Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija — siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar u l-kwantità ta' kull tip ta' siġar li se jitħawlu fis-central strip ta' bejn is-service road u t-triq prinċipali fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba wara li siġar li kien hemm eżistenti fl-istess central strip inqalgħu? Meta ser jitħawlu dawn is-siġar?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Belt Valletta – parking spaces riżervati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Central Link – target date

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date li titlesta s-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni tul il-ħolqa ta’ rotot arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta, waqt li joħloq spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi f’din il-parti tal-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Ix-xogħlijiet bdew f’Jannar u l-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Malli l-aġenzija fetħet din ir-rotta ġdida, iż-żewġ korsiji fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u parti minn Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, li kienu jagħtu fl-istess direzzjoni issa qed iservu biex tmur fid-direzzjoni opposta, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, permezz ta’ dan it-tibdil, Infrastructure Malta żiedet ukoll it-tieni korsija minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel. Dan l-arranġament ġdid qed jelimina d-djuq fi Triq l-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħal Warda, fejn żewġ korsiji jingħaqdu f’waħda bejn djar u binjiet oħrajn fuq iż-żewġ naħat, bil-konsegwenza li jikkaġunaw dewmien u tniġġis tal-arja eċċessiv fil-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żewġ korsiji ġodda jibdew mit-tarf tal-Bypass tal-Imrieħel, jevitaw il-junction bis-sistema ta’ traffic lights li hemm ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u l-junction bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi ta’ Ġnien San Anton), kif ukoll il-qalba ta’ Ħ’Attard, qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Tul ir-rotta, il-korsiji ġodda jevitaw ukoll junction oħra bis-sistema ta’ traffic lights fil-qalba ta’ Ħ’Attard. B’riżultat t’hekk, Infrastructure Malta tfiet is-sistemi kollha ta’ traffic lights f’din ir-rotta mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard. Il-konnessjonijiet ta’ din it-triq ma’ toroq oħrajn li qabel kienu kkontrollati b’dawn it-traffic lights issa qegħdin magħqudin b’korsiji diretti għal aktar sigurtà. Fl-istess ħin, it-traffic lights li fadal fid-direzzjoni opposta issa jistgħu jiġu operati b’iżjed effiċjenza, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar. Taħt il-wiċċ tat-triq ġdida, Infrastructure Malta għaddiet 10 kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Eventwalment, meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha tal-proġett, Infrastructure Malta se ssaħħaħ din it-triq ġdida bl-aħħar saff ta’ polymer modified asphalt, li huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. L-aġenzija introduċiet dan it-tip t’asfalt fit-toroq arterjali f’Malta aktar kmieni din is-sena. Meta jitlesta l-proġett, it-triq ġdida b’żewġ korsiji se tiġi estiża sa Ta’ Qali, biex tingħaqad mar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja. Waqt li tkun qed tibni aktar korsiji ġodda bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta mbagħad se ttejjeb ukoll ir-rotta minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel u tneħħi wkoll it-traffic lights li għad hemm f’din ir-rotta. Permezz ta’ dan il-proġett, l-aġenzija bħalissa qed tibni wkoll dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet f’pajjiżna. Il-periti tal-aġenzija ddisinjaw il-karreġġjata ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Il-kuntratturi tal-proġett se jlestu x-xogħlijiet li qegħdin isiru f’dawn it-toroq residenzjali fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa mmirat li Central Link Project jitlesta fit-tieni nofs tas-sena d-dieħla.

