Ministeru għat-Turiżmu – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 695 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Żoni residenzjali – Short-lets – Impatt fuq ir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika liema dispożizzjonijiet jew miżuri konkreti ġew introdotti fir-regolamenti l-ġodda li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2026 sabiex jitnaqqas l-impatt tal-akkomodazzjoni short-let fuq ir-residenti f’żoni residenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-istorbju u l-infurzar tal-kundizzjonijiet tal-liċenzji? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jimmonitorja l-effettività ta’ dawn il-miżuri u, jekk iva, kif u meta din se ssir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġew fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-2026 dwar l-Akkomodazzjoni Turistika (Avviż Legali 92 tal-2026), liema Regolamenti daħlu b’seħħ mill-15 ta’ Ġunju 2026.
Jista’ l-Ministru jispeċifika x’tip ta’ nuqqasijiet ta’ konformità nstabu fil-112-il każ identifikat waqt l-ispezzjonijiet fuq proprjetajiet liċenzjati bħala short-lets fis-Swieqi matul l-aħħar sentejn, x’azzjoni ta’ infurzar ittieħdet f’kull kategorija ta’ każ u kemm minn dawn il-każijiet ġew riżolti? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet wasslu għall-impożizzjoni ta’ multi, sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, fejn applikabbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
F’każ li l-Gvern m’għandux intenzjoni li jwettaq jew jikkummissjona studju komprensiv dwar il-kapaċità attwali ta’ Malta li tilqa’ turiżmu b’mod sostenibbli, jista’ l-Ministru jispjega għaliex tali studju mhux ser isir u, fl-assenza tal-istess, jgħid abbażi ta’ liema studju ġie stabbilit l-akbar numru ta’ viżitaturi li Malta tista’ tilqa’ fuq bażi annwali u matul il-perjodi tal-ogħla domanda?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jwettaq jew jikkummissjona studju komprensiv dwar il-kapaċità attwali ta’ Malta li tilqa’ turiżmu b’mod sostenibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-viżjoni 20250, il-Gvern stabilixxa miri ċari dwar is-sostenibbiltà tat-turiżmu fil-gżejjer tagħna.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għat-Turiżmu, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Kontribuzzjoni ambjentali – Trasferiment ta’ fondi lill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-kontribuzzjoni ambjentali ta' €1.50 kull lejl tibda tgħaddi għand il-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-fondi miġbura għal kull lokalità ser jgħaddu għand il-kunsill lokali rispettiv?
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment li sar fl-iskola tal-ITS f’Għawdex, inkluż f’xogħlijiet strutturali, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-natura ta’ kull investiment u l-ispiża tiegħu, kif ukoll l-ammont totali li ntefaq matul dan il-perjodu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati mal-ITS f’Għawdex bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena u jagħti rendikont tan-numru ta’ studenti għal kull kors li kienu qed isegwu? Jista’ jgħid ukoll liema korsijiet ġew offruti f’Għawdex f’kull waħda minn dawn is-snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ student irreġistrati fl-ITS Għawdex għas-snin 2020 sa 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid liema korsijiet qed jiġu offruti attwalment mill-ITS f’Għawdex u jekk hemmx pjanijiet biex jiżdiedu korsijiet ġodda? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn il-korsijiet u meta huwa mistenni li jiġu introdotti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin tlett korsijiet full-time fl-ITS ġewwa Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin l-ITS se timbarka fuq proġett biex jibdew id-diskussjonijiet mal-istakeholders kollha li għandhom interess dirett fis-settur turistiku ġewwa Għawdex biex eventwalment jiġu mnedija programmi ta’ taħriġ kemm għal studenti li jridu jidħlu fl-industrija, kif ukoll għal ħaddiema attwali ħalli jitjieb il-kwalita’ tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti attwalment irreġistrati mal-ITS f’Għawdex u jagħti rendikont tan-numru ta’ studenti għal kull kors li qed jiġi offrut?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena akkademika qegħdin jiġu offruti tlett korsijiet full-time ġewwa l-ITS Għawdex li għalihom hemm irreġistrati sitta (certificate in Food Preparation & production), erbgħa (Foundation in Hospitality & Tourism) u ħames student (BSc in Diving Safety Management).
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex titrażżan b’mod effettiv il-konġestjoni qawwija ta’ turisti fiċ-ċentru tal-Belt Valletta, fejn, minħabba n-numru kbir ta’ persuni u mwejjed li jitqiegħdu fit-toroq, l-aċċess għall-pubbliku sar diffiċli ħafna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23896 tal-Erbatax-il Leġislatura u 679 ta' din il-Leġislatura dwar il-kmamar li hemm maġenb it-toilets fiċ-Ċirkewwa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx jew hux qiegħda ssir diskussjoni mal-Ministru għal Għawdex, il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u/jew il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli sabiex isir użu b’mod aktar bilanċjat mill-użu kurrenti tal-kmamar imsemmija u li jikkumplimentaw l-investimenti li saru fil-Park Marittimu fl-aħħar snin? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa essenzjali li dawn jibqgħu jintużaw mill-Kumpanija Gozo Channel meta din għandha aċċess għal faċilitajiet ferm ikbar fit-terminal taċ-Ċirkewwa u dawn il-kmamar huma maqtugħin ferm ’il bogħod miż-żoni prinċipali tal-operat tagħha? Minbarra li dawn ilhom is-snin f’idejn din il-kumpanija, jista’ jgħid jekk hemmx xi ġustifikazzjoni oħra li tbiegħed il-ħsieb li l-użu kurrenti hu ħela sfaċċat ta’ riżorsi?
Ministeru għat-Turiżmu – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?
Ministeru għat-Turiżmu – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Jista' l-Ministru jgħid xi sponsorships tħallsu jew huma kommessi li jitħallsu, minn VisitMalta, matul l-2026? Jista’ jgħid ukoll lil liema organizzazzjonijiet pubbliċi, privati jew volontarji tħallsu dawn l-istess sponsorships u kemm hu l-valur ta' kull għotja? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa totali li fil-fatt tħallset għal dan il-għan, fil-perjodu msemmi?
Jista' l-Ministru jgħid xi sponsorships tħallsu jew huma kommessi li jitħallsu minn VisitMalta, matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll lil liema organizzazzjonijiet pubbliċi, privati jew volontarji tħallsu dawn l-istess sponsorships u kemm hu l-valur ta' kull għotja? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa totali li fil-fatt tħallset għal dan il-għan, fil-perjodu msemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fi sponsorships li ħallset l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew li l-MTA għandha commitment li tħallas, avolja għadhom ma tħallsux, matul l-2026 separatament? Jista’ jgħid ukoll kif kienu maqsuma dawn l-isponsorships, lil min tħallsu jew għandhom jitħallsu u kemm hu l-valur f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fi sponsorships li ħallset l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew li l-MTA għandha commitment li tħallas, avolja għadhom ma tħallsux, matul l-2025 separatament? Jista’ jgħid ukoll kif kienu maqsuma dawn l-isponsorships, lil min tħallsu jew għandhom jitħallsu u kemm hu l-valur f'kull każ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata peress li hija kummerċjalment sensittiva.