjoni minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett; ii. liema huma l-kawżi li jaqgħu taħt "tad-distrett"; iii. dwar liema kawżi "tad-distrett" tinġabar l-istatistika; iv. dwar liema kawżi "tad-distrett" l-istatistika ma tinġabarx; u v. jekk hemmx il-ħsieb li din l-istatistika tibda tinġabar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, fejn jidħlu kawżi tad-distrett, ma żżommx statistika relatata ma’ prostituzzjoni biss, dan għaliex l-istatistika li tinżamm tinkludi kemm ġew preżentati kawżi u kemm minnhom ġew deċiżi mingħajr indikazzjoni tar-reati involuti. Il-kawżi li jaqgħu taħt “tad-distrett” huma dawk il-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati. L-istatistika li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ser tibda tinġabar kif is-sistema tal-Qorti tinqaleb għal fuq sistema diġitali ġdida.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn April 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2024.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.