Central Link – kumpens lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax forma ta' kumpens lil dawk il-bdiewa li l-għelieqi tagħhom ttieħdu biex issir is-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni tul il-ħolqa ta’ rotot arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta, waqt li joħloq spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi f’din il-parti tal-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Ix-xogħlijiet bdew f’Jannar u l-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Malli l-aġenzija fetħet din ir-rotta ġdida, iż-żewġ korsiji fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u parti minn Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, li kienu jagħtu fl-istess direzzjoni issa qed iservu biex tmur fid-direzzjoni opposta, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, permezz ta’ dan it-tibdil, Infrastructure Malta żiedet ukoll it-tieni korsija minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel. Dan l-arranġament ġdid qed jelimina d-djuq fi Triq l-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħal Warda, fejn żewġ korsiji jingħaqdu f’waħda bejn djar u binjiet oħrajn fuq iż-żewġ naħat, bil-konsegwenza li jikkaġunaw dewmien u tniġġis tal-arja eċċessiv fil-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żewġ korsiji ġodda jibdew mit-tarf tal-Bypass tal-Imrieħel, jevitaw il-junction bis-sistema ta’ traffic lights li hemm ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u l-junction bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi ta’ Ġnien San Anton), kif ukoll il-qalba ta’ Ħ’Attard, qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Tul ir-rotta, il-korsiji ġodda jevitaw ukoll junction oħra bis-sistema ta’ traffic lights fil-qalba ta’ Ħ’Attard. B’riżultat t’hekk, Infrastructure Malta tfiet is-sistemi kollha ta’ traffic lights f’din ir-rotta mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard. Il-konnessjonijiet ta’ din it-triq ma’ toroq oħrajn li qabel kienu kkontrollati b’dawn it-traffic lights issa qegħdin magħqudin b’korsiji diretti għal aktar sigurtà. Fl-istess ħin, it-traffic lights li fadal fid-direzzjoni opposta issa jistgħu jiġu operati b’iżjed effiċjenza, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar. Taħt il-wiċċ tat-triq ġdida, Infrastructure Malta għaddiet 10 kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Eventwalment, meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha tal-proġett, Infrastructure Malta se ssaħħaħ din it-triq ġdida bl-aħħar saff ta’ polymer modified asphalt, li huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. L-aġenzija introduċiet dan it-tip t’asfalt fit-toroq arterjali f’Malta aktar kmieni din is-sena. Meta jitlesta l-proġett, it-triq ġdida b’żewġ korsiji se tiġi estiża sa Ta’ Qali, biex tingħaqad mar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja. Waqt li tkun qed tibni aktar korsiji ġodda bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta mbagħad se ttejjeb ukoll ir-rotta minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel u tneħħi wkoll it-traffic lights li għad hemm f’din ir-rotta. Permezz ta’ dan il-proġett, l-aġenzija bħalissa qed tibni wkoll dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet f’pajjiżna. Il-periti tal-aġenzija ddisinjaw il-karreġġjata ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Il-kuntratturi tal-proġett se jlestu x-xogħlijiet li qegħdin isiru f’dawn it-toroq residenzjali fil-ġimgħat li ġejjin. F’dak li jirrigwarda kumpens, Infrastructure Malta għaddiet it-tagħrif lill-Awtorità tal-Artijiet biex isiru l-ħlasijiet dovuti. Aktar dettalji dwar dawn il-ħlasijiet jistgħu jinkisbu mill-istess awtoritajiet.

Ħ'Attard — Triq Oliver Agius u Ferdinand Inglott aċċessibbli għall-ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija li minħabba d-dewmien fis-service road għar-residenti f'toroq Oliver Agius u Ferdinand Inglott f'Ħ'Attard fost oħrajn ikunu aċċessibbli għall-ambulanzi f'każ ta' bżonn? Ta' min jgħid li t-toroq mimlija trab b'gandotti kbar.

