B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5941, tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena
akkademika 2010/2011 bdew jaħdmu jew sabu xogħol f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ’l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 100 student gradwat Għawdxi li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011 u li bdew jaħdmu minn Lulju 2011 'il hawn. Dawn sabu xogħol 83 f`Malta u 17 f`Għawdex.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gradwazzjoni ta' dawn l-istudenti saret bejn Novembru 2011 u Diċembru 2011.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies taħt l-iskema tal-Employment Aid Programme f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena fl-2009, fl-2010 u din is-sena sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Malta ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?
Tista' tgħid ukoll kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Għawdex ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm
minnhom għadhom jaħdmu mal-istess
employer
li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’
employer
differenti llum? Kemm
minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
każ ta' tifla li għandha bżonn l-għajnuna fil-klassi
Question
Peress li t-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minkejja li ġiet statemented għadha mingħajr għajnuna fil-klassi, tista' l-Ministru tara li din l-għajnuna tingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatementing Moderating Panel f’Lulju ta’ 2010 kien irrakkomanda li t-tifla jkollha għajnuna mill-LSA li diġà hemm fil-klassi u li tattendi il-programm ta’ ‘ALERT’. Il-ġenituri kellhom dritt jappellaw min din id-deċiżjoni jekk ma qablux ma’ dawn ir-rakmandazzjonijiet.
Fil-fatt l-iskola qiegħda fil-proċess li tappella l-każ biex jidher quddiem il-Bord tal-Appell.
informazzjoni dwar studenti fl-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja
Question
B'referenza għal kull istituzzjoni edukattiva post-sekondarja, tista' l-Ministru tindika:
a) in-numri ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2010/2011 maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja; u
b) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2010/2011 imma li rriżenjaw/telqu/abbandunaw il-kors tagħhom u dawn maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
informazzjoni dwar studenti li qed jippreparaw għall-eżamijiet tal-MATSEC
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-gvern li bħalissa qed jippreparaw għall-eżamijiet tal-MATSEC (livell avvanzat u intermedjarju) fil-kimika, fiżika u bijoloġija rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skola Primarja ta' Raħal Ġdid — ħlas għat-trasport għall-ħruġ
Question
Tista' l-Ministru tara kif il-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Raħal Ġdid intalbu jħallsu €2 għat-trasport għall-ħarġa sal-kumpless Gallarija fil-Fgura, li jinsab f'distanza ta' ftit minuti mixi mill-istess skola, meta ftit ġimgħat ilu, għall-ħarġa sal-Mellieħa għat-trasport kienu mitluba jħallsu €1.60? Tista' tassigura li m'hemmx min qed jipprova jagħmel profitt minn fuq dawn il-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-prezz ogħla għaliex ogħlew il-quotations għat-trasport. Għalkemm id-distanza hija qasira, it-tfal iridu jaqsmu toroq arterjali u traffikużi u għalhekk għas-saħħa u sigurta tat-tfal, il-Kap hija tal-opinjoni li aħjar jintuża t-trasport. Madanakollu, id-Direttorat ta’ struzzjonijiet lill-Kap biex tara jekk jistax ikun hemm alternattiva oħra, jew xi attività oħra li t-tfal jistgħu jattendu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu jew le li xi skejjel mhux qed iqassmu aktar ħalib lit-tfal għaliex iddeċidew li l-fondi li normalment jintużaw għax-xiri tal-ħalib, intużaw għax-xiri ta' interactive whiteboards?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-interactive whiteboards li qed jitqassmu fl-iskejjel tal-istat ma nxtarawx minn fondi lokali iżda permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-proġett ERDF eXS4ALL. B’hekk ma jistax ikun li l-iskejjel mhux qed iqassmu ħalib lit-tfal għax il-fondi ntużaw għal xiri ta’ interactive whiteboards.
