Legislature:
Category:
Reset
Active:

liġi finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38297, 38055, 37814 u 37569 u jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

fabbrika Braziljana li topera f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38298 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38053, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-160 fabbrika li ddeċiedu li jespandu jew jiftħu f'Malta u kemm hu l-investiment f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38277, 38161 u 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38385 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji li jħallsu t-taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38448 u jgħid kemm kien hemm persuni u kumpaniji li ħallsu t-taxxa tad-dħul u kemm kien id-dħul mill-Income Tax minn Malta u minn Għawdex separatament għas-sena ta’ stima 2012? Jista’ jagħti din l-informazzjoni (i) għall-kumpaniji u (ii) għall-persuni individwali? Jista’ jagħti t-tagħrif dwar il-persuni individwali skont il-ħames kategoriji segwenti: a) persuni li għandhom numru taħt in-NACE b) persuni f’impieg jew kariga ċ) pensjonanti d) Persuni f’sengħa, negozju, professjoni eċċ e) Dħul ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Taxxa tal-VAT minn Malta u Għawdex miġbura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38449 u jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT minn Malta u minn Għawdex separatament fl-2011 u din is-sena sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ishma u assi li nbiegħu mill-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmanetari 38440 u jgħid x’kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena mill-2003 sal-lum? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u assi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

St. Philips Hospital — negozjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38142, 37386 u 37071 u jgħid meta bdew in-negozjati ma' St. Philips Hospital li eventwalment wasslu għal ftehim propost? Jista' jagħti t-time lines tal-istadji kollha tan-negozjati u minn min saru min-naħa tal-gvern? Meta ddaħħlu fl-istorja kollha l-Foundation for Medical Services? Min rrapreżenta lill-fondazzjoni fl-istadji varji tan-negozjati u dan ix-xogħol ġie farmed out lil terzi? Jekk iva, lil min? Jikkonferma rapporti li n-negozjati bdew madwar sitt xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008? X’kienu l-alternattivi li ġew ikkunsidrati? Minn min saru dawn l-istudji dwar siti jew premises alternattivi? Jista' jippublika l-minuti u d-dokumenti kollha marbutin ma' dawn in-negozjati inklużi minuti tal-laqgħat kollha li saru? Liema kienu l-auditing firms allegatament involuti fin-negozjati f’isem il-gvern u anki s-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Tender dwar energy saving li għadu ma ġiex aġġudikat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38156 u jgħid x'inhi r-raġuni li tender dwar energy saving li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għalaq fil-15 ta' Mejju 2012 għadu ma ġiex aġġudikat s'issa u dan meta energy saving campaigns għandhom jkunu ta' prijorità ta' kull amministrazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

ARMS Ltd — administrative charges

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ARMS Ltd, qed iżommu rata ta’ 35% bħala administrative charges meta jiġu biex jaħdmu kontijiet fuq bażi ta’ bulking, meta l-kontijiet ikunu weħlu minħabba s-sistema tal-ARMS Ltd u mhux minħabba l-individwu kkonċernat? Jista’ jgħid għalfejn dawn l-administrative charges, meta dan l-eżercizzju ma jiswa xejn żejjed? Jista’ jgħid ukoll għalfejn ARMS Ltd qed jimponi 5% rata fuq l-arretrati ta’ kontijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

problemi fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38466 u jgħid fejn jista' jirrikorri l-pubbliku meta jkun hemm każ ta’ problema fis-sistema tad-drenaġġ li tista' tkun kkawżata lil terzi mill-ġirien li jgħixu fuq jew inkella fil-madwar ta’ xi post ta’ persuna oħra fejn ikun qed jirriżulta li qed ikun hemm problem fl-istess sistema tad-drenaġġ possibilment anke minħabba li servizzi ta’ drenaġġ ma jkunux saru kif suppost? X’rimedji jistgħu jsiru f’każijiet bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38425, 38117, 37812 u 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

qtugħ tal-provvista tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37658, 36979 u 37257 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Casino Dragonara — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentar 36980 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li intlaħaq mal-operaturi privati tal-Casino Dragonara dwar dan l-istess casino?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

National Accounts — breakdown - diskrepanza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38001 u cioè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37327, jista’ l-Ministru jispjega kif iċ-ċifri mogħtija lilu juru li fit-tieni kwart tas-sena 2012 in-nefqa kapitali tal-gvern kienet ta’ €49m, filwaqt li ċ-ċifri tal-finanzi pubbliċi ppubblikati ġimgħa ilu mill-NSO qed juru nefqa kapitali ta €9m biss, li jfisser diskrepanza ta' €40m? Din id-diskrepanza ta’ €40m fi n-nefqa kapitali hija dovuta għall-inkluzjoni tad-dħul tal-konċessjoni tal-lottu lill-Maltco, li qed titnaqqas min-nefqa kapitali tal-gvern fit-tieni kwart tal-2012? Jekk din mhiex ir-raġuni ta' din id-diskrepanza jista' l-Ministru jagħti spjega ċara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Żieda fl-ammont massimu ta' tnaqqis f'taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel pivati li fl-2012 gawdew miż-żieda fl-ammont massimu ta' tnaqqis f'taxxa fuq il-miżati u kemm kien l-ammont iffrankat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Għajnuna finanzjarja għall-każini tal-baned

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar fuq l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-każini tal-baned biex tgħinhom fit-taħriġ u t-tagħlim mużikali taż-żgħażagħ u x'kien l-investiment li sar fuq din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

problemi fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jista' jirrikorri l-pubbliku meta jkun hemm każ ta’ problema fis-sistema tad-drenaġġ li tista' tkun kkawżata lil terzi mill-ġirien li jgħixu fuq jew inkella fil-madwar ta’ xi post ta’ persuna oħra fejn ikun qed jirriżulta li qed ikun hemm problem fl-istess sistema tad-drenaġġ possibilment anke minħabba li servizzi ta’ drenaġġ ma jkunux saru kif suppost? X’rimedji jistgħu jsiru f’każijiet bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — entitajiet tal-internal audit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35525 u jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.