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni tul il-ħolqa ta’ rotot arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta, waqt li joħloq spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi f’din il-parti tal-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Ix-xogħlijiet bdew f’Jannar u l-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Malli l-aġenzija fetħet din ir-rotta ġdida, iż-żewġ korsiji fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u parti minn Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, li kienu jagħtu fl-istess direzzjoni issa qed iservu biex tmur fid-direzzjoni opposta, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, permezz ta’ dan it-tibdil, Infrastructure Malta żiedet ukoll it-tieni korsija minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel. Dan l-arranġament ġdid qed jelimina d-djuq fi Triq l-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħal Warda, fejn żewġ korsiji jingħaqdu f’waħda bejn djar u binjiet oħrajn fuq iż-żewġ naħat, bil-konsegwenza li jikkaġunaw dewmien u tniġġis tal-arja eċċessiv fil-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żewġ korsiji ġodda jibdew mit-tarf tal-Bypass tal-Imrieħel, jevitaw il-junction bis-sistema ta’ traffic lights li hemm ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u l-junction bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi ta’ Ġnien San Anton), kif ukoll il-qalba ta’ Ħ’Attard, qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Tul ir-rotta, il-korsiji ġodda jevitaw ukoll junction oħra bis-sistema ta’ traffic lights fil-qalba ta’ Ħ’Attard. B’riżultat t’hekk, Infrastructure Malta tfiet is-sistemi kollha ta’ traffic lights f’din ir-rotta mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard. Il-konnessjonijiet ta’ din it-triq ma’ toroq oħrajn li qabel kienu kkontrollati b’dawn it-traffic lights issa qegħdin magħqudin b’korsiji diretti għal aktar sigurtà. Fl-istess ħin, it-traffic lights li fadal fid-direzzjoni opposta issa jistgħu jiġu operati b’iżjed effiċjenza, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar. Taħt il-wiċċ tat-triq ġdida, Infrastructure Malta għaddiet 10 kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Eventwalment, meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha tal-proġett, Infrastructure Malta se ssaħħaħ din it-triq ġdida bl-aħħar saff ta’ polymer modified asphalt, li huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. L-aġenzija introduċiet dan it-tip t’asfalt fit-toroq arterjali f’Malta aktar kmieni din is-sena. Meta jitlesta l-proġett, it-triq ġdida b’żewġ korsiji se tiġi estiża sa Ta’ Qali, biex tingħaqad mar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja. Waqt li tkun qed tibni aktar korsiji ġodda bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta mbagħad se ttejjeb ukoll ir-rotta minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel u tneħħi wkoll it-traffic lights li għad hemm f’din ir-rotta. Permezz ta’ dan il-proġett, l-aġenzija bħalissa qed tibni wkoll dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet f’pajjiżna. Il-periti tal-aġenzija ddisinjaw il-karreġġjata ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Il-kuntratturi tal-proġett se jlestu x-xogħlijiet li qegħdin isiru f’dawn it-toroq residenzjali fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant, l-aċċess għall-vetturi ta’ emerġenza qed ikun possibbli min-naħa ta’ Triq Oliver Agius.

