Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar ħames snin il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija jew avukat imsemmija f’din il-mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Minsitru tal-Affarijet Barranin jgħid x'kien il-kontenut diskuss fil-laqgħa li kellu mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar t-Tlieta 3 ta' April 2012 l-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq kellu laqgħa ta' kortesija miegħi fuq talba tiegħu fi tmiem it-terminu tiegħu ta' Ambaxxatur akkreditat għal Malta
Waqt il-laqgħa ta' kortesija jien tkellimt fuq ir-rekord ta' turiżmu li kellha Malta fl-2011, fuq Malta li għandha l-akbar reġistru tal- vapuri fl-Ewropa, fuq il- Foreign Direct Investment għoli li għandha Malta u wkoll fuq ir-rata baxxa ta' qagħad li għandha Malta.
Awgurajt li taħdidiet tal-Korea ta' Isfel jergħu jibdew u jkomplu bi skop li jinstabu soluzzjonijiet paċifiċi għal kwistjonijiet li hemm bejniethom.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — car allowances
Question
B'riżultat tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru il-car allowance ta' €1737.58 kienet taxed at source mit-Teżor u allura ġiet dikjarata.
Ninforma wkoll li l-karozza għad-dispozizzjoni tiegħi hi proprejta tal-Gvern.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Vot tal-Ospitalita' għal Head Office u 25 Ambaxxata ta' Malta u Uffiċċiji Representativi fl-2011 kien jammonta għal €132,000. L-ammont oriġinali approvat fl-2012 kien ta' €131,000 u dan ġie imnaqqas għal €124,000 jiġifieri tnaqqas b'€7,000
Il-Vot Professional Services fl-2011 kien jammonta għal €47,000. L-ammont oriġinali approvat fl-2012 kien ta' €47,000 u ġie mnaqqas għal €44,000 iġifieri tnaqqas bi €3,000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna llum? Kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jekk b'visa residenzajli qed jirreferi għall-permess ta' residenza maħruġ lill-ċittadini ta' pajjiżi terzi mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, ninsab infurmat li bhalissa 10843 persuna għandhom dan il-permess jew inkella awtorizzazzjoni li joqgħodu f'Malta.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li ċittadini tal-UE u l-familja tagħhom għandhom id-dritt ta' muviment ħieles fit-territorju tal-Unjoni u għalhekk m'għandomx bżonn, la ta' visa sabiex jidħlu f'xi Stat Membru jew ta' permess biex jirresjedu f'dak lis-Stat. Dawn il-persuni huma mitluba biss jirreġistraw ir-residenza tagħhom, wara tliet xhur li jkun waslu Malta, mad- Dipartiment tac-Cittadinanza u tal-Expatriates. Meta jagħmlu hekk jinħarġilhom ċertifikat ta'din ir-reġistrazzjoni. Ninsab infurmat li 3693 persuna huma hekk rreġistrati ma' dan id-Dipartiment.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħataw l-ebda xogħlijiet mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin lill-kumpanija msemmija la b'tenderu lanqas b' direct order mill- 2004 sa llum.
Ministeru tal-Affarijier Barranin — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Viċi Prim Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul l-2011 inħarġu għaxar (10) sejħiet għal applikazzjonijiet lokalment fejn ġew ingaġġati għaxar(10) persuni. Tnejn(2) minnhom huma fuq kuntratt definit u t-tmienja (8) l-oħra huma fuq kuntratt indefinit.
L-informazzjoni dwar gradi/nomenklatura ta' mpjieg hija kif ġej :-
1 Assistent Direttur
8 Second Secretaries
1 Technical Attache'
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab għall-perjodu Marzu 2011 sa' Frar 2012, fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżett iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkonstanzi ekonomiċi internazzjonal li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali jerġa jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa' jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investiment kapitali u ta' servizzi Konsulari u oħrajn li jingħataw mill-Ambaxxati, Konsulati u Uffiċċji Rappreżentativi ta' Malta lill-Maltin u Għawdxin li jiġu bżonnhom sew f'pajjiżna jew meta jkunu imsiefra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid minn min huwa kompost t-tim diplomatiku ġewwa l-Ambaxxati Maltin fi Tripli u f'Benghazi, u jekk hemmx impjegati ta’ nazzjonalità barranin ġewwa l-istess ambaxxati?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li fl-Ambaxxata ta' Malta fi Tripoli hemm Ambaxxatur, Konslu u Second Secretary li huma Maltin, waqt li hemm tmintax (18) impjegat minn Administrative Assistant sa Cleaner li huma ta' nazzjonlità barranija.
