Ħaż-Żabbar/Fgura — Triq il-Kunsill tal-Ewropa - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11345 dwar xogħlijiet maġġuri fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija prevista li se tkun l-ispiża tax-xogħlijiet komplessivament wara li finalment jiġu konklużi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet maġġuri li għaddejjin fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, huma stmati li ser jiswew 2.5 miljun ewro. Ix-xogħlijiet, li saru fuq medda ta’ tul ta’ 600 metru, inkudew il-bini mill-ġdid tat-triq bi tliet saffi t’asfalt. Sar disinn ġdid tat-triq, bankini iktar wesgħin u infrastruttura adegwata għaċ-ċiklisti u l-mixi. Sar disinn ġdid ta’ landscaping, inkluż b’sistema ta’ irrigazzjoni u bini ta’ ġibjun ġdid biex it-tisqija ssir b’mod sostenibbli. Ġiet installata sistema ta’ dawl ġdida u strutturi għas-saħħa u s-sigurta’ għas-sewwieqa (Vehicle Restraint Systems), strutturi ta’ ħitan ġodda, sistemi ġodda ta’ servizzi ta’ provvista ta’ ilma u tliet pelican crossings.
Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta ser jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq ix-Xatt Ta' Xbiex fl-Imsida?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li wara deċiżjoni tar-regolatur f’Settembru ta’ din is-sena biex Infrastructure Malta tidħol u tiffinalizza xogħlijiet li kienu qed isiru minn entitajiet terzi, wara proċess amministrattiv u anke legali, dan ix-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa mistenni li dan ix-xogħol jieħu madwar xahrejn, ix-xogħlijiet ippjanati li jsiru fil-maġġoranza tagħhom matul il-lejl biex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent fl-akkwati.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinxtegħlu l-belisha lights li jinsabu viċin l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), għall-ġid tar-residenti u l-ħaddiema li jiffrekwentaw iż-żona, peress li minn meta ġew stallati mal-proġett tas-Central Link sal-lum, għadhom qatt ma nxtegħlu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Pelican Crossing li hemm fil-viċinanzi qed jaħdmu, il-Belisha Lights għadhom mitfija però qed isiru l-preparamaneti neċessarji biex jinxtegħlu.
Raħal Ġdid – Triq l-Arkata – Infurzar tas-sinjali tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir infurzar kif meħtieġ, ftit passi ’l bogħod mill-uffiċċji ta' Transport Malta f'Raħal Ġdid, sabiex vetturi kbar ma jitilgħux minn Triq l-Arkata kif indikat mis-sinjali tat-traffiku li qegħdin jinkisru kontinwament kif jidher fir-ritratt anness? Jista' jara li apparti l-infurzar urġenti, jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex jieqfu għal kollox milli jitilgħu dan it-tip ta' vetturi, u jistħarreġ il-possibilità ta' użu ta' cameras u/jew l-installazzjoni ta' height-restriction beams li jwaqqfu tali vetturi milli jitilgħu, minħabba l-ħsara kontinwa li dawn qed jikkawżaw lil diversi gallariji, kif jixhdu r-ritratti annessi, u minħabba l-periklu li dawn joħolqu anke għal min ikun qed jimxi fuq il-bankini f'din il-parti dejqa tat-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif indika hu stess, f’din it-triq diġà hemm numru ta’ sinjali tat-traffiku li jillimitaw l-aċċess għal vetturi kbar. Madankollu infurmat li l-Awtorità għat-Trasport innutat li s-sinjali mhumiex standard u flimkien mal-Kunsill Lokali ikkonċernat, ser tkun qed tieħu l-azzjonijiet neċessarji biex dawn jinbidlu. Wieħed jinnota li dawn il-vetturi kbar qed jgħaddu minn Triq Arkata biex jagħtu servizz lill-businesses u mħażen fl-inħawi.
Belt Valletta – Triq in-Nofsinhar — tiswijiet fiċ-ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11148 dwar xogħol fuq iċ-ċangatura fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt, Valletta, jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex tonqos il-ħsara li hemm f’din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonjiet biex isir l-aħjar intervent f’dawn l-akkwati.