Ta’ Qali – rranġar tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiġu rranġati t-toroq ġewwa Ta' Qali speċjalment fejn jarma l-monti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjina jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fiż-żona ta’ Ta’ Qali l-aġenzija qed twettaq pjan ta’ titjib li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Dan il-pjan sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. Żewġ toroq li qed isir titjib fihom bħalissa f’din iż-żona huma Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq Durumblat li kienu ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss kien hemm bankini waqt li l-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa. Għalhekk kien jeħtieġ li jigu ddisinjati mill-ġdid biex fost titjib ieħor il-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-pjan minn Infrastructure Malta jinkludi wkoll li fl-istess żona jsiru żewġ roundabouts, waħda ma’ Triq Pantar u oħra ma’ Triq il-Kbira, kif ukoll jitranġaw aktar toroq fl-inħawi biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. Nixtieq nżid ukoll li parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, li qed jitwettaq mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jinkludi r-riġenerazzjoni u l-organizzazzjoni tas-Suq tal-Bdiewa. Dan se jkun proġett ħolistiku li jinkludi parkeġġ organizzat, tined permanenti li joffru kenn mill-elementi lill-bejjiegħa u l-prodotti taghhom, kif ukoll lix-xerrejja. Se jiġu pprovduti servizzi sanitarji ġodda għax bħalissa kull ma hemm huma ‘mobile toilets’. Se jkun hemm inkluż ukoll żona ta’ rikreazzjoni u faċilitajiet kummerċjali żgħar li jippromwovu l-prodott lokali. Filwaqt li ż-żona se tkun mgħammra bl-aktar servizzi ta’ dawl moderni, it-toroq tal-madwar se jkunu asfaltati u l-bankini pavimentati.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari 16439 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11392 u PQ 11387, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 37 talba Jannar-Settembru 2020: 123 talba Minn dawn kien hemm 67 talba milqugħa, 56 rifjutati u 37 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ħal Luqa – ħsara fi Triq il-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ikkawża l-ħsara fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Luqa, ftit wara li kien għadu kemm sar ix-xogħol ta' tarmak fuq l-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Toroq li jegħrqu bl-ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jikkawża li kull meta tagħmel ix-xita, diversi toroq madwar il-pajjiż qed jegħrqu bl-ilma tax-xita? Biex tiġi evitata din il-problema, għaliex il-Gvern mhux jinvesti f'water culverts, speċjalment fejn qegħdin isiru toroq ġodda bit-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull proġett li qed tagħmel fit-toroq madwar il-pajjiż, Infrastructure Malta qed tqis is-sistemi kollha nkluż dawk għall-ġbir tal-ilma tax-xita u servizzi li jkun hemm fihom biex tara kif dawn ittejjibhom. Bħala ftit eżempji nsemmi li f’żewġ toroq ewlenin li qegħdin isiru bħalissa, Triq San Pawl in-Naxxar u Triq il-Wied li tiġi bejn l-istess lokalità u l-Iklin, instabu sistemi antiki għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita li kienu imblukkati matul is-snin u qed tibnihom mill-ġdid. F’dan iż-żewġ toroq l-aġenzija qed tqiegħed medda ta’ katusi twila aktar minn kilometru u tibni diversi spralli biex jonqsu d-diffikultajiet tal-għargħar f’dawn l-inħawi. Fi Vjal Santa Luċija li għadha kif inbniet mill-ġdid saru aktar minn 100 sprall tal-ilma tax-xita. Waqt li bħala parti mill-Marsa Junction Project qed jinbnew tliet ġibjuni għall-ġbir tal-ilma tax-xita u ġibjun ieħor qed isir ukoll bħala parti mis-Central Link Project, quddiem ċimiterju ta’ Ħ’Attard. Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Toroq ġodda bit-tarmak – topographical survey

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull fejn qed issir triq ġdida bit-tarmak huwiex jittieħed topographical survey tat-triq u jekk humiex jiġu studjati l-livelli ħalli fejn f’partijiet tat-triq tkun iżżomm l-ilma tax-xita, meta jsir it-tarmak il-ġdid, din il-problema tiġi evitata? Jista’ jgħid jekk hux minnu li meta l-kuntratturi tat-tarmak ikunu ser jagħmlu triq ġdida bit-tarmak, qed jingħad lilhom mill-Aġenzija responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq biex il-wiċċ il-ġdid tat-tarmak jinżamm mal-livelli eżistenti tat-triq bir-riżultat li b' hekk, jekk triq ikollha problema li meta tagħmel ix-xita jiffurmaw għadajjar tal-ilma tax-xita, din it-triq tibqa’ bl-istess problema meta jsir il-wiċċ ġdid bit-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija tat-tweġiba 7931 tas-Seduta 175. M’hijiex minnha l-allegazzjoni li “meta l-kuntratturi tat-tarmak ikunu ser jagħmlu triq ġdida bit-tarmak, qed jingħad lilhom mill-Aġenzija responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq biex il-wiċċ il-ġdid tat-tarmak jin¿amm mal-livelli e¿istenti tat-triq bir-riżultat li b' hekk, jekk triq ikollha problema li meta tagħmel ix-xita jiffurmaw għadajjar tal-ilma tax-xita, din it-triq tibqa’ bl-istess problema meta jsir il-wiċċ ġdid bit-tarmak”. Madankollu, jekk l-Onor. Bezzina għandu xi każi speċifiċi ta’ toroq li nbnew mill-ġdid u li fihom hemm diffikultajiet bl-ilma tax-xita, nissuġġerixxu li jipprovdi d-dettalji sabiex fejn ikun hemm, tittieħed azzjoni fl-aħjar interess tar-residenti u dawk kollha li jużaw l-istess toroq. Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Toroq – għoti ta’ wiċċ temporanju bil-lean mix

