Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirrferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-W501.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirrferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-W501.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Miniseru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħroġ mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru/Dipartiment tas-Saħħa - Pagamenti lil konsulenti finanzjarji mingħajr dokumentazzjoni ta’ konferma tax-xogħol li suppost twettaq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għal numru ta’ snin sarux diversi pagamenti lil konsulent/i finanzjarji tal-Ministeru/Dipartiment tas-Saħħa mingħajr ma ġew prodotti dokumenti ta’ konferma tax-xogħol li suppost twettaq? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-ammonti u x’passi qed jittieħdu biex il-każ jiġi investigat ?
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għad għandha 6 snin biss, tingħatalha appuntament għad-dentistrija fl-immedjat u dan peress illi ma tistax tibqa' tistenna minħabba l-gravità tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba ta’ PQ 35483.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħatalha data għall-operazzjoni tal-hip bone replacement, hekk kif il-proċedura tal-pre-op diġà saritilha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huma l-professjonisti mediċi li jiddeċiedu l-appuntamenti skont l-urġenza
u n-natura tal-każ u mhux il-politiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2022 kien hemm 698 ammissjoni involontarja u 1,580 ammissjoni volontarja.
In-Naxxar - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tan-Naxxar matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 213 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tan-Naxxar. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
L-Imġarr, Malta - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 34 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tal-Imġarr. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Il-Mellieħa - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tal-Mellieħa matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 55 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tal-Mellieħa. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
San Pawl il-Baħar - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 212 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34157, 34433, 34800 u 35049 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu:
- Promozzjoni għas-saħħa fosthom biex jieħudu t-tilqim tal-influwenza,
- Promozzjoni tal-helpine 1579 għas-saħħa mentali
- Informazzjoni biex il-pubbliku jkun mgħarraf li l-PrEP u PEP huma aċċessibli għall-pubbliku interessat.
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet vaskolari saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet kardjovaskolari saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet tal-oftalmoloġija saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet tal-ortopedija saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għar-rigward tal-istatistika għas-sena 2025, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-PQs 33425, 33426 u 33427.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet fid-dahar saru mill-Gvern, matul is-snin 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-ammonti sptar, sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.