Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23076 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid:
1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi?
2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb?
3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal– parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16363, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija tiegħu diġa’ ġiet imwieġba fit-tweġiba parlamentari numru 16363.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22700 u 22943 u jgħid kemm kienu l-individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta mill-2015 sal-2020, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22944 u 22699 u jgħid mill-2015 sal-2020, sena b’sena kemm ġew addottati tfal Maltin minn ġenituri Maltin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23073 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22701, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li jissejħu “Evidence based social work methods” li qed jintużaw biex jgħinu s-social workers fil-ħidma tagħhom biex jassiguraw li qed tinstema’ l-vuċi tat-tfal fil-proċeduri tal-Qrati speċjalment fl-aspetti u d-drittijiet tal-minuri għall-protezzjoni u stabbiltà f’ħajjithom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li ninsab infurmat mid-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri (Director Protection of Minors), fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), li l-metodi evidence based użati mid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri jinkludu:
1. Prinċipji Forensiċi għal xogħol għall-Ħarsien tat-Tfal;
2.
NCAC Forensic Interviewing For Children
(NCAC, Hunstville USA);
3.
Barnahus Standards of Practice for Children House
(Barnahus Project);
4.
Family Ties Model of Working with Children of Separated families with High Conflict
(Anna Freud Institute, London).
Dawn huma l-interventi prinċipali illi jintużaw sabiex il-vuċi tat-tfal tasal intatta u awtentika għand l-entitajiet kollha li jridu jiddeċiedu. Id-Direttorat investa sew fit-taħriġ tal-professjonisti tiegħu biex ikunu jistgħu jaħgmlu l-aħjar użu minn dawn il-medtidoloġiji. Ovvjament, hemm interventi ulterjuri, jew aħjar tekniċi oħra, illi jintuzaw sabiex il-minuri verament jgħid li għandu jgħid u li l-messaġġ jasal tajjeb. Dawn jinkludu; visual aids; interpreti f’każ ta’ minuri barrani; tpenġija, sculpting exercises (xogħol bil-pupi), testijiet u assessment li huma aktar standardized.
Min-naħa tal-Aġenzija għas-Servizzi Terapwetiċi u fil-Komunità (ACTS) hemm metidoloġiji li huma bbażati fuq terapija tal-familja li ssir fid-djar, il-Home-Based Family Therapy (HBTS) u anki taħriġ fit-trobbija pożittiva (positive parenting) li huwa bbażat fuq il-metidoloġija tal-Incredibile Years Programme li kien żviluppat fl-Istati Uniti tal-Amerika wara bosta snin ta’ riċerka empirika imma jintuża madwar l-Ewropa kollha u jiġi aġġornat regolarment. Hawn ukoll l-Fondazzjoni investitiet b’ mod sostanzjali biex jingħata t-taħriġ lill-professjonisti li jmexxu dan il-programm mal-familji li għandhom bżonnu.
Fejn tidħol il-pjaga tal-vjolenza domestika l-professjonisti tal-Aġenzija Appoġġ jirċievu taħriġ regolari dwar kif għandhom jiġbru l-evidenza dwar il-kas li jkollhom quddiemhom. Dan sar kemm għall-ħaddiema soċjali u kemm għar-risk assessors. Bl-istess mod, deċiżjonijiet dwar fejn hemm bżonn jiżdiedu s-servizzi f’dan il-qasam saru abbażi tal-evidenza empirika. Infakkar li erba’ snin ilu sar taħriġ fuq ir-realtà ta’ tfal li jgħixu f’ ambjent ta’ vjolenza domestika, l-hekk imsejjaħ children witnessing violence. Għaldaqstant, kienu nġiebu esperti akkademiċi minn barra biex jagħtu t-taħriġ lill-professjonisti tagħna f’ dan il-qasam.
L-Aġenzija SEDQA tibbaża l-ħidma tagħha kollha fuq l-evidenza. Kieku mhux hekk ma jkunux jistgħu jsiru l-inverventi mediċi u psiko-soċjali mit-tobba, infermiera, ħaddiema soċjali, counsellors u psikologi mal-persuni vulnerabbli li jiġu bżonn l-għajnuna ta’ l-Aġenzija Sedqa.
Fl-aħħar nett, tajjeb li ngħid li l-FSWS għandha dipartiment għar-riċerka li jiġbor l-istatistika kollha mid-diversi taqsimiet fi ħdan il-Fondazzjoni biex jibni stampa reali u fl-aqsar żmien ta’ dawk li huma l-presenting problems li jiġu bihom in-nies vulnerabbli ħalli b’ hekk il-ħidma tal-aġenziji u direttorati fi ħdanha jirriflettu dawn ir-realtajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fil-Gudja bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 28 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €20,354.74 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021.
Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-logħob
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22706, jista’ l-Ministru jgħid minbarra dawk li qed jieħdu servizz fi ħdan l-aġenzija Sedqa,:
i) Kemm hemm persuni li qed jieħdu servizz simili mal-Caritas u l-Oasi?;
ii) Kemm hu n-numru totali tal-persuni li qed jagħmlu programm simili f’Malta? u
iii) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-organizzazzjonijiet Non-Governattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ dan l-Ministeru. B’żieda ma’ dan, filwaqt li l-Aġenzija Sedqa taħt l-kappa tal-Fondazzjoni taħdem ħafna u fil-qrib ma’ għaqdiet non-governattivi f’dan l-qasam u f’oqsma oħra, madanakollu, l-Ministeru ma ikollux informazzjoni dwar is-servizzi li joffru b’mod dirett, fil-kapaċita tagħhom, organizzazjonijiet bħal Caritas u Oasi.
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22707, jista’ l-Ministru jgħid:
i) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm simili mal-Caritas u mal-Oasi?;
ii) Kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed ifittxu għajnuna għal dan il-vizzju?; u
iii) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-organizzazzjonijiet Non-Governattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ dan l-Ministeru. B’żieda ma’ dan, filwaqt li Fondazzjoni taħdem ħafna u fil-qrib ta’ għaqdiet non-governattivi f’dan l-qasam u f’oqsma oħra, madanakollu, l-Ministeru ma ikollux informazzjoni dwar is-servizzi li joffru b’mod dirett, fil-kapaċita tagħhom, organizzazzjonijiet non-governattivi attivi f’dan il-qasam.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22708, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni oħrajn li qed jieħdu servizzi simili għall-użura f'pajjiżna mhux mal-FSWS? Kemm hu n-numru totali ta' persuni li qed jieħdu għajnuna għall-użura f'pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-organizzazzjonijiet Non-Governattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ dan l-Ministeru. B’żieda ma’ dan, filwaqt li l-Fondazzjoni taħdem ħafna u fil-qrib ma’ għaqdiet non-governattivi f’dan l-qasam u f’oqsma oħra, madanakollu, l-Ministeru ma ikollux informazzjoni dwar is-servizzi li joffru b’mod dirett, fil-kapaċita tagħhom organizzazzjonijiet non-governattivi jew għaqdiet oħra attivi f’dan il-qasam li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta.
Għajnuna biex persuni joħorġu miċ-ċirku tal-prostituzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22709, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir bħala outreach biex persuni jkunu jafu li hemm dan is-servizz li jista' jgħin biex persuni fil-prostituzzjoni jkunu jistgħu joħorġu minn dan iċ-ċirku? Minbarra s-servizz offrut mill-Gvern, jista' jgħid jekk hemmx entitajiet (fosthom NGOs) li joffru dan is-servizz ta' għajnuna? Jekk iva, kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi u kemm hu n-numru totali tal-persuni li qed ifittxu għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19119 u jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallent li, kif kont weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 11761, l-informazzjoni mitluba minnu toħloq stampa ta’ segregazzjoni fis-soċjeta, u għaldaqstant nħoss li mhuwiex etikament korrett li tingħata din l-istatistika. Artiklu 31 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ jgħid li l-informazzjoni mitluba dwar Persuni b’Diżabilita’ tista’ tinġabar u tintalab biss biex ikunu identifikati l-problemi li jaffaċċjaw persuni b’diżabilita’ u sabiex wieħed iwieġeb dwar dawn id-diffikultajiet; nikwota:
“The information collected in accordance with this article shall be disaggregated, as appropriate, and used to help assess the implementation of States Parties’ obligations under the present Convention and to identify and address the barriers faced by persons with disabilities in exercising their rights ...
States Parties shall assume responsibility for the dissemination of these statistics and ensure their accessibility to persons with disabilities and others”
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li kien hemm 148 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejnithom fil-perijodu imsemmi, tħallsu b’kollox s-somma ta’ €151,757.97 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021.
Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Raħal Ġdid ibbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 133 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €149,117.49 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021.
Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22700 u jgħid kemm kienu l-individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta mill-2015 sal-2020, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22699 u jgħid mill-2015 sal-2020, sena b’sena kemm ġew addottati tfal Maltin minn ġenituri Maltin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22701, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li jissejħu “Evidence based social work methods” li qed jintużaw biex jgħinu s-social workers fil-ħidma tagħhom biex jassiguraw li qed tinstema’ l-vuċi tat-tfal fil-proċeduri tal-Qrati speċjalment fl-aspetti u d-drittijiet tal-minuri għall-protezzjoni u stabbiltà f’ħajjithom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.