Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel jinħareġ il-permess għal personalised parking bay iridx jiġi aċċertat li l-persuna, li fuq isimha jkun ser joħroġ il-permess, hijiex persuna li tagħmel użu minn siġġu tar-roti (wheelchair)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Avviż Legali 174 tal- 2018, l-użu ta’ siġġu bir-roti (wheelchair) huwa wieħed fost il-kriterji sabiex jinħareġ il-permess għal parkeġġ personalizzat.
Transport Malta – Tibdil fil-policy dwar il-personalised reserved parking bays
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar ħames snin kienx hemm tibdil fil-policy dwar il-permessi maħruġa minn Transport Malta għal personalised reserved parking bays? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy addottata minn Transport Malta hija konformi mal-Avviż Legali 174 tas-sena 2018.
Transport Malta flimkien mal-Aġenzija Sapport taġġorna l-
policies
tagħha skont il-ħtieġa tal-persuni b’diżabilita’ u dan sabiex filwaqt li ma jkunx hemm abbuż, il-persuna bid-diżabilita’ tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Taħt min taqa’ r-responsabilità tas-sinjaletika fit-toroq?
b. Min jagħmel l-ippjanar?
c. Min jeżegwixxi l-immarkar u jwaħħel it-tabelli (signage)?
d. Jeżistux street/road signs illuminati f’pajjiżna?
e. Fejn?
f. Kemm intefqu fuq hekk fis-sena 2023?
g. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
h. Jekk isirx studju dwar l-adegwatezza tas-signage/markings fit-toroq tagħna?
i. Meta sar l-aħħar?
j. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm intużaw kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq matul is-sena 2023?
b. Min kienu?
c. Kemm tħallsu?
d. Kemm mill-kuntratti kienu bl-offerta?
e. Kemm kienu direct orders?
f. Min kienu l-kuntratturi bl-offerti milqugħa?
g. X’kien il-valur ta’ dawn il-kuntratti?
h. Min kienu dawk b’direct order?
i. X’kien il-valur ta’ dawn l-orders?
j. Kif jikkompara dan mas-sentejn ta’ qabel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm inxtraw speed guns mill-Gvern jew aġenziji tiegħu?
b. Kemm intużaw minnhom matul is-sena 2023?
c. Kemm ġew mogħtija ċitazzjonijiet minn meta ġew introdotti?
d. Kemm kien il-valur tagħhom?
e. Kemm minnhom tħallsu?
f. Kemm kien il-valur miġbur?
g. Kemm għadhom mhux imħallsa?
h. Kemm huwa l-valur tagħhom?
i. Kemm hemm uffiċjali adetti biex jużawhom?
j. Jekk dawn ingħatawx xi taħriġ?
k. X’taħriġ ingħataw, minn min u kemm dam?
l. Jekk jeżistux linji gwida kif jintużaw?
m. Kif ġew ikkalibrati l-ispeed guns u minn min?
n. Xi protocols intużaw?
o. Jekk sarx xi studju dwar fejn għandhom jintużaw u kif?
p. Min għamlu?
q. X’direzzjoni (brief) ingħata?
r. Kif qed jintgħażlu l-postijiet fejn ikunu qed jistennew bl-ispeed guns?
s. Min jiddeċiedi?
t. Jekk hemmx xi sinjaletika li tindika triq/żona ta’ speed guns u jekk iva fejn u jekk le għalfejn ma sarux?
u. Jekk hemmx speed limit marking ċar u viżibbli kull fejn qed jintużaw?