Awtorità ta' Djar — approvazzjoni ta' kuntratt għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Tista' l-Ministru tispjega għalfejn kuntratt li ġie ffirmat bejn koppja miżżewġa bit-tfal u l-Awtorità tad-Djar, dwar akkomodazzjoni soċjali alternattiva, ma ġiex implimentat minkejja li l-istess kuntratt ilu ffirmat madwar erba' xhur? X'iżomm lill-Awtorità tad-Djar milli tagħti ċ-ċwievet lill-inkwilini l-ġodda għal dan iż-żmien kollu? Jekk dawn huma riżultati ta' proċeduri burokratiċi, tista' tara li dawn il-proċeduri jinbidlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy attwali dwar postijiet alternattivi hija li inkwilini ġodda jingħataw il-pussess vakant u ċ-ċwievet tal-post allokat lilhom mal-iffirmar tal-kuntratt ta’ kirja.
Nitlob lill-Interpellant jagħti aktar informazzjoni lill-Awtorità tad-Djar sabiex din tkun tista’ tinvestiga il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità f'pajjiżna? Tista' tgħid kemm minn dawn huma studenti, kemm minnhom jinsabu fid-dinja tax-xogħol u oħrajn li qed ifittxu xogħol jew ma jistgħux jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar skemi jew informazzjoni u kondizzjonijiet biex wieħed jiftaħ pre school għal tfal żgħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali jieħu ħsieb standards ta’ child care facilites għall-etajiet 0-3 u mhux ta’ pre school jew kindergarten. Sabiex wieħed ikun jista’ jiftaħ childcare facility irid jagħmel dan billi jikkonsulta in-National Standards for Child Day Care Facilities li ħargu fl-2006. Wieħed għandu jagħmel kuntatt mal-WSAU (Welfare Services Assessment Unit) fi ħdan id-Dipartiment għall-għajnuna u pariri professjonali dwar x’għandu jagħmel sabiex jiftah child day care facility.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġie deċiż li l-programm taż-żgħażagħ, Youth Employment Programme jintwera s-Sibt fid-9.00pm fuq Channel 22, meta ħafna żgħażagħ ikunu barra jiddevertu dak il-ħin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-programm taż-żgħażagħ Youth Employment Programme minbarra fuq Channel 22 fid-9.00 p.m. is-Sibt filgħaxija jintwera ukoll il-Ħadd fl-10.00 a.m. u 4.20 p.m. u nhar ta’ Tlieta fis-7.30 p.m.
Dan il-programm jintwera ukoll fuq TVM nhar ta’ Ħadd fit-8.30 a.m. u nhar ta’ Erbgħa fil-11 a.m.
Tista' l-Ministru tgħid kemm u minn liema sezzjoni tnaqqas l-overtime fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u jekk il-ħaddiema tal-general hand ġewx affettwati minn dan it-tnaqqis?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-overtime jingħata mid-Dipartimenti u s-sezzjonijiet kollha fid-Direttorati tal-Edukazzjoni skont il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz. Il-ħaddiema b’grad ta’
general hand
jinsabu f’diversi Dipartimenti u fejn inħass li mhux meħtieġ overtime dan ġie mnaqqas skont il-ħtiġijiet ta’ dak id-Dipartiment.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24384 u 26702, tista’ l-Ministru tgħid meta se jitfasslu l-istandards meħtieġa mid-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali minkejja li dan id-dipartiment ilu mwaqqaf għal bosta snin? X’inhu r-rwol eżatt ta’ dan id-dipartiment? Xi spezzjonijiet regolari twettqu s-sena l-oħra mill-impjegati ta’ dan id-dipartiment u f’liema servizzi twettqu? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-irwol tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali hu li jaħdem sabiex jiżgura li s-servizzi soċjali offruti f’Malta huma ta’ kwalita’ tajba. Id-Dipartiment jagħmel dan billi jippubblika kriterji, Standards u linji gwida għall-oqsma differenti ta’ servizzi soċjali li jgħin lis-servizzi jilħquhom u li jispezzjona s-servizzi sabiex jiżgura li s-servizzi ma jħaddnux prattiċi li huma ta’ riskju għal min qed jużahom.