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta ssir trinka, minflok isir wiċċ temporanju bl-asfalt kif kienet il-prassi sa seba’ snin ilu, dan il-wiċċ temporanju qed isir bil-lean mix bil-konsegwenza li malli tagħmel ftit xita, dan il-wiċċ jinqala’ u t-triq timtela bit-toqob b'periklu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq? Min ħa din id-deċiżjoni teknika u għal liema raġuni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li x-xogħol ta’ trinek fit-toroq isir minn ħafna entitajiet u kumpaniji tal-Gvern u privati differenti, u anke minn individwi, u peress li hemm trinek li jsiru minħabba xogħlijiet fl-infrastruttura taħt l-art u oħrajn li jsiru waqt xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid jew manutenzjoni tat-toroq infushom, jista’ jiġi speċifikat eżattament għal liema tip ta’ xogħol qed issir referenza għaliha.

Iż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - tarmak

Question

Jista Ministru jgħid meta sar l-aħħar wiċċ bit-tarmak ta' Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed inwettquh b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Triq il-President Anton Buttigieg hija fost it-toroq lokali li Infrastructure Malta inkludiet fl-ewwel listi ta’ toroq li jeħtieġ jinbnew mill-ġdid mill-aktar fis. Fil-fatt, diġa intgħa¿lu l-kuntratturi li se jibnu din it-triq mill-ġdid, b’bankini ġodda, servizzi ġodda tad-distribuzzjoni taħt l-art u ħafna titjib ieħor fl-aħjar interess tar-residenti u l-komunità kummerċjali f’din it-triq, kif ukoll ta’ dawk kollha li jgħaddu minnha ta’ kuljum b’mezzi differenti. Filwaqt li bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid t’aktar minn 50 triq residenzjali differenti madwar il-pajji¿, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Anton Buttigieg huwa ppjanat li jkun fost l-ewwel xogħlijiet li se jsiru fl-ewwel xahrejn tas-sena d-dieħla. Minn informazzjoni li għandna, jidher li l-aħħar xogħlijiet sostanzjali f’din it-triq saru lejn l-aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, f’din it-triq saru biss xogħlijiet ta’ tiswijiet żgħar skont il-ħtieġa, sabiex jitneħħew perikli għall-pubbliku. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Iż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jikkunsidra li jsir wiċċ ġdid bit-tarmak kif xieraq lit-Triq President Anton Buttigieg iż-Żejtun, hekk kif l-istat tat-triq huwa wieħed xejn tajjeb anzi perikoluż hekk kif is-sewwieqa jipprovaw jiskartaw il-ħofor li nħolqu bil-patching ħażin li sar u li l-eluf ta' sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq kuljum jipprovaw jevitaw sabiex ma jagħmlux ħsara lill-vetturi tagħhom sahansitra jaqsmu fuq il-lane l-oħra? Infakkar li din it-triq isservi lir-residenti taż-Żejtun, maġġoranza tar-residenti ta' Marsaskala, it-800 student tal-Kulleġġ St Thomas More u dawk li jqassmu x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16675 tal-istess Seduta.

