Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ma għandu l-ebda direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.
Żvilupp ta' binjiet kummerċjali, uffiċini u skejjel ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx implimentata politika li tobbliga li kull żvilupp ta' binjiet kummerċjali, uffiċini u skejjel ġodda, kif ukoll kull rinnovazzjoni maġġuri ta' binjiet kbar, jinstallaw sistemi ta' enerġija rinnovabbli? Jista’ jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din il-politika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx implimentata politika li tobbliga bini ġdid li jitla' sal-ogħla massimu permess fil-pjan lokali biex jinstalla sistemi ta' enerġija rinnovabbli? Jista’ jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din il-politika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattivi għall-iżvilupp urban sostenibbli f'Għawdex inbdewx jew le? X'riżultati inkisbu u kemm infaqna fuq dan il-proġett fl-2024, inkluż il-PR?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) ħadet numru ta’ inizjattivi dwar l-iżvilupp urban sostenibbli matul l-aħħar sentejn.
F'Lulju 2023, il-GRDA ppubblikat il-viżjoni tagħha f’dokument - GRDA Vision for Victoria Urban Upgrading. Dan id-dokument kien fih l-Aġġornament Urban tar-Rabat għal konsultazzjoni pubblika. Filwaqt li f'Awwissu tal-2024, il-GRDA ppubblikat il-proposta finali tagħha dwar l-iżvilupp urban għar-Rabat.
In-nefqa tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22224 Għawdex - Żvilupp urban sostenibbli - Inizjattivi.pdf
SPD3/2024/068 — TENDER FOR THE MANAGEMENT (SERVICE OF HERITAGE SITE ATTENDANTS) OF CULTURAL HERITAGE SITES ADMINISTERED BY THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING – Sejħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għala s-sejħa ‘SPD3/2024/068 - TENDER FOR THE MANAGEMENT (SERVICE OF HERITAGE SITE ATTENDANTS) OF CULTURAL HERITAGE SITES ADMINISTERED BY THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING’ ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid ukoll kemm ilu jiġi offrut dan is-servizz, min fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġimgħat/xhur/snin kien qed joffri dan is-servizz; kemm tħallas ta' dan is-servizz; għal kemm żmien baqagħlu joffri dan is-servizz u kemm ser jitħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet ikkanċellata peress li ma tressqu l-ebda offerti li rriżulta li huma konformi amministrattivament, teknikament jew finanzjarjament mat-termini u kundizzjonijiet ippubblikati ma’ din is-sejħa. Is-servizz ilu jiġi offrut mis-sena 2021 minn tal-Fuklar Group. Ta’ dan is-servizz - sal-jum li qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari - tħallas €882,648.15. Bħalissa tal-Fuklar Group marbutin b’kuntratt ta’ sitt (6) xhur li beda mis-16 ta’ Awwissu 2024 u li jeskadi fil-15 ta’ Frar 2025, u minn issa sa dakinhar se jitħallas €72,765.34. Dan il-kuntratt jibqa’ fis-seħħ sakemm tintrebaħ it-tender li għadha kemm ħarġet - SPD3/2024/097 - Tender for the Management (service of Heritage Site Attendants) of Cultural Heritage Sites administered by the Ministy for Gozo and Planning. Dan il-kuntratt jibqa’ fis-seħħ sakemm jitlesta l-proċess u jiġi ikkunttrattat is-sevizz wara proċess ta’ sejħa pubblika (tender).
Ir-Rabat/Sannat — Triq Sannat - Bini mill-ġdid tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' Triq Sannat - it-triq li tgħaqqad ir-Rabat ma’ Ta' Sannat f'Għawdex - peress li din il-parti tat-triq baqgħet ma saritx u fl-aħħar snin kien hemm wegħdiet kontinwi li daqt issir? Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jkun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-Triq mistennija jibdew fis-sena 2025.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Fir-rigward ta’ ħaddiema 'l fuq minn 65 sena fis-Settur Publiku, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Attachments:PQ 21451- Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65.pdf
ODZ — Żviluppi proposti - Diskussjonijiet dwar regoli aktar stretti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx id-diskussjonijiet dwar regoli aktar stretti fejn jidħol żvilupp propost f'żoni barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ)? Jista' jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva?