Fil-Konsulat f'Benghazi hemm Konslu li hu Malti u żewġ (2) impjegati klerikali li huma ta' nazzjonalità barranija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma kemm iddum sabiex tinħareġ Maltese Visa, meta l-Ambaxxati Maltin fi Tripli u f'Benghazi japplikaw, meta hemm ħtieġa li nies fil-qasam tan-negozju jżuru pajjiana fuq natura kummerċjali?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull meta kien hemm il-ħtieġa li negozjanti Libjani jżuru pajjiżna fuq natura kummerċjali u għal perjodu ta' iżjed min tliet xhur, lil dawn l- inħarġitilhom visa tat-tip "D", jiġifieri National Visa, u din għal dħul multiplu. Dan it-tip ta' visa tinħareġ fi żmien ta' bejn tlett u ħames t'ijiem.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm jinħarġu Maltese Visas fil-ġimgħa meta jsiru talbiet minn ambaxxati mhux fl-Unjoni Ewropeja? Kemm idumu sabiex jinħarġu tali visas? Jista' jagħti din l-istatistika sa minn Ottubru 2011 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Waqt li ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-informazzjoni mitluba,ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-visa tat-tip "D", jiġifieri National Visa u li tingħata għal perjodu ta' iżjed minn tliet xhur, tinħareġ fi żmien ta' bejn tlett u ħames t'ijiem.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma jekk huwiex minnhu li fil-każ tal-Ambaxxata Maltija f’Tripli u Benghazi, wara li applikazzjoni għal visa tiġi miċħuda, il-flus tal-applikazzjoni ma jiġux rifonduti? Jista' jivverifika dan u għaldaqstant jipprovdi kemm-il visa ġiet miċħuda u għal liema raġuni, minn Jannar 2012 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-Kodiċi dwar il-Viżi, l-flus tal- applikazzjoni għall-viża qatt ma jiġu rifonduti jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda. Għaldaqstant dan ma jiġrix biss fl-Ambaxxati jew Konsolati Maltin fi Tripli u Benghazi imma f'kull ambaxxata u konsulat ta' Stati li huma membri tax- Schengen. Nikkonferma wkoll li kull applikant huwa konxju ta'dan peress li fuq kull formola ta' applikazzjoni, l-applikant huwa nfurmat b'dan cioe li l-ħlas għall-viża ma tingħatax lura jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi miċħuda.
Bejn Jannar 2012 sal-lum, ġew pproċessati mat-3,925 l-applikazzjoni, kif ser jingħad:
BENGHAZI - 742 l-applikazzjoni li minnhom ġew miċħuda 23 l-applikazzjoni;
u fi TRIPLI - 3,183 l-applikazzjoni li minnhom ġew miċħuda 229 l-applikazzjoni.
Ir-raġunijiet taċ-ċaħda kienu li l-applikanti ma kienux pprovdu ġustifikazzjoni għall- finijiet u l-kodizzjonijiet tas-soġġorn previst.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-ammont globali li tħallsu lill-impjegati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li kellhom xi xogħol Għawdex meta attendew seduti tal-qorti huwa ta' disgħa u disgħin ewro u ħamsa u tletin ċenteżmu (€99.35).
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk u x’tip ta' xogħol tagħmel id-ditta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għall-Ministeru? Kemm ilha tagħmel dan ix-xogħol? Kif intgħażlet? Fi żmien iċ-CHOGM kemm tħallset? Kemm tħallset kull sena minn dak iż-żmien 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ditta msemmija tagħmel xogħol ta' Events Management. Fis-snin 2005 u 2006 tħallset Lm3,428 u Lm1,298 rispettivament għal xogħol konness maċ-CHOGM u fl-2008 tħallset €6,844. Dawn saru b'ordni diretta. Fl-2010 tħallset €2,950 wara ksib ta' quotations. L-aħħar żewġ pagamenti kienu għal xogħol fuq żewġ konferenzi oħra.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — pjanijiet differenti
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi pjan li huwa differenti minn dak tal-MDG's mill-5+5?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — Skala ta' nefqa
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi skala tan-nefqa totali li se tidħol għaliha Malta għal kull sena?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fejn jaħseb li huwa il-gwadann għall-Malta b'parteċipazzjoni b'dan ir-rwol?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — fondi allokati
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk jaħsibx jekk dan hux bizzejjed u jekk hux beħsieb li jżid dan it-tip ta' parteċipazzjoni, b'fondi allokati jew f'xi forma oħra ta' għajnuna maħsuba biex dawn l-għanijiet li jinvolvu l-għajxien ta' 300 miljun ruħ jintlaqgħu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.