Fl-2006, id-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali ppubblika l-Istandards Nazzjonali għall-faċilitajiet tat-tfal ta’ matul il-jum u kif ukoll Standards għat-tfal fid-Djar Residenzjali li ġew ippublikati fl-2009. Id-Dipartiment bħalissa qed jaħdem sabiex jippublika Standards u Kriterji għal servizzi li jgħinu nies bi problemi ta’
addiction
, kif ukoll Standards u Kriterji għall-Aġenziji tal-Adozzjoni. Id-Dipartiment jagħmel riċerka sostanzjali u jikkollabora ma’ diversi persuni u entitajiet sabiex ikunu jistgħu jitfasslu l-Istandards u liniji gwida u kriterji.
Fir-rigward ta’ servizzi mmirati li jgħinu persuni b’diżabilita’, d-dipartiment japprezza li dan huwa qasam importanti ħafna u huwa ppjanat li jibda jaħdem sabiex jirregola dan il-qasam fil-futur qrib.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport Annwali tal-2010 li jispjega l-ħidma ta’ dan id-Dipartiment.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26700, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prinċipji li jħaddnu d-Djar Residenzjali tal-Fejda u Jean Antide li qed joffru servizzi utli għat-tfal u żgħażagħ feminili? X’inhuma l-istandards li qed jimxu fuqhom dawn id-Djar Residenzjali? X’inhuma r-rakkmandazzjonijiet tat-Task Force InterMinisterjali biex jitjiebu dawn is-servizzi li qed jingħataw lil dawn l-addoloxxenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità tagħtix għajnuna prattika lill-persuni li ghandhom nuqqas ta’ saħħa mentali minħabba li m'hemmx kummissjoni oħra li tista’ tgħinhom? Jekk iva, x’tip ta’ għajnuna offriet lil dawn il-persuni (u l-qraba tagħhom) f’din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD) toffri numru limitat ta' servizzi ġenerali fil-qasam tal-persuni b'diżabilita', peress li r-responsabbilta' prinċipali tagħha hi li tara li tiġi implimentata l-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') tal-2000.
Il-Liġi Opportunitajiet Indaqs tiddefinixxi diżabilita bħala “nuqqas fiżiku jew mentali li jillimita b’mod sostanzjali xi attività vitali maġġuri waħda jew iktar minn waħda ta’ dik il-persuna” u għalhekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD) tinvestiga każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali bħal ma tagħmel meta tirċievi lmenti minn persuni b'diżabilita' oħra.
Mill-2008 sa issa, il-KNPD investigat żewġ każijiet ta’ allegat diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol fuq persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, fir-rigward ta’ trattament minn kollegi. Wieħed ingħalaq u l-ieħor għadu qed jiġi investigat. Il-KNPD bħalissa qed tinvestiga wkoll ilment ta’ diskriminazzjoni li rċeviet minħabba nuqqas ta’ aċċessiblita fis-Psychiatric Unit fil-Komunita li hemm fil-Furjana.
Il-qasam tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali hu inkluż fix-xogħol kollu li tagħmel il-KNPD, inkluż riċerka, rapporti,
policies
u pubblikazzjonjiet oħra, taħriġ u attivitajiet oħra ta’ żieda ta’ għarfien dwar l-oqsma tad-dizabilita’.
Fix-xogħol kollu tagħha l-KNPD qatt ma teskludi l-persuni b'saħħa mentali, pero' fl-istess waqt tinnota li teżisti wkoll Kummissjoni għas-Saħħa Mentali u għaqdiet volontarji li huma ir-responsabbilta' tagħhom li, flimkien ma' aġenziji u dipartimenti governattivi jipprovdu servizzi speċifiċi ta' saħħa mentali li ma jaqgħux taħt il-hidma tal-KNPD
Tista' l-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk tal-għoli tal-ħajja lill-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li meta jikkuntattjaw l-uffiċċju dejjem jgħidulhom li dalwaqt jirċevuh imma s'issa għadhom ma rċevew xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-labour supply, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena
mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011? Tista’ tgħid kemm minnhom, f’kull każ, kienu jaħdmu bi qliegħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema fis-settur privat fil-produzzjoni diretta u servizz tas-suq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat,fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u
nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011? Tista’ tagħti din
l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament
fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar
ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.