Transport Malta – Taħriġ tas-sewqan speċjalizzat għal persuni b'diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13045 jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jikkonċerna taħrig partikolari għal instructors li jagħtu lezzjonijiet (taħrig) għat-tagħlim tas-sewqan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 13045, ninfurmah li Transport Malta qatt ma għamlet jew ħarġet sejħa għat-taħriġ biex għalliema tas-sewqan ikunu speċjalizzati li jistgħu jgħallmu lil persuni b'diżabilità biex ikunu jistgħu jġibu l-liċenzja tas-sewqan.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12705 u jipprovdi lista ta’ pagamenti li saru għal tiswijiet fuq kull RHIB fil-flotta ta’ Transport Malta, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti li saru għal tiswijiet fuq kull RHIB fil-flotta ta’ Transport Malta, mill-2020 sal-bidu ta’ Novembru 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12704 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders li permezz tagħhom inxtraw RHIBs għas-sezzjoni tal-infurzar, li nħarġu mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders li nħarġu mill-2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2023 u li permezz tagħhom inxtraw RHIBs għas-sezzjoni tal-infurzar ta’ Transport Malta. Niġbed l-attenzjoni li informazzjoni addizzjonali qiegħda tingħata skont it-tweġibiex tal-mistoqsijiet parlamentari numri 13412 u 13414.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12703 u jgħid meta u kemm inxtara kull RHIB fil-flotta ta’ Transport Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li Transport Malta xtrat RHIB’s fi snin u bi prezzijiet kif isegwi:
Ser No.
No. of RHIBS
YEAR PURCHASED
AMOUNT
€
(VAT Inclusive)
1
1
2009
32.100
2
1
2010
31,600
3
2
2016
71,070.22
4
2
2020
380,000.00 for both RHIBs
5
3
2020
470,858.94 for all 3 RHIBs
6
1
2022
140,420.00
Inżid li ma saru l-ebda pagamenti fuq iż-żewġ akkwisti li jidhru f’Ser No. 4 u 5 fil-lista.
Liċenzja tas-sewqan – Persuni li telgħu għat-test prattiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni telgħu għat-test prattiku għal liċenzja tas-sewqan, għal kull sena bejn l-2020 u l-2023? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ Novembru 2023, saru 34,048 testijiet tal-prattika għal-liċenzja tas-sewqan. Fost dawk li għamlu t-test prattiku, 19,193 kienu Maltin filwaqt li 14,855 kienu barranin.
Figuri maqsuma għal kull sena kif isegwi:
§
2020
: 4,853 Maltin, 3,224 barranin,
§
2021
: 6,321 Maltin, 4,158 barranin,
§
2022
: 4,718 Maltin, 3,847 barranin,
§
2023 sa’ 17 ta’ Novembru 2023
: 3,301 Maltin, 3,626 barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-prattika għal-liċenzja tas-sewqan għal kull sena bejn l-2020 u l-2023? Fost dawk li għamlu t-test prattiku għal-liċenzja tas-sewqan kull sena fl-istess perjodu ta’ żmien, kemm minnhom telgħu għall-ewwel test tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm weħlu u kemm għaddew f’dak li kien l-ewwel tentattiv tagħhom, għal kull sena, matul l-istess snin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ Novembru 2023, saru 34,048 test tal-prattika għal-liċenzja tas-sewqan, imqassma sena b’sena hekk kif isegwi:
§
2020
:
8,077
telgħu għall-ewwel darba, li minnhom
4,989
għaddew mill-ewwel, filwaqt li
3,088
ma għaddewx mal-ewwel tentattiv,
§
2021
:
10,479
telgħu għall-ewwel darba, li minnhom
6,872
għaddew mill-ewwel, filwaqt li
3,607
ma għaddewx mal-ewwel tentattiv,
§
2022
:
8,565
telgħu għall-ewwel darba, li minnhom
5,328
għaddew mill-ewwel, filwaqt li
3,237
ma għaddewx mal-ewwel tentattiv,
§
Sas-17 ta’ Novembru 2023
:
6,927
telgħu għall-ewwel darba, li minnhom
5,361
għaddew mill-ewwel, filwaqt li
1,566
ma għaddewx mal-ewwel tentattiv.
