Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot – Kundizzjonijiet/kriterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 490, 996 u 1478 u jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku għandhom ħaddiema li jaħdmu b’mod remot, kemm hemm ħaddiema f’kull waħda minnhom, u x’inhuma l-kundizzjonijiet jew kriterji applikabbli biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem b’mod remot?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 604 u 2022.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Votanti naturalizzati – Statistika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika maqsuma skont is-sena ta’ naturalizzazzjoni tal-votanti li kienu eliġibbli biex jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Ċittadini Maltin naturalizzati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-votanti reġistrati fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026 kienu ċittadini Maltin naturalizzati?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Votanti reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ votanti reġistrati fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Proprjetajiet mixtrija minn ċittadini mhux Maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il proprjetà f’Malta u f’Għawdex inxtrat minn persuni li ma kinux ċittadini Maltin fil-mument li sar il-kuntratt bejn is-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 489, 995 u 1477 u jgħid kemm hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku li, skont in-natura tax-xogħol tagħhom, jistgħu jaħdmu b’mod remot, u kemm minnhom diġà qegħdin jaħdmu b’mod remot? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol remot isirx fuq bażi full-time, part-time jew hybrid?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għas-Servizz Pubbliku nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari  nru 604,rigward l-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru , it-tagħrif huwa kif ġej: Entita Remote working Extended Remote working Teleworking Aġenzija  Servizz.gov 49 1 / Awtorita tax-Xandir 9 5 / MITA 82 / 30

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2970 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kontinġent Malti f’New York – Settembru 2026

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2968 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministri u Segretarji Parlamentari – Karozzi uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-karozzi uffiċjali kollha assenjati lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari, bil-lista tindika: i.     in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kull vettura; ii.    il-Ministeru jew Segretarjat li għalih hija assenjata; iii.   l-għamla u l-mudell; u iv.   jekk il-vettura hijiex proprjetà tal-Gvern jew mikrija? Jista’ wkoll jindika d-data u l-prezz tax-xiri tal-vetturi li huma proprjetà tal-Gvern, u fil-każ ta’ vetturi mikrija jindika t-tul tal-kuntratt, ir-rata annwali tal-kiri, u jipprovdi kopja tal-kuntratt tal-kiri?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninfurma lill-Onor Interpellanta li hemm 22 karozza uffiċjali li jintużaw mill-ministri u s-segretarji parlamentari liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru,nirreferi lill-Onor.Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 27727 tal-Leġislatura nru 14.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-valur tal-Kuntratt li joħroġ mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-valur tal-Kuntratt li joħroġ mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 3037.

Servizz Pubbliku - Remote working

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku li qed jaħdmu permezz ta’ arranġamenti ta’ remote working, minn kemm ilha li ġiet introdotta, maqsuma sena b’sena u jindika f’liema ministeru, dipartiment jew entità jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġba tal-Mistoqsija Parlamentari  nru 604.

Flexi-week

Question

Fost dawk li bdew jaħdmu bil-flexi-week, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema modalità ta’ xogħol għażlu (inkluż, iżda mhux limitat għal, tqassim tas-sigħat fuq erbat ijiem jew modalitajiet oħra previsti), u kemm hemm persuni li għażlu kull waħda minn dawn il-modalitajiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li mid-data li ġiet introdotta l-miżura tal-Flexi Week fis-Servizz Pubbliku kien hemm 654 impjegat li għamlu użu minn din il-miżura. Minn dan l-ammont, 323 impjegat ħadmu fuq bażi ta’ erbat ijiem (4-day week), 170 impjegat ħadmu fuq bażi ta’ ħamest ijiem (5-day week), u 161 impjegat ħadmu fuq bażi ta’ sitt ijiem (6-day week).

Flexi-week - Talbiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet (requests) għall-flexi-week minn meta ġiet introdotta, maqsuma skont is-sena?  Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm minnhom ġew miċħuda?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari  nru 1705.

Ħatriet pubbliċi - Bilanċ bejn il-ġeneri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-ħatriet pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Amministrazzjoni tassigura li meta jsiru ħatriet pubbliċi dejjem isiru abażi tal-meritokrazija u abilita’ u qatt b’diskriminazzjoni fir-rigward tal-ġeneru. Infatti kull sejħa hija ndikattiva ta’dan u l-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi tassigura dan il-prinċipju.

Is-Settur pubbliku - Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li d-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards (People and Standards Division) tfassal il-politiki tar-riżorsi umani u tal-ugwaljanza fl-Amministrazzjoni Pubblika sabiex tiżgura li l-postijiet tax-xogħol jibqgħu inklużivi u ġusti. Fil-fatt id- Diviżjoni ingħatat il-marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE. Din tingħata lil organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jqisu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni bħala valuri fundamentali. Id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards, li topera taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tiggwida l-implimentazzjoni tal-valuri tas-Servizz Pubbliku. Id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards tiżgura li l-operat tas-settur pubbliku jkun allinjat mal-prinċipji kostituzzjonali ta’ non-diskriminazzjoni, li jkopru s-sess, l-età, ir-razza, ir-reliġjon u d-diżabilità. Tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru (gender mainstreaming) u standards ta’ ugwaljanza madwar l-entitajiet pubbliċi, flimkien ma’ oqfsa regolatorji bħall-Kodiċi ta’ Ġestjoni tas-Servizz Pubbliku (Public Service Management Code) kif ukoll permezz tal-Equality Policy. L-Uffiċjali fi ħdan id-Diviżjoni jingħataw taħriġ mill-NCPE.