Skema ta’ ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan – Rekwiżiti/dokumentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti kollha meħtieġa sabiex persuna tkun eliġibbli għall-iskema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000? Jista’ jgħid ukoll liema dokumentazzjoni hija meħtieġa?
Jista’ l-Ministru jindika meta beda x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien, meta huwa mistenni li jitlesta u x’xogħol għad fadal isir biex il-proġett ikun konkluż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien beda f’Awwissu 2025. Il-maġġor parti tax-xogħlijiet se jkunu tlestew qabel il-festa ta’ Marija Annunzjata. Xogħlijiet addizzjonali fiż-żona ta’ wara l-knisja, huma ppjanati li jsiru wara l-festi tar-raħal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka, f’Ħaż-Żabbar, tiġi żona pedonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali sabiex ikun jista’ jibda il-proċess biex din iż-żona tiġi pedonali.
L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34253, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min għadhom qed isiru d-diskussjonijiet dwar Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru laqgħat futuri u jekk hemmx pjan għal meta ser tittieħed xi azzjoni li twassal għall-konklużjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta t-tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jieħu biex itejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna u jiżgura li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jieħu biex itaffi t-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja?
Giovanni Curmi Naxxar Higher Secondary - Pjanijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għat-telgħa li minn fejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija twassal għal fejn l-Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar, ġaladarba din tinsab fi stat diżastruż u hija ta’ periklu kontinwu għaż-żgħażagħ li jitilgħuha u jinżluha bil-mixi kuljum minħabba li jattendu din l-iskola?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li l-kommunikazzjonijiet meħtiega għadhom għaddejjin sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ wiċċ mill-ġdid u servizzi f’parti miż-żona imsemmija, li huma skedati jibdew għall-aħħar ta’ Ġunju 2026.
In-Naxxar - Triq il-Forġa u Triq Leli Falzon - Traffic management impact
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir jew jekk sarx traffic management impact assessment għall-akkwata ta’ Triq il-Forġa u Triq Leli Falzon fin-Naxxar, fid-dawl tal-konġestjoni kontinwa ta’ traffiku speċjalment minħabba l-iskejjel u l-eżamijiet li jsiru fihom f’dawn iż-żminijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet ulterjuri sabiex tittaffa din il-problema anke b’alternattivi oħrajn, u jekk iva, x’inhuma dawn il-pjanijiet u x’inhuma t-timeframes tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min-naħa ta’ Transport Malta kienu taw l-assistenza kollha neċessarja lill-Kunsill Lokali bi pjan ta’ ġestjoni tat-traffiku fit-toroq imsemmija.
Il-Mosta - Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista dettaljata tax-xogħlijiet kollha li bħalissa huma mitluba jew ippjanati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-lokalità tal-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li bħalissa huma mitluba jew ippjanati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-lokalità tal-Mosta huma:
i. Grawnd tal-futbol ta’ Mosta FC
ii. Triq iz-Zakak
iii. Sqaq Xorxa
iv. Triq il-Mitħna l-Qadima
v. Triq il-Kurat Schembri.
Il-Mosta - Triq San Anton Abbati - Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Sqaq Nru 3 fi Triq San Anton Abbati, il-Mosta, huwiex inkluż fil-lista ta’ xogħlijiet mitluba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata li daħlet il-mistoqsija parlamentari,d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ma rċieva l-ebda talba sabiex isir xogħol fi Sqaq Nru 3 fi Triq San Anton Abbati, il-Mosta.
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34166, 34621, 34840 u 35073 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?