Jista' l-Ministru jara x'sar mill-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn ġew il-periti u kellhom jirranġaw il-gallariji imma x-xogħlijiet għadhom ma bdewx?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar se toħroġ diversi tenders fil-ġimgħat li ġejjin sabiex isiru xogħlijiet simili f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tas-sigurtà soċjali jikkuntatjaw lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li minkejja li ma qabżitx l-ammont ta' flus il-bank, xorta qatgħulha xi benefiċċji tar-romol?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — pendenzi għall-pagamenti għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Qrati tal-Ġustizzja: nil
- Dipartiment għal Ħarsien tas-Servizzi Soċjali: nil
- Awtorità tad-Djar: nil
- MCESD: nil
- MEUSAC: nil
- Kummissarju għat-Tfal: nil
- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali: nil
- Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali: nil
- Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil
- Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji: nil
- Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabiltà: €14,952 għal 2
tenders
, wieħed fuq produzzjoni ta’ DVD u l-ieħor għal Konsulenza ta’ Perit
- Sigurtà Soċjali: €32,218.31 għal 31
tender
għal diversi servizzi.
Jista' l-Ministru jara x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ġiet morija xi appartament mill-Awtorità tad-Djar u ma kenux tajbin għal ħtiġijiet tagħha, tiġi mogħtija post tal-gvern minħabba l-kundizzjoni tagħha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’anqas minn għaxar xhur l-Awtorità tad-Djar diġà offriet lil din l-applikanta tlett postijiet fl-Imgarr, Attard u M’Scala liema postijiet ġew rifjutati mill-applikanti. Fl-opinjoni tal-Awtorità tad-Djar dawn il-postijiet kollha kienu addattati għal ħtieġijiet ta’ din il-familja. Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għandha 327 applikanti li jixtiequ jbiddlu.
Fid-dawl ta’ diversi rapporti inklużi uħud fil-media lokali li għad hemm għadd ta’ xogħlijiet li baqgħalhom isiru fil-blokk ta' li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, hekk kif mressqin mill-inkwilini nfushom, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità tad-Djar se tiżgura flimkien mad-dipartimenti l-oħra kkonċernati, li dan ix-xogħol isir mingħajr aktar dewmien u inkonvenjent għar-residenti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar kitbet ittra lis-sid ta’ wieħed mill-appartamenti fil-5 t’Ottubru, 2012, sabiex joħroġ is-sehem tal-ispejjeż skont l-Att dwar il-Kondominju, Kap 398.
F’każ li ma jonorax l-obbligi tiegħu, il-każ jgħaddi lis-Sezzjoni Legali.
Fir-rigward tal-benefiċċju speċjali li jingħata f’forma ta' allowance lil min jagħlaq it-80 sena, jista' l-Ministru jikkonferma jekk fis-sena li jagħlaq it-80 sena jiħux l-ammont sħiħ imwiegħed fil-budget jew biss parti proporzjonali għax-xhur tas-sena li fiha jkun għalaq it-80 sena, billi allegatament kien hemm min ingħata €50 biss?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li kif infurmajt din il-kamra fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37440, dawk l-anzjani li laħqu l-eta’ ta’ 80 matul is-sena kurrenti qegħdin jieħdu somma pro-rata ta’ €300 li tkopri mid-data li fiha jilħqu 80 sal-aħħar tas-sena.
Inżid ukoll illi kull anzjan li matul is-sena kurrenti irċieva jew ser jirċievi is-somma ta’ €300 jew parti minnha, f’Jannar tas-sena d-dieħla jirċievi l-ammont sħiħ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kera tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, żdiedet minn xi €20 kulll tliet xhur għal aktar minn €213 kull tliet xhur?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tal-familja ndikata hija maħduma tajjeb skont il-kuntratt li ġie iffirmat fit-12 ta’ Lulju 2012.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm ta' żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna risposta mill-Bord tal-Invalidità fejn meta kelmithom qalulha li trid tistenna xi 5 xhur imma s'issa għadha ma rċeviet xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu ma ħax il-flus taż-żieda tat-Tarzna u kull meta jċempel l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali jgħidulu li se jirċievih dalwaqt?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara x'ġara mill-applikazzjoni tas-sussidju tal-kera tat-telefon ta' koppja anzjana li d-dettalji dwahra qed jidhru separatamet li minkejja li ilha li applikat tliet xhur għadha bla sussidju?
Response (SAID, CHRIS)
Nitlob lill-Onor interpellant biex jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru tas-Saħħa u Kura għall-Anzjani.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li wara seba' snin, se jneħħilha l-blue sticker meta l-kundizzjoni fiżika tagħha marret għall-agħar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant applika ghall-Blue Badge l-ewwel darba fis-sena 1999 u kkwalifika. Hargitlu Blue Badge li kienet tiskadi fis-sena 2004. Din giet ritornata meta skadiet.