Approvazzjoni ta' permessi għall-iżvilupp — Miżuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex fl-approvazzjoni ta' permessi għall-iżvilupp, tingħata konsiderazzjoni akbar lill-aspett ambjentali u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, u tingħata prijorità lill-proġetti li jkunu newtrali mill-karbonju? Jista' jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din il-wegħda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ żvilupp relatati ma’ dawn it-tip ta’ proposti ser jinagħataw konsiderazzjoni billi jkun hemm persuna dedikata (case officer), li tagħti prijorita’ lil dawn l-applikazzjonijiet, kemm il-darba dawn ikunu indikati lill-Awtorita` tal-Ippjanar mil-perit u l-BCA fl-applikazzjoni ta’ l-iżvilupp.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22145 fl-intier tagħha u jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex id-diviżjoni/sezzjoni tal-Cleansing f'dawn l-aħħar ġimgħat m’għadhiex tifforma parti mid-Direttorat tal-ECO Gozo? Jista’ jgħid ukoll x'responsabbiltajiet ġodda ngħataw lid-Direttorat tal-ECO Gozo issa li d-diviżjoni/sezzjoni tal-Cleansing m’għadhiex parti minnha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta twaqqaf, id-Direttorat EcoGozo kellu biss responsabbilità ta’ dan id-direttorat. Aktar tard, żdiedu miegħu t-taqsimiet tal-Animal Welfare u l-Cleansing. Issa nħasset il-ħtieġa li l-Public Cleansing jingħaqad mad-Direttorat tal-Manutenzjoni, bil-għan li jkun hemm aktar kordinament bejn dawn iż-żewġ sezzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew ix-xogħlijiet fi Triq Ġorġ Pisani fir-Rabat, Għawdex u meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol fuq din l-imsemmija triq u kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq Triq Ġorg Pisani bdew fis-sena 2024. Ix-xogħol fi Triq Ġorg Pisani huwa parti minn xogħlijiet li jinkludu Triq Patri Ġianċintu Camenzuli, Triq il-Kapuċċini u Triq Marsalforn.
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal bill boards u fejn jinsabu dawn il-permessi? Jista’ wkoll jagħti n-numru tal-applikazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-permessi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ permessi mitluba. Il-lista teskludi permessi li nħarġu għat-tqegħid ta’ billboards temporanji (permissibli taħt l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 504,80). Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi il-kelma “billboard”.
Attachments:PQ 22972 - Billboard applications approved.pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Permessi għal billboards - Applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal permessi għal billboards u fejn jinsabu dawn il-permessi? Jista' wkoll jagħti n-numru tal-applikazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-permessi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ applikazzjonijiet mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi il-kelma “billboard”.
Attachments:PQ 22973 - Tabella Billboard applications pending.pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Permessi għal billboards - Applikazzjonijiet li ġew irrifjutati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għal billboards ġiet rifjutata matul l-aħħar ħames snin u fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet? Jista' wkoll jagħti n-numru tal-applikazzjoni għal kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ applikazzjonijiet mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kelma “billboard”.
Attachments:PQ 22974 - Billboard applications rejected.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru attendejt għal laqgħa fil-Belġju bl-isem ‘EU Regions Week’ u għall-konferenza ‘The island regions and the upcoming EU legislative cycle’. Apparti hekk attendejt ukoll għal Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR), li din is-sena ġiet organizzata f’Għawdex stess. Sa issa m’iniex infurmat li sa Diċembru se jkun hemm aktar laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Madankollu, tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat oħrajn, skont iċ-ċirkostanzi.
Xagħra, Għawdex — Triq Għajn Ħosna - Traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures fi Triq Għajn Ħosna fix-Xagħra, Għawdex u jekk iva, fiex ser ikunu jikkonsistu, minħabba n-numru ta' inċidenti li qed ikun hemm f'din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa qed issiru l-pjanijiet għal-traffic calming measures sabiex jigu sottomessi għal-approvazzjoni ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali biex ittellgħet is-serata tal-Gozo Sports Awards 2024? Jista' jagħti rendikont kif kienet maqsuma din l-ispiża u kull ħlas li sar kienx wara tender, direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali tal-ispiża hija ta’ €70,775.05.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit tal-arja kkundizzjonata (brand new) twaħħal u f'liema skejjel twaħħlu ġewwa Għawdex matul il-perjodu bejn Ġunju 2024 u l-20 ta' Settembru 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif indikat;
GC Qala Primary - 4 units
GC Secondary - 3 units
Sir MA Refalo Sixth form - 2 units
GC Sannat Primary - 17 units
GC Victoria Primary - 54 units
In-Nadur — Triq David Cocco Palmeri - Bini tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se tinbena mill-ġdid parti mit-Triq David Cocco Palmeri li tmiss ma' Triq l-Imġarr fin-Nadur, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet li din tinbeda matul din is-sena? Jekk le, jista' jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq u jekk iva, min għamilhom u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-toroq isiru skont il-prijoritajiet li jkunu qed jinbidlu minn żmien għal żmien.