Rotta 62 – Siġġiewi – skeda tax-xitwa

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Malta Public Transport biex treġġa' lura servizz mir-rotta 62 Siġġiewi-Valletta mit-8:00am ’il quddiem, li tnaqqas fl-iskeda tax-xitwa, hekk kif is-Siġġiewi qiegħed jikber, u f'istanzi fejn servizz partikolari ma joħroġx, kif ġara kemm-il darba, il-passiġġieri se jkollhom jistennew siegħa għas-servizz ta' wara? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tar-rotot li raw tnaqqas fis-servizzi tagħhom, bħal fil-każ 62 Siġġiewi - Valletta? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għafejn tnaqqas servizz mir-rotta 62 Siġġiewi - Valletta mit-8:00am ’il quddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, n-numru ta’ passiġġiera li qedgħin juzaw il-mezzi tat-trasport pubbliku naqas u dan minħabba li n-nies qedgħin jivjaġġaw inqas, predominament minħabba il-pandemija tal-Covid 19. Fil-fatt minn analizi li saret fuq ir-rotta 62, jiġifieri r-rotta li tgħaqqad is-Siġġiewi mal-Belt Valletta jirriżulta li fost il-ġimgħa u s-Sibtijiet f’Settembru n-numru ta’ passiġġieri li wżaw din ir-rotta naqas b’medja ta’ 44% meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Jirri¿ulta wkoll li l-Ħdud il-medja ta’ dan it-tnaqqis huwa pjuttost ikbar b’medja ta’ 48%. Kienet din ir-raġuni li tnaqqset il-frekwenza fuq din ir-rotta. F’din l-skeda s-servizz fuq ir-rotta 62 bejn il-05:30 u it-08:00 il-frekwenza baqat kif kienet jiġifieri frekwenza ta’ kull għoxrin minuta u wara dan il-ħin jaqleb għal kull 30 minuta. Jirri¿ulta ukoll li ma ġewx innotati problemi ta capacity fuq din ir-rotta wara dan it-tnaqqis. Infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku ser ikun qiegħed ikollu karozzi tal-linja fuq standby fl-inħawi tas-Siġġiewi sabiex dawn jintuzaw kemm il-darba jkun hemm xi problema ta capacity. Infurmat ukoll li mill-25 ta’ Ottubru 2020 il-frekwenza fuq din ir-rotta ser tkun qedgħha tiżdied bejn 08:00 u l-10:00 ta’ filgħodu fost il-ġimgħa, bejn 09:30 u 17:00 is-Sibtijiet u l-Ħdud bejn il-05:30 u 11:00 ta’ filgħodu. Transport Malta qedgħa tevalwa regolarment l-andament tal-passiġġiera sabiex fejn ikun hemm il-ħtieġa tiġi aġġustata l-frekwenza sabiex tiżgura li l-bżonnijiet tal-passiġġiera qed jiġu milħuqa. Ta’ min wieħed jinnota li ma’ din l-iskeda qed isiru vjaġġi addizjonali fuq seba’ rottot li huma 2, 43, 50, 82, 90, 91, X4. Iddaħħlet ukoll rotta ġdida bin-numru X300. Din ir-rotta hija waħda Express liema rotta tgħaqqad iċ-Ċirkewwa mal-Belt Valletta. Din ir-rotta hija sinkronizzata mal-wasla tal-vapur t’Għawdex. Dan sabiex il-passiġġiera Għawdxin ikunu moqgħdija bl-aħjar mod possibbli. Minbarra r-rotta 62, kien hemm tnaqqis ta’ frekwenza, minħabba t-tnaqqis fil-patrunaġġ, fuq tlett rotot oħra hekk kif gej: · Rotta 4, wara it-tmienja ta’ filgħodu · Rotta 15 · Rotta 35, wara id-disgħa ta’ filgħodu