Rega' applika fis-sena 2005 u kkwalifika ghal mod temporanju sal-bidu tas-sena 2009. Qabel ma skadiet applika fis-sena 2008 ghal wahda gdida u din id-darba ma kkwalifikax. Il-Blue Badge skaduta giet ritornata.
Rega' applika fl-ahhar tas-sena 2009 u ma kkwalifikax. Din id-darba appella imma l-Bord xorta wahda ra li l-persuna ma jikkwalifikax.
Rega' applika fl-ahhar tas-sena 2010 u t-tabib tal-KNPD tah il-Blue Badge b'mod temporanju ghal sentejn.
F'Settembru 2012 rega' applika biex igedded il-Blue Badge u t-tabib ra li l-persuna ma tikkwalifikax ghall-Blue Badge.
L-ufficjal inkarigat mis-Servizz tal-Blue Badge fil-KNPD bghatitlu ittra biex jirritorna l-Blue Badge skaduta u sal-lum dan ghadu ma rritornahiex.
Għawdex — Qorti - fast track biex l-avukati jidħlu fil-bini
Question
Peress li fil-Qorti ta' Malta l-avukati u l-uffiċjali tal-Qorti għandhom sistema ta' fast track biex jidħlu fil-bini tal-qorti u peress li f'Għawdex ma teżisti ebda sistema ta' dan it-tip għaliex l-avukati qiegħdin jiġu suġġettata għat-tfitxija bħal kull persuna oħra li tidħol il-qorti u allura ħafna drabi jispiċċaw jistennew wara l-kju tan-nies, ma jaħsibx il-Ministru li għalhekk li għandu jkun hemm sistema uniformi fejn l-avuakti Għawdxin ikollhom sistema bħalma hemm f'Malta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta l-avukati u ufficjali tal-Qorti li jidhlu mill-bieb principali jghaddu mill-process kollu ta’ tiftix. L-istess isir fil-Qorti tal-Familja. F’diskussjonijiet li saru fl-ahhar gimghat hemm qbil li l-istess process jibda jintuza ukoll mill-bieb li hemm fi Triq Santa Lucija li jintuza mill-avukati biex b’hekk it-tfittxija tkun qed issir f’kull access ghal- Qorti.
Jista' l-Ministru, stante l-fatt li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għad li rikorra fl-uffiċċju rispettiv u ma ħa l-ebda tweġiba, jingħata raġuni għalfejn l-pensjoni tiegħu ma ġietx riveduta u li konsegwentement qed jirċievi anqas minn persuni oħra li kienu tal-istess grad bħalu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37778, jista' l-Ministru jgħid ir-raġunijiet u jingħataw ċifri għal dan il-qtugħ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in konnessjoni ma Mistoqsija Parlamentari 37778 irrid inzid dan li gej:
Skond l-informazzjoni li għandna, b’kollox twaqqfu 1,666-il talba ta’ l-Għajnuna tal-Qgħad bejn Jannar – Settembru 2012. Tajjeb li tkun infurmat ukoll li dawn l-1,666 fil-verita’ jirrapreżentaw 1,609 persuna għax kien hemm minnhom li kellhom aktar minn talba waħda għal Għajnuna tal-Qgħad li twaqqfet.
Raguni
Ghadd
Ircevew Pensjoni
6
Sabu mpjieg
29
Qabzu l-iskala tal-mezzi stabbilita
17
Inqatghu mir-registrar
15
Mhux aktar intitolati
119
Waqfu jirregistraw
1449
Sospizi ghal investigazzjoni
4
Sospizi temporanjament
27
TOTAL
1666
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità u għal kull resident li jgħix f’xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghas-sena 2011 l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum huwa ta` € 10,952 fis-sena ghal-kull klijent individwali u ta` €57,406 fis-sena għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ tfal li ġew irrappurtati lill-Pulizija għax kienu abbandunati mill-ġenituri tagħhom matul il-ħames snin li għaddew? Mil-liema lokalitajiet kienu ġejjin dawn il-każijiet? Kemm minnhom dawn it-tfal spiċċaw b’care order?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghall-fini ta din ir-risposta, Agenzija APPOGG tiddefinixxi tfal abbandunati meta ma jkunx hemm tracci tal-genituri fil-punt tal-Ordni tal-Harsien.
Matul dawn l-ahhar hames snin kien hemm zewgt kazijiet ta’ tfal li gew abbandundati f’Cospicua u fir-Rabat rispettivament u li saret hidma mal-pulizija. Dawn iz-zewg minuri gew prottetti bl-Ordni ghall-Harsien.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34323, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-professjonisti u l-email addresses tagħhom li jaħdmu fis-servizzi msemmija f’din il-mistoqsija speċjalment għall-benefiċċju tal-klijenti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ismijiet tal-professjonisti u l-email addresses tas-servizzi varji fi hdan il-Fondazzjoni Ghal-Servizzi ta’ Harsien socjali jinsabu hawn that imsemmija.