v. Jekk hux qiegħed jittieħed record ta’ fejn ikunu qed jintużaw biex fuq medda ta’ żmien jitkejjel is-suċċess tagħhom biex inaqqsu l-inċidenti f’dik it-triq/żona partikolari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma tużax ‘speed guns’ għal skopijiet ta’ infurzar. Għaldaqstant ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din ilmistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13963 u l-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza: 5935/2023 li ntbagħat lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir wara li ġiet ikkuntattjata l-kumpanija li tieħu ħsieb il-kondominju tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li minnha ħiereġ likwidu ta’ kulur skur li jibda ħiereġ ta’ kull filgħaxija mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar lil hemm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12628 dwar ix-xogħol fi Triq ix-Xatt ġewwa l-Imsida, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol peress li ilu pendenti għal diversi xhur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-jiem li għaddew ingħata l-aħħar wiċċ tal-asfalt u għal daqstant kull ma jonqos huma r-road markings.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12582 dwar il-fast ferry landing fit-terminal tal-ferries f’Tas-Sliema u fid-dawl li l-Ministru preċedenti kien ta deadline sal-aħħar tas-sena 2023, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li x-xogħlijiet waslu fl-aħħar stadju u ser jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Marsa — Triq Aldo Moro – Tindif tal-kanal tal-ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-kanal tal-ilma tax-xita li hemm taħt l-overpass bridge fi Triq Aldo Moro l-Marsa, n-naħa tal-Marsa Sports Complex, kif ukoll il-pompa tal-petrol, minħabba periklu ta' sadd minn materjal u ħmieġ ieħor?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li -kanal li jinsab bejn il-Marsa Sports Complex u l-korsa l-antika taż-żwiemel qrib Triq Aldo Moro huwa propjetà privata. Għalhekk is-sid ta’ din l-art huwa obbligat li jnaddaf dan il-kanal.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu lesti x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u jekk meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet dawn ikunux jinkludu l-installazzjoni tal-apparat tal-bandli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Birżebbuġa — Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel – Trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet sabiex it-trasport pubbliku jibda jservi wkoll Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel f'Birżebbuġa u jekk hemm xi intoppi, jgħid dawn x'inhuma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi deċiżjoni u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dati meta ser jibda s-servizz u kif ser jiġu riveduti r-rotot?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inħawi magħrufa bħala tal-Papa ġewwa Bir¿ebbuġa huma moqdija permezz ta’ Rotta 82 (lejn u mill-Belt Valletta) kif ukoll Rotta 210 (destinazzjoni li Sptar Mater Dei). Dawn ir-rotot jgħaddu minn Triq il-Girgħien, Triq l-Imnarja u Triq il-Gandoffla.
Sabiex is-servizz jiġi esti¿ saru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali u bi qbil huwa pjanat li għall-inħawi magħrufa bħala tal-Ġebel, Rotta 82 ser tinbidel kif isegwi: Minn Triq Bir¿ebbuġa, ir-rotta sa tkun qegħda iddur għal ġo Triq iż-Żurrieq, Triq tal-Ġebel, Triq ta’ Feliċjan, għal ġo Triq il-Port Ħieles. Minn hemm ir-rotta mbagħad tkompli bir-rotta normali taha.
Bħalissa qed jiġi determinat fejn ser ikunu installati l-bus stops. Inoltre, huwa mistenni li dan it-tibdil jidħol fis-seħħ lejn l-ahhar ta’ Frar 2024.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Nefqa fuq rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m'hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Position of Trust - Salarji
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13240, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex, peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed naħdmu fuq is-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex. Din is-sejħa mistennija toħroġ fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ħatra tal-membri tal-Bord tat-Trasport Malta — Avviż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-avviż għall-ħatra tal-membri tal-Bord tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta deher tant tard fil-Gazzetta tal-Gvern u ċjoè fil-ħarġa tal-24 ta’ Novembru 2023 meta skont l-istess avviż il-ħatra ta’ dan il-Bord hi effettiva mit-2 ta’ Awissu 2023 – jiġifieri kważi erba’ xhur qabel ma deher dan l-avviż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien imsemmi kien hemm nuqqas sinifikanti ta’ riżorsi umani fil-Ministeru. Għaldaqstant ir-rapporti kienu qed jiġu indirizzati f’lottijiet.