Tas-Sliema — Knisja ta' Nazzarenu - bini ta' moll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jkun lest il-proġett fix-Xatt tas-Sliema li ilu għaddej iktar minn sentejn għal bini ta’ moll quddiem il-Knisja tan-Nazzarenu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan huwa parti minn proġett estensiv biex intejbu l-faċilitajiet tal-ivvjaġġar bil-laneċ ħalli aktar persuni jitħajru jużaw dan il-mezz ta’ vjaġġar alternattiv. Infrastructure Malta qed tibni faċilitajiet ġodda fix-xatt ta’ Tas-Sliema u x-xatt ta’ Bormla għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar biex jaqsmu lejn il-Belt Valletta permezz tal-laneċ. B’hekk, tkompli titjieb l-aċċessibilità u l-effiċjenza ta’ dan is-servizz ta’ trasport importanti mill-inħawi ta’ Tas-Sliema u l-Kottonera lejn Marsamxett u l-Port il-Kbir. L-investimenti biex isiru dawn il-faċiliatjiet, li se jagħmlu s-servizz aċċessibbli għal kulħadd u iżjed komdu, hu stmat li flimkien se jammontaw għal madwar €5 miljun. Faċilitajiet simili huma ppjanati wkoll għall-Marsamxett. Is-sena l-oħra kien diġà sar proġett pilota f’Marsamxett fejn Infrastructure Malta mmodernizzat il-faċilitajiet tal-irmiġġ, bniet strutturi u rampi aktar siguri u aċċessibbli biex il-passiġġieri jirkbu u jinżlu mil-laneċ b’aktar kumdità. Ix-xogħlijiet li saru kienu jinkludu tiswijiet fuq il-moll, l-introduzzjoni ta’ rampi u passarelli mekkanizzati u l-installazzjoni ta’ strutturi oħrajn relatati mal-irmiġġ. Saru wkoll poġġamani għal aktar sigurtà waqt li ż-żona fuq l-art fejn il-passiġġieri jistennew biex jirkbu l-laneċ ġiet ukoll organizzata aħjar biex tkun aktar aċċessibbli. Wara s-suċċess ta’ dan il-proġett pilota, l-aġenzija bħalissa qed tippjana t-tieni fażi tal-proġett f’Marsamxett li tinkludi breakwater, faċilità ta’ iktar minn irmiġġ wieħed u struttura ta’ kenn għall-passiġġieri f’din iż-żona. Ix-xogħlijiet f’Bormla u Tas-Sliema li qegħdin isiru bħalissa jikkonsistu f’tiswijiet fuq il-mollijiet eżistenti, invellar f’qiegħ il-baħar, bini ta’ pedamenti u t-tqegħid ta’ blokki tal-konkos kif ukoll l-mili tagħhom bil-konkos, kostruzzjoni ta’ piles u l-wiċċ tal-moll biex jinbnew mollijiet ġodda. Il-moll il-ġdid f’Tas-Sliema se jkun kbir 1,326 metru kwadru u biex jiġi ffurmat se jkun hemm bżonn jitpoġġew 182 blokka tal-konkos. Waqt li d-daqs tal-moll ta’ Bormla se jkun madwar 560 metru kwadru magħmul minn 150 blokka tal-konkos. Meta jitlestew il-mollijiet, imbagħad se jiġu mtejbin il-faċilitajiet għall-irmiġġ billi f’kull każ se jsiru żewġ passarelli mekkanizzati, kif ukoll jinbnew strutturi u rampi aktar siguri u aċċessibbli biex il-passiġġieri jirkbu u jinżlu mil-laneċ b’aktar kumdità. F’Tas-Sliema u Bormla wkoll se jinbnew faċilitajiet li se jipprovdu kenn aħjar għal dawk li jkunu qed jistennew ħalli jirkbu l-laneċ biex jaqsmu minn Tas-Sliema lejn Marsamxett jew mill-Kottonera għall-Port il-Kbir. Permezz ta’ dawn il-faċilitajiet ġodda, il-laneċ se jkunu jistgħu jittrakkaw min-naħa tal-poppa u b’hekk ikun possibbli li jsir użu miż-żewġ passarelli f’daqqa, biex l-inżul u t-tlugħ tal-passiġġieri jsir b’aktar effiċjenza. Fl-istess waqt, ma jkunx hemm aktar għalfejn li l-laneċ jintrabtu mal-moll qabel jibdew itellgħu jew iniżżlu l-passiġġieri. B’hekk, jonqos ukoll ir-riskju ta’ dewmien fil-ħinijiet tas-servizz. L-istruttura tal-passarelli mekkanizzati tipprovdi possibbiltà biex il-passiġġieri kollha, anke dawk b’diffikultajiet ta’ mobilità, jkollhom aċċess aktar komdu għal-laneċ ta’ dan is-servizz. Il-passarelli mekkanizzati jkollhom ukoll mekkaniżmu li jikkompensa għat-tibdil ta’ frugħ il-baħar, biex jibqgħu dejjem aċċessibli għal kulħadd. Ix-xogħol fuq l-infrastruttura tal-moll f’Tas-Sliema, li beda f’April 2019 u għaldaqstant m’ilux għaddej aktar minn sentejn, huwa mmirat li jitlesta fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, jhekk it-temp jippermetti. Minbarra li diġà kien hemm dewmien relatat mal-maltemp li jaħkem iż-żona u li minħabba fih kellu jitwaqqaf ix-xogħol temporanjament, kien hemm ukoll ċirkostanzi mhux mistennija li affettwaw il-landament tax-xogħol u kellhom isiru aktar studji ġeotekniċi f’postijiet speċifiċi. Wara dawn l-istudji kien hemm il-bżonn li partijiet fl-istruttura jiġu modifikati u anke kellu jsir tibdil fil-metodoloġija u fis-sekwenza ta’ kif jitpoġġew elementi strutturali. Dan ġie identifikat waqt l-evalwazzjoni tax-xogħlijiet relatati mal-ippjnar u r-riskji marbutin ma’ din il-fażi tax-xogħlijiet.