FSWS
Human Resources Department
HR Manager Vivienne Mallia Goham vivienne.mallia@gov.mt
Agenzija Sapport
Social Work Services:
Assitant Manager Carmen Burmingham carmen.burmingham@gov.mt
Leader Lorraine Gauci lorraine.a.gauci@gov.mt
Community Services
Assitant Manager Carmen Burmingham carmen.burmingham@gov.mt
Leader Vanessa Caruana vanessa.caruana@gov.mt
Residential Services
Services Manager Elaine Galea elaine_galea@hotmail.com
Resource Services
Services Manager Elaine Galea elaine_galea@hotmail.com
Day Services
Services Manager Mauro Farrugia mauro.farrugia@gov.mt
Services Executive Adreana Sammut adreana.sammut@gov.mt
Agenzija
sedqa
Care Services
Manager Manuel Mangani manuel.mangani@gov.mt
Asstant Manager Godwin Saliba godwin.saliba@gov.mt
Drugs Community Team
Unit Leader Bridget Fava bridget.bonnici@gov.mt
Alcohol & Gambling Community Team
Unit Leader Stephanie Caruana stephanie.b.caruana@gov.mt
Substance Misuse Out-Patients Unit (Detox)
Nursing Officer Joe Caruana joseph.k.caruana@gov.mt
Substance Misuse In-Patient Unit (Dar l-Impenn)
Unit Leader Renato Camilleri renato.camilleri@gov.mt
Komunita’ Santa Marija & Zerniq (Residential Programmes)
Unit Leader Jacqueline Zammit jacqueline.c.zammit@gov.mt
Psychology and Family Therapy Services
Unit Leader Antonella Mizzi antonella.mizzi@gov.mt
Agenzija APPOGG
Out of Home Care Programme
Service Manager Dr Patricia Bonello patricia.bonello@gov.mt
Intake and Protection Services
Service Manager Ms Ruth Sciberras ruth-rose.sciberras@gov.mt
Family and Health Services
Service Manager Ms Mary Anne Gauci marianne.gauci@gov.mt
Community Services
Service Manager Ms Catherine Fleri Soler catherine.fleri-soler@gov.mt
Children and Young Person’s Support Services
Service Manager Ms Graziella Castillo graziella.castillo@gov.mt
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time mal-Aġenzija Sapport? X’inhi r-raguni li din l-aġenzija għadha tħaddem ħafna part-timers għad-detriment tar-residenti u klijenti ta’ din l-aġenzija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Aġenzija SAPPORT tħaddem 352 impjegat: 302 full-time u 50 part-time. Il-persentaġġ huwa ta’ 85.8% full-time u 14.2% part-time. Il-bżonn li l-Aġenzija tħaddem numru ta’ part-timers huwa kbir minħabba li l-ħinijiet li jistgħu jagħtu part-timers jakkomodaw kemm il-mili ta’ xiftijiet li ma jkunux koperti minn full-timers minħabba li jkun hemm perjodi matul il-ġurnata fejn hemm iktar bżonn ta’ assistenza minn ħinijiet oħrajn. Dan huwa l-każ b’mod partikulari fis-Servizzi Residenzjali fejn għandek ċertu ħinijiet matul il-ġurnata fejn ikollok bżonn sitt ħaddiema fir-residenza filwaqt li f’ħinijiet oħra tkun trid ħafna inqas ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Il-part-timers huma ukoll iktar f’posizzjoni li joffru servizz għal ħin qasir (numru ta’ sigħat) mill-ġurnata. Dan huwa partikularment utli fejn jidħlu s-Servizzi fil-Komunità minħabba li ħafna drabi t-talba mill-persuni b’diżabilità tkun għall-għajnuna waqt ftit sigħat fil-ġimgħa f’mumenti diversi matul il-ġurnata, u għalhekk persuna fuq part-time tkun iktar flessibli biex tindirizza dawn il-bzonnijiet. Barraminhekk, f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza fejn ikun hemm sick leave jew injury leave, huwa ħafna iktar faċli li timla x-xiftijiet b’impjegati li huma part-timers għax jaf ikunu iktar disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar peress li marida b'qalba u għadha tgħix waħidha fil-fond li biex tidħol f'darha trid titla taraġ għoli u għanda sular u aktar, għadha mingħajr risposta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni toqgħod ġo post tal-Gvern fl-ewwel sular. Hija tixtieq tpartat ma’ post isfel peress li għandha problema ta’ mobilita’. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika akkommodazzjoni alternattiva għal din l-applikanta. Il-lokalitajiet preferuti mill-applikanta huma Paola, Bormla u Birgu.