Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm complementary staff li jaħdem fl-Isptar Mater Dei u kemm minnhom huma Maltin, kemm minnhom huma barranin u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jidentifika xi jrid ifisser b’complementary staff.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fis-sena 2023 kemm irriżenjaw ħaddiema li kienu jaħdmu bħala tobba, infermiera u allied health professionals?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2023 irriżenjaw skont it-tabella t'hawn taħt:
Resigned
Medical Class
Nursing Class
Allied Health
13
45
14
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi lista tal-konsulenti (persons of trust) ingaġġati fil-Ministeru tiegħu u jgħid x’inhu l-impjieg u r-remunerazzjoni tagħhom?
Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11047 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jireferri din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4996 intqal li l-appuntament ta’ follow-up ma' psikjatri jiġi “determinat mit-tim multidixxiplinarju li jkun qed isegwi lill-pazjent” u kien hemm ilmenti li fil-fatt il-psikjatra jgħid lill-pazjent li għandu appuntament pereżempju fi żmien tliet xhur, imma meta jmur għand ir-receptionist qiegħed jingħata appuntament iktar ‘ilbogħod u li saħansitra dawk l-appuntamenti ġieli jiġu kkanċellati u jingħataw appuntament ħafna iktar ’il bogħod, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li l-appuntamenti, jingħataw dejjem skont il-bżonn hekk kif iddettat mill-professjonisti skont il-ħtieġa tal-pazjent? Jista’ jgħid ukoll x’rimedju għandu l-pazjent meta jkollu problema ta’ dan it-tip? Hemm xi tip ta’ Customer Care fi ħdan is-servizzi għas-saħħa mentali u jekk iva, fejn u kif jista’ jiġi kkuntattjat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-appuntamenti jingħataw l-aktar viċin possibbli għal dak li jkun irrakomanda it-team multidixxiplinarju. Il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali jista' jiġi ikkuntattjat fuq 2330 4444.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta’ stennija ġewwa l-Orthopaedic għal knee replacement u jipprovdi tabella bl-ammont tagħhom u bix-xahar u s-sena tar-referral?
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda entità fi ħdan id-dekasteru tiegħi ma tat kuntratti lill-kumpanija li semma hu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera jaħdmu fis-settur pubbliku? F’liema entitajiet, sptarijiet u ċentri tas-saħħa huma mqassmin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mal-Ministeru għas-Saħħa l-ammont ta’ infermiera huwa skont it-tabella t'hawn taħt:
ALLIED HEALTH CARE SERVICES
3
COMMISSIONER FOR MENTAL HEALTH
1
CPSU (MALTA)
1
DAR KENN GĦALL-SAĦĦTEK
2
ENVIRONMENTAL HEALTH
1
GOZO GENERAL HOSPITAL
270
HEALTH INFORMATION & RESEARCH
3
HEALTH PROMO & DISEASE PREVENTION
13
MATER DEI HOSPITAL
1860
MOUNT CARMEL HOSPITAL
358
NATIONAL BLOOD TRANSFUSION CENTRE
15
NURSING SERVICES STANDARDS
10
OFF OF THE CHIEF MEDICAL OFFICER
2
PRIMARY HEALTH CARE (GOZO)
13
PRIMARY HEALTH CARE (MALTA)
294
SAMOC
147
SUPERINTENDENCE OF PUBLIC HEALTH
4
REHABILITATION HOSPITAL KAREN GRECH
126
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients tal-GU Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella hawn taħt:-
Year
Number of Attendances to GU Clinic (Malta)
2012
2488
2013
3035
2014
1687
2015
3969
2016
5428
2017
5864
2018
6255
2019
6399
2020
4113
2021
6516
2022
6483
Outpatients Department – Breast Clinic – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients tal-Breast Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
Breast clinics MDH
2012
3890
2013
3390
2014
4047
2015
5878
2016
5337
2017
6045
2018
6685
2019
6129
2020
4723
2021
7031
2022
6590
Jan-Oct 2023
6452
Outpatients Department – Breastfeeding Clinic – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Breastfeeding Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
Breastfeeding clinic MDH
2012
6342
2013
7574
2014
5720
2015
8906
2016
8834
2017
9887
2018
11418
2019
11865
2020
8437
2021
8908
2022
9948
Jan-Oct 2023
8418
Outpatients Department – Cardiac Lab – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Cardiac Lab?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients għal Dietician?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
Dietician Clinics MDH
Dietician Clinics SAMOC
2012
3325
-
2013
2829
-
2014
2540
-
2015
2042
-
2016
1870
-
2017
1899
-
2018
2696
-
2019
2952
-
2020
2459
-
2021
2310
309
2022
2035
825
Jan-Oct 2023
1912
807
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur skont ir-Regolamenti 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Operazzjoni tal-carpal tunnel – Lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal operazzjoni tal-carpal tunnel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 72 pazjent li qed jistennew operazzjoni għal Carpal Tunnel Syndrome għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm staff fl-Isptar Mater Dei li ġie ingaġġat mill-kuntrattur u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’April 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Mejju 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.