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-ispiża tax-xogħlijiet ta’ pavimentar fil-Mosta, inkluż kwalunkwe tender jew direct order relatati, kif ukoll lista sħiħa tal-kuntratturi u sub-contracts involuti f’dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema xogħol qed jirreferi fil-mistoqsija tiegħu.
Gudja — Triq San Mark u Triq Ġlormu Cassar - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12979, jista' l-Ministru jikkonferma li mhux ippjanat li jsiru mill-ġdid il-bankini u t-tarmac tat-toroq fl-ebda parti ta' Triq San Mark fil-parti ta' bejn Triq iż-Żebbuġa u Triq il-Fidwa, u ta' Triq Ġlormu Cassar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija 12979, ix-xogħlijiet fi Triq San Mark fil-parti ta’ bejn Triq iż-Żebbuġa u Triq il-Fidwa, u fi Triq Ġlormu Cassar qegħdin isiru direttament min entità terza. Infrastructure Malta m’għandhiex pjanijiet attivi ta’ xogħol fl-inħawi indikati.
Fid-dawl tal-inċidenti anki serji li seħħew f’dawn l-aħħar xhur u ġimgħat fi Triq Borg Għarib u Triq il-Qala, Għawdex, fejn saħansitra anki faċċati tad-djar spiċċaw imġarrfa, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv f’dawn it-toroq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bħalissa qiegħda tiddisinja ‘traffic calming measures’ għal din iz-zona, bl-intenzjoni li dejjem jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti kif imsemmija.
Operaturi ta’ servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri u kiri ta’ vetturi — Liċenzji ta’ Operaturi u Vetturi reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12907 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-Liċenzji ta’ Operaturi (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) u għal kull waħda jgħid kemm hemm vetturi reġistrati magħha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista sħiħa tal-liċenzji ta’ operatur u il-vetturi bil-pjanċi jispiċċaw bl-ittri “GY” u “LY” abbinati ma’ kull liċenzja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12908 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ vetturi bil-pjanċi jispiċċaw bl-ittri “GY” u “LY” u l-Liċenzja ta’ Operatur abbinata magħhom. Inzid ukoll li dawk il-vetturi fil-lista mmarkati bil-kulur griz, huma vetturi ggaraxxjati jew bil-liċenzja taċ-ċirkulazzjoni skaduta minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Legizlazzjoni Sussidjarja 499.68. Għaldaqstant is-sidien ta’ dawn il-vetturi, għalkemm infurmati, għadhom ma ġewx japplikaw għal Liċenzja ta’ operatur. Infurmat ukoll li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħadet il-mizuri meħtieġa sabiex qabel ma l-vetturi jiġu liċenzjati, s-sidien għandhom jiġu konformi mar-regolamenti msemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12909 u jgħid kemm hawn persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) u jqassam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta sat-13 ta’ Novembru 2023, in- numru ta’ persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida ta’ xufiera ta’ vetturi ¿għar għal ġarr tal-passiġġieri jammonta għal 13,901. Infurmat ukoll li l-Awtorità għat-Trasport f’ Malta ma ¿¿ommx rekords bin-nazzjonalità tal-persuna, i¿da bin-numru tal-karta tal-identità u / jew bid-dokument tar-residenza maħruġa minn Identità.
Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag maħruġa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12910 jgħid kemm inħarġu Drivers’ Tags (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ permess ta’ xufier/ Tags maħruġa għax-xufiera ta’ vetturi żgħar għall-ġarr tal-passiġġieri mill-2017 sat-8 ta’ Novembru 2023 (maqsumin sena b’sena) kien kif isegwi:
SenaAmmont
20172,138
20184,425
20193,090
20201,247
20211,205
20223,270
20233,079
TOTAL18,454
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Positions of Trust - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded mill-2017 ’l hawn biex toroq jinbnew mil-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.