Il-Miżieb – kundizzjonijiet dwar l-għoti ta’ art lill-FKNK

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16551 jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim inkluż il-pjanti, li kien sar fl-1986 mill-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici dwar l-amministrazzjoni tal-Miżieb u l-Aħrax?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferu lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba diġa’ mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16551 tas-Seduta 371, qed inpoġġu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-PR 618 li ħarget fit-11 ta’ April 1986, meta sar il-ftehim originali mill-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u Delegazzjoni ta’ l-Għaqda Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti.

Awtorità tal-Artijiet — tenders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16493 fejn qed jingħad li l-informazzjoni diġà tinħareġ skont il-liġi, ma jaħsibx il-Ministru li din il-klawsola fil-liġi ma tħarisx it-trasparenza soċjali meta min rebaħ l-offerta u min tefa’ l-offerta huma notifikati fuq notice board biss li hi mdendla wara receptionist u la tidher fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Artijiet u lanqas fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li l-iskeda ta’ tenders ma tmurx fuq notice boards fiżiċi imma fuq screens li jinsabu fir-reception area tal-Awtorità. L-iskeda tinsab ukoll online fuq is-sit tal-Awtorità tal-Artijiet, bil-possibiltà li wieħed jara dawk li għalqu sa ammont ta’ ġimgħat b’lura, billi wieħed imur fuq ‘view bids’. Barra minn hekk, wieħed jista’dejjem jitlob scan tal-bids mingħand l-Awtorità. Nżied ukoll li kemm min ikun rebaħ it-tender kif ukoll min ma jkunx rebaħha jiġi informat u jingħata r-raġuni għalfejn ikun rebaħ jew ma jkunx rebaħ, permezz ta’ ittra mibgħuta lilu jew lilha.

Awtorità tal-Artijiet — tenders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16493 fejn qed jingħad li l-informazzjoni diġà tinħareġ skont il-liġi, ma jaħsibx il-Ministru li din il-klawsola fil-liġi ma tħarisx is-Saħħa Pubblika meta hawn il-Pandemija tal-COVID-19, meta min jirbaħ l-offerta u min tefa’ l-offerta, huma notifikati fuq notice board biss, li hi mdendla wara receptionist?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16629 tal-istess Seduta.

Awtorità tal-Artijiet — tenders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16493 fejn qed jingħad li l-informazzjoni diġà nħareġ skont il-liġi, ma jaħsibx il-Ministru li din il-klawsola fil-liġi ma tħarisx it-trasparenza soċjali meta min jirbaħ l-offerta u min tefa’ l-offerta huma notifikati fuq notice board biss li hi mdendla wara receptionist f’ħinijiet ristretti ta’ uffiċċju? Dan jitqies aċċess adekwat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16629 tal-istess Seduta.