Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Karozzi mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza mikrija għandu l-Ministeru tiegħu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u n-nefqa annwali ta’ din il-kera?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu żewġ karozzi uffiċjali mikrija – dik tiegħi bħala Ministru u tas-Segretarju Parlamentari. Dawn il-karozzi jinkrew bir-rata ta’ €46 kuljum.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha 21 karozza mikrija b’kirjiet li jibdew minn €9 sa €27 kuljum.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti/persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Persuna waħda hija minn barra l-Unjoni Ewropea.
Servizz fis-settur turistiku — Xogħol ta’ spettorat
Question
Fir-rigward ta’ kull entità pubblika li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, jista’ l-Ministru jelenka, skont kull entità, kemm hemm persuni li jagħmlu xogħol ta’ spettorat (irrispettivament tal-mod kif desrkitt) fir-rigward ta’ kull min joffri xi servizz fis-settur turistiku? Jista’ jelenka wkoll separatament in-numri ta’ persuni li jagħmlu din it-tip ta’ ħidma f’Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għandha total ta’ 25 persuna li jagħmlu xogħol ta’ spettorat – 19-il persuna f’Malta u 6 oħra f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inħass il-bżonn li jintuża crew barrani b’mod speċjali fl-irwoli ta’ Head of Departments biex jinġibed il-clip qasir li ġie ffilmjat bil-protagonist li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-ispejjeż ta’ dan il-crew, kemm-il persuna kienet involuta, l-ispejjeż ta’ flights, akkomodazzjoni, trasport, per diems u oħrajn u jagħti rendikont ta’ kollox separat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għal clip li sar għall-Mediterrane Film Festival ta’ din is-sena, 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-iSkills Card minn meta din ġiet introdotta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 4,082 kandidat irreġistraw għall-iSkillsPass.
L-iSkills Pass hija maqsuma f’żewġ fażijiet:
1. L-ewwel fażi jagħmilha kull registant u din issir onlajn. 92% tal-applikanti għaddew minn din il-fażi li tinkludi:
a) Il-Basic Maltese Tourism Product Kors u Eżami
b) Il-Basic Customer Care Kors u Eżami
c) L-Essential English for Hospitality Kors u Eżami
d) English Proficiency Test
e) Eżami skont il-Familja tax-Xogħol (Housekeeping, Bar Staff, Kitchen Staff, Food and Beverage Service, Front Office jew Oħrajn).
2. It-tieni fażi hija l-intervista li ssir ma’ assessuri onlajn u l-kandidati jattendu għal din l-intervista fiċ-Ċentru tal-VFS tal-għażla tagħhom jew l-ITS stess. Din il-fażi jagħmluha dawk li għadhom qed japplikaw għall-ewwel permess tax-xogħol biex jaħdmu Malta u dawk li ilhom jaħdmu Malta għal inqas minn sena. 47% ma għaddewx minn din il-fażi.
Dan iffiser li 51% tal-applikanti kollha m’għaddewx.
L-applikanti ġejjin primarjament minn dawn il-pajjiżi:
· Nepal
· Indja
· Kolombja
· Il-Filippini
· Pakistan
· Bangladesh
· Serbja
· Albanija
· Emirati Għarab Magħquda
Sri Lanka.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-ħlas għal-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?
Wara li tħabbar li Isle of MTV ser isir nhar is-16 ta' Lulju 2024, jista' l-Ministru jgħid x'koordinazzjoni saret u x'konsultazzjoni saret sabiex jiġu evitati kunflitti ma' attivitajiet oħra li jsiru nhar is-16 ta' Lulju - b'mod partikolari l-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta li tinżamm dejjem nhar is-16 ta' Lulju ta’ kull sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-data tal-kunċert Isle of MTV tiġi deċiża mill-organizzaturi tal-festival u mhux mill-Ministeru jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-ġurnata ġeneralment tkun it-Tlieta, u f’dawn l-aħħar snin il-festival beda jsir it-tielet Tlieta tax-xahar ta’ Lulju. Madanakollu, ninfurmah ukoll li saru t-taħdidiet neċessarji bejn il-partijiet konċernati, u kemm il-festa kif ukoll il-kunċert saru mingħajr problemi ta’ xejn.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Wied il-Għajn — Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas – Permessi għal imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas f’Wied il-Għajn u jinkludi s-site-plan u l-pjanta għal kull permess?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". Fl-istand tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika kien hemm servizz ta’ informazzjoni dwar ħiliet li jipprovdu l-entitajiet taħt dan il-Ministeru.
Dawn l-entitajiet ipparteċipaw fuq l-istand tal-Ministeru, liema stand ġiet tiswa €60,245:
1. l-Awtorita Maltija għat-Turizmu – din l-entita’ għamlet promozzjoni tal-ħidma tagħha permezz ta’ Augmented Reality Headsets.
2. L-Istitut tal-Istudji Turistiċi – Saru numru konsiderevoli ta’ korsijiet ta’ tisjir ta’ ħelu tipiku Malti fejn il-pubbliku seta’ jipparteċipa. Ingħatat promozzjoni lil korisijiet li toffri din l-entita’ inkluż scuba diving.
3. L-Aġenzija għar-
Riġenerazzjoni
taż-Żoni Turistiċi – wirja ta’ xogħlijiet li jsiru minn din l-entita’ bl-użu ta’ props.
4. Il-Kummissjoni Maltija tal-Films – inħoloq Green Screen fejn il-viżitaturi setgħu jieħdu ritratti diġitali ma’ karattri relatati mal-films fost l-oħrajn.
5. Id-Diviżjoni tat-Tindif – display ta’ makkinarju li din id-diviżjoni tuża fix-xogħol tagħha, fosthom il-cleaning robots. Saret ukoll wirja ta’ proġett li jinkludi l-użu ta’ drones biex permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali jiġi identifikat skart mormi f’żoni remoti.
6. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi – użu ta’ applikazzjonijiet ta’ Augmented Reality li jintużaw minn din l-entita’ biex tattira iktar turisti fil-bini storiku tagħha.
Din l-Expo serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.